Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31983L0264

    Id-Direttiva tal-Kunsill tas-16 ta’ Mejju 1983 li temenda għar-raba’ darba d-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

    ĠU L 147, 6.6.1983, p. 9–10 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1983/264/oj

    31983L0264



    Official Journal L 147 , 06/06/1983 P. 0009 - 0010
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 14 P. 0063
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 14 P. 0063
    Finnish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0125
    Swedish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0125


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tas-16 ta’ Mejju 1983

    li temenda għar-raba’ darba d-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

    (83/264/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi l-użu ta’ tris (2,3 dibromopropyl)-phosphate għall-oġġetti tat-tessuti li jirreżistu n-nar kien ipprojbit bid-Direttiva 79/663/KEE [4] minħabba l-perikoli għas-saħħa li jippreżenta; billi eżamijiet sussegwenti wrew li żewġ prodotti oħra li jirreżistu n-nirien, tris-(aziridinyl)-phosphinoxide u polybrominatedbiphenyls (PBB) huma ta’ ħsara għas-saħħa u, għalhekk, m’għandhomx jiġu użati għal tessuti li jiġu f’kuntatt mal-ġilda;

    Billi 3,3 dimethoxybenzidine huwa użat fil-manifattura tat-trab ta’ l-għatis; billi, għalkemm l-informazzjoni li tikkonċerna l-propjetajiet mutaġeniċi u karċjoġeniċi ta’ din is-sustanza mhix konklussiva, ix-xebh ta’ l-istruttura ta’ din is-sustanza mal-benżidin, li għandu effett karċinoġeniku fuq il-bniedem stabbilit b’mod definit, iwasslu għal li għandu ttittieħed prekawzjoni kbira fir-rigward tar-risjki għas-saħħa potenzjali tagħha; billi huwa ċar li t-trab ta’ l-għatis huwa l-iżjed użat mit-tfal, li fil-prinċipju huma grupp sensittiv għal kimiċi tossiċi u, li għandhom, għalhekk, ikollhom protezzjoni speċjali kontra l-perikoli għas-saħħa; billi, għalhekk l-użu ta’ din is-sustanza għandu jkun ipprojbit li jintuża f’ċajt bħal trab ta’ l-għatis;

    Billi xi trab ta’ l-għatis magħmul mill-pjanti huwa ta’ perikolu għal dawk li jużawh, speċjalment it-tfal, u diġà huwa pprojbit minn xi Stati Membri minħabba din ir-raġuni;

    Billi l-polisulfidi ta’ l-ammonium għandhom effett korrużiv u jistgħu jagħmlu ħsara serja u dejjiema, partikolarment lill-għajnejn; billi dawn il-komposti, li huma mibjugħa partikolarment lit-tfal bħala ċajt huma perikolużi b’mod speċjali; billi l-użu tagħhom għandu, għalhekk, jiġi pprojbit;

    Billi l-esteri volatili ta’ l-aċidu bromo-aċetiku huwa użat bħala gass tad-dmugħ; billi għandhom effett irritanti fuq is-sistema respiratorja u l-għajnejn u jista’ jkun ukoll ta’ ħsara għalihom; billi, f’konċentrazzjonijiet qawwija jistgħu jipproduċu effett korrużiv u jistgħu jikkaġunaw ħsara irriversibbli lill-għajnejn; billi m’għandhomx jiġu użati mit-tfal u l-użu tagħhom bħala ċajt għandu, għalhekk, jiġi pprojbit;

    Billi r-restrizzjonijiet li diġà kienu introdotti minn xi Stati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mas-sustanzi msemmija hawn fuq jaffettwaw direttament l-istabbiliment jew il-funzjonament tas-suq komuni; billi huwa għalhekk neċessarju li jkunu armonizzati l-liġijiet li jeżistu f’dan il-qasam fl-Istati Membri u li jkunu emendati skond l-Anness tad-Direttiva 76/769/KEE [5],

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

    L-Artikolu 1

    L-oġġetti li ġejjiin għandhom jiġu miżjuda fl-Anness tad-Direttiva 76/769/KEE:

    "8.Tris-aziridinyl)-phosphinoxideSAK Nru 5455-55-1 | Ma jistgħux jiġu użati f’oġġetti tat-tessuti, bħal ma huma ħwejjeġ, ħwejjeġ ta’ taħt u lożor tas-sodda, intiżi biex jiġu f’kuntatt mal-ġilda |

    9Polybrominatedbiphenyls (PBB)SAK Nru 59536-65-1 |

    10.Trab tas-sapun mill-qoxra tas-siġar (Quillaja saponaria) u d-derivattivi tagħhom li jkun fihom is-saponiniTrab ta’ l-għeruq ta’ Helleborus virdis u Helleborus nigerTrab ta’ l-għeruq ta’ veratrum album u veratrum nigrumBenżidin u/jew id-derivattivi tiegħuo-nitrobenzaldehydeSAK Nru 552-89-6Trab ta’ l-injam | Ma jistgħux jiġu użati f’ċajt jew f’oġġetti intiżi għal tali użu, bħalma huma trab ta’ l-għatis jew bombi li jagħmlu riħa tinten B’dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jittolleraw fit-territorji tagħhom bombi li jagħmlu riħa tinten li ma jkunx fihom aktar minn 1,5 ml |

    11.Sulfidu ta’ l-ammonium u sulfidu ta’ l-idroġenu ta’l-ammoniumSAK Nru 12135-76-1SAK Nru 12124-99-1Polisulfid ta’ l-ammoniumSAKNru 12259-92-6 |

    12.Esteri volatili ta’ l-acidi bromo-aċetiċi:MethylbromoacetateSAK Nru 96-32-2Etil bromo-aċetikuSAK Nru 105-36-2Propil bromo-aċetikuButil bromo-aċetiku" |

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika [6]. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Mejju 1983.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    I. Kiechle

    [1] ĠU C 288, ta’ l-10.11.1981, p.7.

    [2] ĠU C 125, tas-17.5.1982, p.148.

    [3] ĠU C 112, tat-3.5.1982, p.42.

    [4] ĠU L 197, tat-3.8.1979, p.37.

    [5] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p.201.

    [6] Din id-Direttiva kienet innotifikata lill-Istati Membri fid-19 ta’ Mejju 1983.

    --------------------------------------------------

    Top