EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31983L0201

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-12 ta’ April 1983 li tistabbilixxi eċċezzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE għal ċerti prodotti li jkollhom oġġetti ta’ l-ikel oħra u perċentwal żgħir biss ta’ laħam jew prodott tal-laħam

ĠU L 112, 28.4.1983, p. 28–30 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/01/2006; Imħassar b' 32006D0765

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1983/201/oj

31983L0201



Official Journal L 112 , 28/04/1983 P. 0028 - 0030
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0079
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 27 P. 0157
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0079
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 27 P. 0157


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tat-12 ta’ April 1983

li tistabbilixxi eċċezzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE għal ċerti prodotti li jkollhom oġġetti ta’ l-ikel oħra u perċentwal żgħir biss ta’ laħam jew prodott tal-laħam

(83/201/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat li d-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 fuq problemi tas-saħħa li jaffettwaw kummerċ intra-Komunitarja fil-prodotti tal-laħam [1], u partikolarment Artikolu 8 tagħha,

Billi jista’ jkun deċiż skond il-proċedura preskritta f’Artikolu 18 tad-Direttiva 77/99/KEE li xi dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva m’għandhomx japplikaw għal ċerti prodotti li jkollhom oġġetti ta’ l-ikel oħra u perċentwal żgħir biss tal-laħam jew prodotti tal-laħam;

Billi l-perċentwal ta’ laħam frisk jew prodotti tal-laħam fi prodotti li jkollhom oġġetti ta’ l-ikel oħra u perċentwal żgħir biss tal-laħam jew prodott tal-laħam għandu jkun determinat bħala rapport ta’ laħam frisk jew prodott tal-laħam dieħel ’il ġewwa sal-prodott finali; billi, għal ċerti prodotti, li jkollhom oġġetti ta’ l-ikel oħra u perċentwal żgħir biss tal-laħam jew prodott tal-laħam u li huma disidratati jew konċentrati fl-istadju tal-produzzjoni u ikliet lesti għall-konsum, il-prodott finali għal dan il-kalkolu huwa l-prodott lest għall-użu wara l-preparazzjoni skond l-istruzzjonijiet għall-użu tal-fabbrikant

Billi, wara li jitqiesu n-natura u l-komposizzjoni tal-prodotti, eċċezzjonijiet għandhom jitħallew għal ċerti prodotti;

Billi dawn l-eċċezzjonijiet jistgħu jirrelataw biss għall-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti kif preskritt fil-Kapitolu I ta’ Anness A, il-ħtiġiet ta’ l-ispezzjoni deskritti fil-Kapitoli IV u V ta’ Anness A, u l-ħtiġiet għall-marka tas-saħħa u ċ-ċertifikat tas-saħħa kif provdut fil-punti 9 u 10 u Artikolu 3(1) tad-Direttiva 77/99/KEE; billi, minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li prodotti li jkollhom oġġetti ta’ l-ikel oħra u perċentwal żgħir biss tal-laħam u prodotti tal-laħam maħsuba għall-kummerċ intra-Komunitarji huma prodotti tajbin preparati minn laħam frisk jew prodotti tal-laħam fit-tifsira tad-Direttiva 77/99/KEE;

Billi prodotti li jkollhom oġġetti ta’ l-ikel oħra u perċentwal żgħir biss ta’ laħam jew prodotti tal-laħam huma manifatturati jew f’stabbilimenti li jipproduċu dan it-tip ta’ prodott esklussivament jew fi stabbilimenti li jipproduċu, flimkien mat-tip ta’ prodott fuq imsemmija, ukoll prodotti tal-laħam u/jew oġġetti ta’ l-ikel li ma jkollhomx laħam jew prodott tal-laħam; billi dawn it-tip ta’ prodotti jistgħu jkunu preparati f’partijiet separati ta’ l-istess stabbiliment;

Billi l-istabbilimenti li jipproduċu prodotti li jkollhom oġġetti ta’ l-ikel oħra u perċentwal żgħir tal-laħam jew prodott tal-laħam, li jħarsu bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/99/KEE, għandhom ikunu permessi li jużaw l-eċċezzjonijiet msemmija fl-Artikolu 8(1)(ċ) ta’ dik id-Direttiva;

Billi l-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tippreskrivi liema dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/99/KEE m’għandhomx jgħoddu, bis-saħħa ta’ Artikolu 8 tagħha, għal ċerti prodotti li jkollhom oġġetti ta’ l-ikel oħra u perċentwal żgħir biss ta’ laħam jew prodott tal-laħam.

Artikolu 2

Prodotti li jkollhom oġġeti ta’ l-ikel oħra u perċentwal żgħir biss ta’ laħam jew prodotti tal-laħam għandu jfisser prodotti b’mhux aktar minn 10 % (w/w) ta’ laħam jew prodott ta’ laħam ’il ġewwa fir-rigward għall-prodott finali għall-użu wara l-preparazzjoni skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant għall-użu.

Artikolu 3

Għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti li jimmanifatturaw prodotti li jkollhom oġġetti ta’ l-ikel oħra u perċentwal żgħir biss ta’ laħam jew prodott tal-laħam:

1. Il-kondizzjonijiet preskritti f’Anness A, Kapitolu 1 tad-Direttiva 77/99/KEE għandhom jikkonċernaw biss dik il-parti ta’ l-istabbiliment fejn laħam frisk jew prodott tal-laħam huwa riċevut, maħżun, mqandel u inkorporat fil-prodotti tal-laħam u/jew prodotti li jkollhom oġġetti ta’ l-ikel oħra u perċentwal żgħir biss ta’ laħam jew prodott tal-laħam, u fejn dawn il-prodotti huma proċessati jew maħżuna.

2. (a) Fil-każijiet fejn il-produttur juża biss prodotti li jkunu għaddew trattament komplet għall-preparazzjoni ta’ prodotti li jkollhom oġġetti ta’ l-ikel oħra u perċentwal żgħir biss tal-laħam jew prodott tal-laħam, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li l-kmamar ta’ tkessiħ msemmija taħt Anness A, Kapitolu I, paragrafu 1 (a) (i) tad-Direttiva 77/99/KEE mhumiex meħtieġa.

(b) Sakemm ma jkunx hemm effett deleterju fuq il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam, l-istess kamra tista’ tintuża għall-operazzjonijiet li għandhom isiru fi kmamar separati msemmija f’Anness A, Kapitolu I, paragraph 2 (a), (b), (ċ), (d), (e), (ġ) u (ħ) tad-Direttiva 77/99/KEE.

L-eċċezzjonijiet taħt (a) u (b) japplikaw biss għal dik il-parti ta’ l-istabbiliment li jipproduċi prodotti li jkollhom oġġetti ta’ ikel oħra u perċentwal żgħir biss ta’ laħam jew prodott tal-laħam.

3. Jekk l-istabbiliment jimmanifattura wkoll prodotti ta’ l-ikel oħra li ma kollhomx laħam jew prodott tal-laħam, il-kmamar msemmija f’Anness A, Kapitolu I, paragraph 1 (ċ), (e), (i), (l), (n) u (o) u stallazzjonijiet ta’ (f), (ġ), (ħ) u (k) tad-Direttiva 77/99/KEE, li huma meħtieġa għall-prodotti msemmija f’Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva, jistgħu jkunu komuni mal-kmamar u l-istallazzjonijiet għall-manifattura ta’ prodotti li ma jkollhomx laħam jew prodott tal-laħam. Iżda, l-awtorità kompetenti msemmija taħt (6) f’Artikolu 3(1) tad-Direttiva 77/99/KEE għandha jkollha aċċess għal dawn il-kmamar u stallazzjonijiet.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-numru ta’ l-approvazzjoni veterinarja ta’ l-istabbilimenti jew dawn il-partijiet ta’ l-istabbilimenti approvati skond din id-Direttiva huma preċeduti bil-figura 8 segwita b’sing (i.e. "8-").

5. In-numru ta’ approvazzjoni veterinarja ta’ stabbilimenti li jħarsu fis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/99/KEE, jistgħu jkunu preċeduti bil-figura 8 segwita b’sing (i.e. "8-") għall-finijiet tal-kummerċ intra-Komunitarju fil-prodotti koperti b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Għall-prodotti li jkollhom oġġetti ta’ l-ikel oħra u perċentwal żgħir biss ta’ laħam jew prodott tal-laħam, Anness A, Kapitolu IV tad-Direttiva 77/99/KEE għandu jgħodd; iżda, għall-finijiet tal-paragrafu 22, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi fuq perjodi li matulhom għandhom jittwettqu. Għal dan l-iskop l-awtorità kompetenti għandha tqis il-perjodi li matulhom laħam frisk jew prodotti tal-laħam u prodotti li jkollhom oġġetti ta’ l-ikel oħra u perċentwal żgħir biss ta’ laħam jew prodott tal-laħam huma introdotti, maħżuna, mqandla u preparati fl-istabbilimenti u s-superviżjoni għandhom jgħoddu biss għall-parti ta’ l-istabbiliment approvat skond din id-Direttiva.

Il-produttur għandu jiddikjara lill-awtorità kompetenti l-perjodi li matulhom laħam frisk jew prodotti tal-laħam u prodotti li jkollhom oġġetti ta’ l-ikel oħra u perċentwal żgħir biss ta’ laħam jew prodott tal-laħam huma introdotti, maħżuna, mqandla u preparati fl-istabbiliment tiegħu.

Artikolu 5

1. Għall-istabbilimenti li jipproduċu prodotti li jkollhom oġġetti ta’ l-ikel oħra u perċentwal żgħir biss ta’ laħam jew prodott tal-laħam, iċ-ċertifikat tas-saħħa provdut taħt (10) f’Artikolu 3(1) tad-Direttiva 77/99/KEE m’għandux jenħtieġ għal dawn il-prodotti jekk il-marka tas-saħħa hija kompletata billi jiġi prefiss in-numru 8 segwit b’sing (i.e. "8-") qabel in-numru ta’ approvazzjoni ta’ l-istabbiliment.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw l-Istati Membri oħra u lill-Kummissjoni ta’ l-istabbilimenti li jużaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1984 u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-12 ta’ April 1983.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85.

--------------------------------------------------

Top