EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31983D0101

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 1983 li tikkonkludi l-Protokoll dwar il-ħarsien tal-Baħar Mediterran kontra tniġġis minn sorsi bbażati fuq l-art

ĠU L 67, 12.3.1983, p. 1–2 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1983/101/oj

Related international agreement

31983D0101



Official Journal L 067 , 12/03/1983 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0160
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0100
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0160
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 4 P. 0100


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-28 ta' Frar 1983

li tikkonkludi l-Protokoll dwar il-ħarsien tal-Baħar Mediterran kontra tniġġis minn sorsi bbażati fuq l-art

(83/101/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-laqgħa tal-Kunsill tat-22 ta' Novembru 1973 dwar il-programm ta' azzjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-Ambjent [3];

Billi dak il-programm jenfasizza l-fatt li t-tniġġis tal-baħar jaffettwa l-Komunità kollha, kemm minħabba r-rwol essenzali mwettaq mill-baħar fil-preservazzjoni ta' speċi u minħabba l-importanza tat-trasport bil-baħar għall-iżvilupp ekonomiku armonjuż tal-Komunità;

Billi, barra dan, dak il-programm u d-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE ta' l-4 ta' Mejju 1976 dwar it-tniġġis kawżat minn xi sustanzi perikolużi mitfugħa fl-ambjent akwatiku tal-Komunità [4] jiddisponu li ċerti miżuri għandhom jiġu implimentati mill-Komunità biex jitnaqqsu d-diversi tipi ta' tniġġis tal-baħar;

Billi l-Konvenzjoni dwar il-ħarsien tal-Baħar Mediterran kontra t-tniġġis tiddisponi, b'mod partikolari, li għandhom ikunu adottati miżuri xierqa biex iżommu u jnaqqsu t-tniġġis kawżat minn rimi minn bastimenti u inġenji ta' l-ajru, it-tniġġis li jirriżulta mill-esplorazzjoni u l-isfruttament tal-pjattaforma kontinentali, ta' qiegħ il-baħar u s-sediment tiegħu u t-tniġġis minn sorsi ta' fuq l-art;

Billi, fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni 77/585/KEE [5], il-Kunsill approva l-Konvenzjoni dwar il-ħarsien tal-Baħar Mediterran kontra t-tniġġis, u l-Protokoll dwar il-prevenzjoni ta' tniġġis fil-Baħar Mediterran bit-tfigħ minn bastimenti u inġenji ta' l-ajru;

Billi l-Komunità ħadet sehem fin-negozjati dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Konvenzjoni dwar il-ħarsien tal-Baħar Mediterran kontra t-tniġġis minn sorsi ta' fuq l-art;

Billi fis-17 ta' Mejju 1980 il-Komunità iffirmat il-Protokoll imsemmi;

Billi, biex jinkiseb, matul l-operazzjoni tas-suq komuni, wieħed mill-għanijiet tal-Komunità fil-qasam tal-ħarsien ta' l-ambjent u tal-kwalità tal-ħajja, jidher li hu meħtieġ li jkun approvat il-Protokoll imsemmi:

Billi, minħabba li l-poteri speċifiċi ta' azzjoni meħtieġa biex tkun adottata din id-Deċiżjoni m'hemmx provvediment għalihom fit-Trattat, hemm il-bżonn li jiġi invokat l-Artikolu 235 tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll dwar il-ħarsien tal-Baħar Mediterran kontra t-tniġġis minn sorsi ta' fuq l-art hu hawnhekk approvat f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea.

It-test tal-Protokoll hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jiddepożita l-Atti kif previst fl-Artikolu 16(4) tal-Protokoll imsemmi fl-Artikolu 1 ta' dan.

Magħmula fi Brussel, 28 ta' Frar 1983.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Zimmermann

[1] ĠU C 4, tat-8.1.1982, p. 3.

[2] ĠU C 334, ta' l-20.12.1982, p. 136.

[3] ĠU C 112, ta' l-20.12.1973, p. 1.

[4] ĠU L 129, tat-18.5.1976, p. 23.

[5] ĠU L 240, tad-19.9.1977, p. 1.

--------------------------------------------------

Top