Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982R3510

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3510/82 tat-23 ta' Diċembru 1982 li jiffissa l-fatturi ta' konverżjoni applikabbli għat-tonn

ĠU L 368, 28.12.1982, p. 27–28 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/06/2006; Imħassar b' 32006R0802

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1982/3510/oj

31982R3510



Official Journal L 368 , 28/12/1982 P. 0027 - 0028
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0063
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 2 P. 0042
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0063
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 2 P. 0042


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3510/82

tat-23 ta' Diċembru 1982

li jiffissa l-fatturi ta' konverżjoni applikabbli għat-tonn

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-kunsill (KEE) Nru 3796/81 tad-29 ta' Diċembru 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti tas-sajd [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 17(6) tiegħu,

Billi prezz ta' produttur tal-Komunità jiġi ffissat kull sena għal tonn maħsub għall-industrija tal-mili fil-laned;

Billi l-fatturi ta' konverżjoni applikabbli għall-ispeċi differenti, daqsijiet u preżentazzjonijiet tat-tonn għandhon jiġu ffissati;

Billi l-miżur li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-fatturi ta' konverżjoni applikabbli għall-ispeċi differenti, daqsijiet u preżentazzjonijiet tat-tonn għandhom ikunu elenkati fl-Anness hawn mehmuż.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,

fit-23 ta' Diċembru 1982.

Għall-Kummissjoni

Giorgios Contogeorgis

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 379, tal-31.12.1981, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

I. Fatturi ta' konverżjoni applikabbli għall-ispeċi differenti ta' tonn

Speċi | fattur ta' konverżjoni |

A.Yellowfin (Thunnus albacares)

—li jkun jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed | 1 |

—li ma jkunx jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed | 0·91 |

B.Albacore (Thunnus alalunga)

—li jkun jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed | 1·14 |

—li ma jkunx jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed | 1·45 |

Ċ.Speċi oħra | 0·64 |

II. Fatturi ta' konverżjoni applikabbli għal kull waħda mill-ispeċi li għalihom tirreferi t-Taqsima I skond il-preżentazzjoni

Preżentazzjoni | Fattur ta' konverżjoni |

A.Sħiħ | 1 |

B.Imnaddaf u mingħajr garġi | 1·14 |

Ċ.Oħrajn | 1·24 |

--------------------------------------------------

Top