Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982R3019

    Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) nru 3019/82 tal-11 ta' Novembru 1982 li jemenda għad-disa’ darba r-regolament (KEE) Nru 2730/81 li jwaqqaf lista ta' aġenziji f pajjiżi importaturi li m'humiex membri li għandhom id-dritt li joħorġu sejħa għal offerti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

    ĠU L 317, 13.11.1982, p. 8–8 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/05/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1982/3019/oj

    31982R3019



    Official Journal L 317 , 13/11/1982 P. 0008 - 0008
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0118
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 26 P. 0118
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0175
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0175


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3019/82

    tal-11 ta' Novembru 1982

    li jemenda għad-disa’ darba r-regolament (KEE) Nru 2730/81 li jwaqqaf lista ta' aġenziji f pajjiżi importaturi li m'humiex membri li għandhom id-dritt li joħorġu sejħa għal offerti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1183/82 [2], u b'mod partikolari Artikoli 13(3) u 17 (4) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2730/81 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2556/82 [4], waqqaf lista ta' aġenziji f'pajjiżi importaturi li m'humiex membri li għandhom id-dritt li joħorġu inviti għall-offerti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib;

    Billi fid-dawl tat-tagħrif l-aktar riċenti disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-prattiċi tal-kummerċ segwiti mill-pajjiżi importaturi kkonċernati u n-natura uffiċjali ta' l-aġenziji in kwistjoni dan ir-Regolament għandu jiġi emendat;

    Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li Jiġġestixxi l-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    L-Anness li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru) 2730/81 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

    Il-lista ta' organizzazzjonijiet li joħorġu għandha tkun mitmuma biż-żieda ta' l-organizzazzjonijiet li ġejjin, bid-dħul isir skond l-ordni alfabetiku tal-pajjiż importatur:

    1.2 Pajjiż importatur | Organizzazzjoni li toħroġ |

    St Kitts-Nevis | Government Supply Office Basseterre |

    West Indies | St Kitts-Nevis West Indies |

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Novembru 1989.

    Għall-Kummissjoni

    Poul Dalsager

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

    [2] ĠU L 140, ta' l-20.5.1982, p. 1.

    [3] ĠU L 272, tas-26.9.1981, p. 25.

    [4] ĠU L 273, tat-23.9.1982, p. 33.

    --------------------------------------------------

    Top