This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31982R2304
Commission Regulation (EEC) No 2304/82 of 20 August 1982 amending for the second time Regulation (EEC) No 32/82 laying down the conditions for granting special export refunds for beef and veal
Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 2304/82 ta' l-20 ta' Awissu 1982 li jemenda għat-tieni darba r-Regolament (KEE) Nru 32/82 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta' l-esportazzjoni taċ-ċanga u l-vitella
Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 2304/82 ta' l-20 ta' Awissu 1982 li jemenda għat-tieni darba r-Regolament (KEE) Nru 32/82 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta' l-esportazzjoni taċ-ċanga u l-vitella
ĠU L 246, 21.8.1982, pp. 9–11
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R0433
Official Journal L 246 , 21/08/1982 P. 0009 - 0012
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0138
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0138
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0052
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 26 P. 0052
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2304/82 ta' l-20 ta' Awissu 1982 li jemenda għat-tieni darba r-Regolament (KEE) Nru 32/82 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta' l-esportazzjoni taċ-ċanga u l-vitella IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni tal-Greċja, u b'mod partikolari Artikolu 18(6) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 32/82 [2], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 752/82 [3], iddefinixxa l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta' l-esportazzjoni taċ-ċanga u l-vitella; Billi r-Regolament (KEE) Nru 32/82 qatt ma eskluda l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 ta' l-4 ta' Marzu 1980 dwar il-ħlas bil-quddiem tar-rifużjonjiet ta' l-esportazzjoni rigward il-prodotti agrikoli [4]; billi fejn isir użu mid-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 għandu jiġi ċċarat li ċ-ċertifikat imsemmi f'Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 32/82 għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet tad-dwana fil-waqt tat-tlestija tal-formalitajiet tad-dwana għat-tqegħid tal-prodott taħt il-proċedura tal-magazzinaġġ doganali jew f'zona ħielsa; billi dan ukoll iġib il-ħtieġa li ċ-ċertifikat jiġi emendat; billi bħala għajnuna biex jiġi żgurat li ma ssir ebda sostituzzjoni għandu jkun previst li dawk il-prodotti m'għandhomx ikunu soġġetti għall-operazzjonijiet speċifikati taħt 2, 3 and 4 ta' Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 798/80 tal-31 ta' Marzu 1980 li jipprovdi regoli ġenerali għall-ħlas bil-quddiem tar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni u ta' l-ammonti pożittivi kompensatorji fir-rigward tal-prodotti agrikoli [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1663/81 [6]; Billi Artikolu 4a tar-Regolament (KEE) Nru 32/82 jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-komunikazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni tal-kwantitajiet tal-prodotti li dwarhom ikunu ħallsu rifużjonijiet speċjali ta' l-esportazzjoni; billi dan għandu jkun supplimentat billi jiġi provdut li tingħata prijorità lill-komunikazzjoni tal-kwantitajiet imqiegħda taħt proċedura ta' magazzinaġġ doganali jew ta' zona ħielsa kif imsemmi f'Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80; Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 32/82 qiegħed b'dan jiġi emendat kif ġej: 1. Dan is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' Artikolu 2(2): "Madankollu, meta prodotti jitqiegħdu taħt l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80, iċ-ċertifikat imsemmi fis-subparagrafu ta' qabel għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet tad-dwana meta l-formalitajiet tad-dwana msemmija f'Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 798/80 jiġu mitmuma. Meta dan is-subparagrafu jgħodd l-operazzjonjiet imsemmija taħt 2, 3 u 4 ta' Artikolu 4(5) tar-Regolament (KEE) Nru 798/80 għandhom, b'deroga minn dak ir-Regolament, ma jiġux permessi." 2. Artikolu 4a qiegħed jinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 4a L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni permezz tat-telex qabel il-25 jum ta' kull xahar il-kwantitajiet u, safejn ikun possibbli, id-deskrizzjoni tal-prodotti li dwarhom jew tkun tħallset rifużjoni speċjali jew ħlas bil-quddiem ikun sar għalihom taħt Artikolu 25 tar-Regolament (KEE) Nru 2730/79 jew taħt Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 matul ix-xahar ta' qabel fuq il-bażi taċ-ċertifikati." 3. L-Anness qiegħed jinbidel bl-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Awissu 1982. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24. [2] ĠU L 4, tat-8.1.1982, p. 11. [3] ĠU L 86, ta' l-1.4.1982, p. 50. [4] ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5. [5] ĠU L 87, ta' l-1.4.1980, p. 42. [6] ĠU L 166, ta' l-24.6.1981, p. 9. -------------------------------------------------- L-ANNESS +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------