This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31982L0806
Council Directive 82/806/EEC of 22 November 1982 amending, for the second time (benzene), Directive 76/769/EEC on the approximation of the laws, regulations and administrative provisions of the Member States relating to restrictions on the marketing and use of certain dangerous substances and preparationsH
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 1982 li temenda, għat tieni darba (il-benżina), id-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 1982 li temenda, għat tieni darba (il-benżina), id-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi
ĠU L 339, 1.12.1982, p. 55–56
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2009
Official Journal L 339 , 01/12/1982 P. 0055 - 0056
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0285
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 12 P. 0285
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0139
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0139
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 1982 li temenda, għat tieni darba (il-benżina), id-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (82/806/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1]; Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2]; Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-benżina hija rikonoxxuta bħala mill-iktar tossika u kapaċi li taffettwa s-sistema ċentrali nervuża u dik ermatopojetika u li tikkaġuna l-kanċer u b’mod partikolari il-lewċemja; Billi l-benżina hija wżata fost ħwejjeġ oħra bħala kostitwent fil-fabbrikazzjoni ta’ ċerti ġugarelli, li jagħmluha possibbli għat-tfal illi jassorbu l-benżina man-nifs, bl-inġestjoni jew mill-ġilda, u b’hekk tesponihom għar-riskji msemmija hawn fuq; Billi l-iffissar ta’ limitu massimu tal-konċentrazzjoni tal-benżina fl-istat ħieles jgħin sabiex dawn ir-riskji jiġu esklużi; Billi f’ċerti Stati Membri l-benżina hija rregolata b’regoli; billi dawn ir-regoli ma jaqblux ma’ xulxin dwar il-kondizzjonijiet tal-marketing u l-użu tagħha; billi dawn id-differenzi jikkostitwixxu xkiel għall-kummerċ u jaffettwaw direttament l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq komuni; Billi, sabiex jitneħħew dawn id-differenzi, l-Anness mad-Direttiva 76/769/KEE [4], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 79/663/KEE [5], għandu jiġi ssupplimentat; Billi l-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv dwar it-Tossiċità u l-Eko-Tossiċità tal-Komposti Kimiċi ta opinjoni dwar dan il-punt, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-iskrizzjoni li ġejja hija hawnhekk miżjuda ma’ l-Anness mad-Direttiva 76/769/KEE: "5.Il-BenżinaNru tas-SAK (in-Numru tas- Servizz ta’ l-Astratt tal-Kimika) 71-43-2 | Mhix permessa fil-ġugarelli jew il-partijiet tal-ġugarelli fis-suq fejn il-konċentrazzjoni tal-benżina fl-istat ħieles taqbeż il-5 mg/kg tal-piż tal-ġugarell jew ta’ parti mill-ġugarell." | L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 12-il xahar min-notifika tagħha. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Novembru 1982. Għall-Kunsill Il-President U. Ellemann-Jensen [1] ĠU C 285, ta’ l-4.11.1981, p.2. [2] ĠU C 346, tal-31.12.1980, p. 95. [3] ĠU C 353, tal-31.12.1980, p. 31. [4] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201. [5] ĠU L 197, tat-3.8.1979, p. 37. --------------------------------------------------