Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982L0147

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 1982 li taddatta għall-progress tekniku l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

    ĠU L 63, 6.3.1982, p. 26–26 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1982/147/oj

    31982L0147



    Official Journal L 063 , 06/03/1982 P. 0026 - 0026
    Spanish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0129
    Portuguese special edition Chapter 15 Volume 3 P. 0129
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0239
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0239


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni

    tal-11 ta’ Frar 1982

    li taddatta għall-progress tekniku l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

    (82/147/KEE)

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif emendata bid-Direttiva 79/661/KEE [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 8 (2) tagħha,

    Billi skond ir-riżultati tar-riċerka xjentifika u teknika l-aktar riċenti, l-użu ta’ acetyl ethyl tetramethyl tetralin għandu jkun ipprojbit, minħabba l-effetti newrotossiċi li huma ta’ ħsara għas-saħħa;

    Billi d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattazzjoni għal Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta’ l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ fis-settur ta’ prodotti kosmetiċi,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    In-numru li ġej huwa b’dan miżjud mal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE:

    "362 3’-ethyl-5’,6’,7,8’-tetrahydro-5’,6’,8’,8’-tetramethyl-2’-acetonaphthone;

    Syn. : 1,1,4,4-tetramethyl-6-ethyl-7-acetyl-1,2,3,4-tetrahydronaphthene (acetyl"

    ethyl tetramethyl tetralin, AETT).

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 1982 l-aktar tard u għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni bihom.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Frar 1982.

    Għall-Kummissjoni

    Karl-Heinz Narjes

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

    [2] ĠU L 192, tal-31.7.1979, p. 35.

    --------------------------------------------------

    Top