EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981R2120

Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 2120/81 tas-27 ta' Lulju 1981 li jemenda r-Regolament Nru 467/67/KEE li jiffissa r-rati ta' konverżjoni, il-prezz ta' l-ipproċessar u l-valur tal-prodotti derivati għal stadji varji ta' l-ipproċessar tar-ross

ĠU L 208, 28.7.1981, p. 7–7 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/01/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1312

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1981/2120/oj

31981R2120



Official Journal L 208 , 28/07/1981 P. 0007 - 0007
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0188
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 22 P. 0234
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0188
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 22 P. 0234


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2120/81

tas-27 ta' Lulju 1981

li jemenda r-Regolament Nru 467/67/KEE li jiffissa r-rati ta' konverżjoni, il-prezz ta' l-ipproċessar u l-valur tal-prodotti derivati għal stadji varji ta' l-ipproċessar tar-ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 ta' l-21 ta' Ġunju 1976 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross [1], kif l-aħħar emendat bl-Att tas-Sħubija tal-Greċja [2], u b'mod partikolari Artikolu 19 tiegħu,

Billi Artikoli 2 u 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 467/67/KEE [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2119/80 [4], iffissa l-prezz ta' l-ipproċessar u l-valur tal-prodotti derivati għall-istadji varji ta' pproċessar; billi, minħabba x-xejra tal-prezzijiet, l-ispiża ta' l-ipproċessar u l-valur tal-prodotti derivati nbidlu; billi l-infiq imsemmi u l-valur għandhom jiġu stabbiliti f'livell rappreżentattiv għall-Komunità kollha kemm hi;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Nru 467/67/KEE huwa b'dan emendat kif ġej:

1. Artikolu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 2

1. L-ispejjeż ta' l-ipproċessar li jridu jittieħdu f'kunsiderazzjoni meta r-ross li jkun fil-fosdqa jiġi konvertit f'ross imqaxxar għandu jkun ta' 39.747 ECU għal kull tunnellata metrika ta' ross li jkun fil-fosdqa.

2. L-ispejjeż ta' l-ipproċessar li jridu jittieħdu in konsiderazzjoni meta r-ross imqaxxar jiġi konvertit f'ross mitħun għandu jkun ta' 39.747 ECU għal kull tunnellata metrika ta' ross imqaxxar.

3. L-ispejjeż ta' l-ipproċessar għall-konverżjoni minn ross nofsu mitħun għal ross mitħun ma għandhomx jitqiesu."

2. Artikolu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 3

1. Il-valur tal-prodotti derivati miksuba mill-ipproċessar ta' ross li jkun bil-qoxra f'ross imqaxxar ħliefa għandu jiġi kunsidrat bħala żero.

2. Il-valur tal-prodotti derivati miksuba mill-ipproċessar ta' ross imqaxxar għal ross mitħun għandu jkun ta':

(a) 40.718 ECU għal kull tunnellata metrika ta' ross tond imqaxxar;

(b) 50.761 ECU għal kull tunnellata metrika ta' ross tawwali mqaxxar.

3. Il-valur tal-prodotti dervivati miksuba mill-ipproċessar ta' ross nofsu mitħun għal ross mitħun għandu jkun ta':

(a) 12.737 ECU għal kull tunnellata metrika ta' ross tond nofsu mitħun;

(b) 13.768 ECU għal kull tunnellata metrika ta' ross tawwali nofsu mitħun."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika b'effett mill-1 ta' Settembru 1981.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-iStati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Lulju 1981.

Għall-Kummissjoni

Gaston Thorn

Il-President

[1] ĠU L 166, ta' l-25.6.1976, p. 1.

[2] ĠU L 291, tad-19.11.1979, p. 17.

[3] ĠU Ċ 204, ta' l- 24.8.1967, p. 1.

[4] ĠU L 206, tat-8.8.1980, p. 20.

--------------------------------------------------

Top