Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981L0464

    Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ġunju 1981 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/25/KEE dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li ghandhom x’jaqsmu mal-materji kuluranti li jistgħu jiġu miżjuda mal-prodotti mediċinali

    ĠU L 183, 4.7.1981, p. 33–33 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/05/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1981/464/oj

    31981L0464



    Official Journal L 183 , 04/07/1981 P. 0033 - 0033
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0146
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0209
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0146
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 11 P. 0209


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    ta’ l-24 ta’ Ġunju 1981

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/25/KEE dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li ghandhom x’jaqsmu mal-materji kuluranti li jistgħu jiġu miżjuda mal-prodotti mediċinali

    (81/464/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi l-Artikolu 1 tad-Direttiva 78/25/KEE [3] jistabbilixxi illi L-Istati Membri m’għandhomx jawtorizzaw, biex jingħata l-kulur lill-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju, xi materja kuluranti għajr dawk koperti bit-Taqsimiet I u II ta’ l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 1962 dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-materji kuluranti awtorizzati għall-użu fl-oġġetti tal-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem [4];

    Billi t-Taqsima I ta’ l-Anness hawn fuq imsemmi tkopri l-materja kuluranti kemm għal kulur tal-massa u kemm għall-kulur tal-wiċċ, u t-Taqsima II tkopri l-materja kuluranti għall-kulur tal-wiċċ biss;

    Billi ma teżisti l-ebda ġustifikazzjoni għal raġunijiet tas-saħħa pubblika li tinżamm, fil-każ tal-prodotti mediċinali, id-distinzjoni magħmula fil-każ ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem bejn materja kuluranti kemm għall-kulur tal-massa u kemm għall-kulur tal-wiċċ u materja kuluranti għall-kulur tal-wiċċ biss;

    Billi d-Direttiva 78/25/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 78/25/KEE:

    "Madankollu, fil-każ tal-prodotti mediċinali, l-ebda distinzjoni m’għandha ssir bejn materja kuluranti kemm għall-kulur tal-massa u kemm għall-kulur tal-wiċċ u materja kuluranti għall-kulur tal-wiċċ biss."

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Ottubru 1981 u għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri

    Magħmula fil-Lussemburgu, fl-24 ta’ Ġunju 1981.

    Ghall-Kunsill

    Il-President

    G.M.V. van Aardenne

    [1] ĠU C 4, tas-7.1.1980, p. 46.

    [2] ĠU C 113, tas-7.5.1980, p. 36.

    [3] ĠU L 11, ta’ l-14.1.1978, p. 18.

    [4] ĠU 115, tal- 11.11.1962, p. 2645/62.

    --------------------------------------------------

    Top