Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980L1119

    Id-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 1980 dwar il-prospetti ta' statistika li għandhom x'jaqsmu mat-trasport ta' merkanzija permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni

    ĠU L 339, 15.12.1980, p. 30–53 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1365

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1980/1119/oj

    31980L1119



    Official Journal L 339 , 15/12/1980 P. 0030 - 0053
    Finnish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0127
    Greek special edition: Chapter 16 Volume 2 P. 0003
    Swedish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0127
    Spanish special edition: Chapter 07 Volume 2 P. 0213
    Portuguese special edition Chapter 07 Volume 2 P. 0213


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tas-17 ta' Novembru 1980

    dwar il-prospetti ta' statistika li għandhom x'jaqsmu mat-trasport ta' merkanzija permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni

    (80/1119/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 213 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-abbozz tad-Direttiva sottomess mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi sabiex jitwettqu x-xogħlijiet fdati lilha skond it-Trattat, il-Kummissjoni għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha informazzjoni statistika konsistenti, sinkronizzata u regolari dwar l-iskala u l-iżvilupp tat-trasport tal-merkanzija permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni fl-Istati membri; billi din l-informazzjoni għandha tkun kumparabbli kemm bejn l-Istati kif ukoll ma' l-informazzjoni għal modi oħra ta' trasport u għandha tirreferi għal traffiku nazzjonali, internazzjonali u ta' tranżitu;

    Billi, minħabba li l-varjazzjonijiet matul is-sena fid-domanda għat-trasport u fil-kondizzjonijiet tan-navigabilità għandhom influwenza fuq it-traffiku tal-merkanzija, ċerti statistiki għandhom jiġu sottomessi f'intervalli ta' inqas minn sena;

    Billi sabiex tiġi żgurata informazzjoni adegwata fis-suq għat-trasport ta' merkanzija permezz tal-passaġġi ta' l-ilma interni, din id-informazzjoni statistika għandha tiddistingwi bejn il-konnessjonijiet ewlenin tat-trasport;

    Billi l-istatistiki diġà disponibbli fl-Istati Membri differenti dwar it-trasport tal-merkanzija għandhom ikunu iktar armonizzati fuq livell Komunitarju;

    Billi sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet proposti, għandhom jiġu stabbiliti ċerti limiti ta' żmien għall-forniment ta' l-informazzjoni statistika meħtieġa;

    Billi l-Kummissjoni għandha tissottometti rapport sabiex ikun possibbli għall-Kunsill li jeżamina sa fejn l-għanijiet ta' din id-Direttiva jistgħu jintlaħqu bl-użu ta' l-informazzjoni statistika sottomessa; Billi għandha għalhekk taħseb fil-possibiltà li tipproponi titjib għall-metodi użati fil-kompilazzjoni ta' dawn l-istatistiki; billi l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi dwar l-introduzzjoni ta' statistiki tat-trasport tal-merkanzija b'bastimenti tal-baħar fuq passaġġi ta' l-ilma interni, u stastistiċi dwar it-traffiku internazzjonali bejn ir-reġjuni fuq dawn il-passaġġi ta' l-ilma interni;

    Billi l-informazzjoni statistika hija meħtieġa sabiex jiġu aċċertati l-iskala u l-iżvilupp tat-trasport tal-merkanzija; billi l-Komunità għandha għalhekk, għal perjodu inizjali, tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istati Membri fir-rigward tax-xogħol involut,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    1. L-Istati Membri b'passaġġ ta' l-ilma intern wieħed jew iktar għandhom jagħmlu stħarriġ statistiku tat-trasport permezz ta' bastimenti fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni, irrispettivament mill-pajjiż li fih huma reġistrati jew liċenzjati:

    - ta' merkanzija trasportati b'kiri jew bi ħlas u merkanzija trasportata għall-kont proprju,

    - ta' merkanzija mgħobbija jew maħtuta fil-pajjiż, jew li tgħaddi in tranżitu permezz tal-passaġġi ta' l-ilma interni tagħha.

    2. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, it-termini li ġejjin għandu jkollhom it-tifsira mogħtija lilhom hawn iżjed 'il quddiem:

    (a) passaġġi ta' l-ilma interni: mogħdija ta' l-ilma, kanal, jew lag li l-karatteristiċi naturali jew artifiċjali tagħhom jagħmluhom tajba għan-navigazzjoni, primarjament permezz ta' bastimenti tal-passaġġi ta' l-ilma interni;

    (b) bastiment tal-passaġġi ta' l-ilma interni: bastiment, kemm jekk immexxi minnu stess jew le, li hu rreġistrat jew liċenzjat bħala bastiment tal-passaġġi ta' l-ilma interni, li jista' jew ma jistax ikun barkun merfugħ minn vapur, u li permezz tad-disinn jew il-kostruzzjoni tiegħu hu xieraq għan-navigazzjoni f'ilmijiet kennin biss.

    3. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:

    - trasport ta' merkanzija permezz ta' bastimenti ta' inqas minn 50 tunnellata metrika piż mejjet,

    - bastimenti użati prinċipalment għat-trasport tal-passiġġieri,

    - bastimenti użati bħala lanċa,

    - bastimenti użati biss għal skopijiet li m'humiex kummerċjali permezz ta' amministrazzjonijiet tal-port u awtoritajiet pubbliċi,

    - bastimenti użati biss għall-bunkering jew għall-ħżin,

    - bastimenti li m'humiex użati għat-trasport ta' merkanzija bħal bastimenti tas-sajd, karrakki tal-ħama, workshops li jibqgħu f'wiċċ l-ilma, djar dgħajjes u bċejjeċ tal-baħar tad-divertiment.

    4. L-ewwel stħarriġ statitsiku għandu jsir mill-1 ta' Jannar 1981

    L-Artikolu 2

    1. Id-dettalji li ġejjin għandhom jiġu rreġistrati:

    (a) il-piż tal-merkanzija f'tunnellati metriċi;

    (b) il-konnessjonijiet ewlenin tat-trasport:

    - it-traffiku nazzjonali, meta l-merkanzija tiġi kemm mgħobbija kif ukoll maħtuta fl-istess Stat Membru li jirrapporta, irrispettivament mir-rotta segwita mill-bastiment,

    - it-traffiku internazzjonali, meta l-merkanzija tiġi mgħobbija jew maħtuta, imma mhux it-tnejn, fl-Istat Membru li jirrapporta, li jiddistingwi bejn il-merkanzija mgħobbija u dik maħtuta,

    - it-traffiku fi tranżitu, meta l-merkanzija tgħaddi mill-Istat Membru li jirrapporta mingħajr ma tiġi mgħobbija, maħtuta jew trasbordata.

    Fil-każ ta' barkuni merfugħa minn vapuri, il-merkanzija għandha titqies li ġiet mgħobbija fil-post fejn il-barkun jintefa' fuq wiċċ l-ilma jew jintrefa' mill-vapur li jġorr, u maħtuta meta l-barkun jinġibed jew jintrefa' abbord mill-vapur li jġorr;

    (ċ) in-natura tal-merkanzija, skond il-gruppi ta' merkanzija murija fil-kolonna tan-naħa tax-xellug ta' l-Anness I

    (d) in-nazzjonalità, jiġifieri il-pajjiż fejn il-bastiment li jġorr il-merkanzija hu reġistrat jew liċenzjat, jew fin-nuqqas, il-pajjiż fejn is-sid tal-bastiment hu domiċiljat.

    (e) it-tip ta' bastiment skond in-nomenklatura li ġejja:

    - barkun immexxi minnu stess:

    - tanker immexxi minnu stess,

    - barkuni oħrajn immexxija minnhom infushom,

    - barkun irmunkat:

    - tanker irmunkat:

    - barkun irmunkat ta' xort' oħra,

    - barkun imbuttat (inkluż il-barkuni imbuttati-irmunkati):

    - tanker imbuttat,

    - barkuni mbuttati oħrajn (inklużi barkuni mgħobbija fuq vapuri),

    - bastimenti oħrajn li jġorru l-merkanzija,

    Il-kelma "tanker" tirreferi għall-bastimenti kollha intenzjonati għat-trasport bil-massa ta' likwidu jew tagħbija likwida, imma mhux ta' trabijiet;

    (f) għal traffiku nazzjonali, ir-reġjuni nazzjonali ta' tagħbija u ta' ħatt skond il-klassifika ġeografika mogħtija fl-Anness II;

    (g) għal traffiku internazzjonali u ta' tranżitu, il-pajjiżi ta' tagħbija u tal-ħatt kif elenkati fl-Anness III;

    (h) id-distanza f'kilometri koperta fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni nazzjonali.

    2. L-Istati Membri fejn il-volum totali tal-merkanzija trasportata fis-sena permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni bħala traffiku internazzjonali u ta' tranżitu ma jeċċedix il-miljun tunnellata m'għandhomx ikunu obbligati li jfornu l-istatistiki meħtieġa skond it-termini ta' din id-Direttiva.

    L-Artikolu 3

    1. Ħlief għall-informazzjoni soġġetta għas-segretezza statistika skond il-liġijiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ir-riżultati statitsiċi lill-Kumissjoni kemm jista' jkun malajr, u mhux iktar tard minn ħames xhur wara t-tmiem tal-perjodi ta' referenza involuti.

    2. Ir-riżultati għandhom jiġu preżentati bl-użu tat-tabelli imfassla fil-kampjuni fl-Anness IV.

    3. Ir-riżultati li huma pproċessati bil-kompjuter jistgħu jiġu preżentati f'forma li tinqara mill-magni tat-tip u tal-format li għandhom jiġu deċiżi mill-Kummissjoni f'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri konċernati.

    L-Artikolu 4

    1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 1980 deskrizzjoni dettaljata tal-metodi li għandhom jintużaw għall-istħarriġ statistiku fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' l-informazzjoni u l-kalkolazzjoni tal-kilometri tunnellati metriċi.

    2. Il-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha teżamina l-problemi metodoloġiċi u tekniċi mqajma mill-istħarriġ sabiex issib soluzzjonijiet li jagħmlu l-istatistiki konsistenti u kumparabbli kemm jista' jkun.

    L-Artikolu 5

    1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati approprjati ta' l-stħarriġ statistiku.

    2. Qabel l-ta' Jannar 1983 il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar l-esperjenza akkwistata fix-xogħol skond din id-Direttiva, u għandha tipproponi kwalunkwe titjieb meħtieġ.

    3. Fi żmien sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi dwar l-introduzzjoni ta' statistiki dwar it-trasport ta' merkanzija b'bastimenti ta' fuq il-baħar f'passaġġi ta' l-ilma interni, u statistiki dwar it-traffiku internazzjonali bejn reġjuni fuq dawn il-passaġġi ta' l-ilma interni.

    L-Artikolu 6

    Għall-ewwel tliet snin li fihom isir l-istħarriġ statistiku provdut minn din id-Direttiva, għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja għall-infiq li jsir mill-Istati Membri fil-limitu ta' l-approprjazzjonijiet imwarrba għal dan l-iskop fil-budget tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 7

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1981

    L-Artikolu 8

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Novembru 1980.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Santer

    [1] ĠU C 85, tat-8.4.1980, p. 75.

    [2] L-Opinjoni mogħtija fit-30 ta' Settembru 1980 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    LISTA TA' GRUPPI TA' MERKANZIJA

    Il-Grupp tal-merkanzija | NST/R [1] Il-Kapitolu | NST/R [1] gruppi | Deskrizzjoni |

    1 | 0 | 01 | Ċereali |

    2 | 02, 03 | Patata, frott frisk jew iffriżat u ħxejjex oħrajn |

    3 | 00, 06 | Annimali ħajjin, pitrava zokkrija |

    4 | 05 | Injam u sufra |

    5 | 04, 09 | Tessuti, L-artikoli tat-tessut u fibri artifiċjali, materjali ta' l-annimali u tal-ħxejjex oħrajn |

    6 | 1 | 11, 12, 13, 14, 16, 17 | Affarijiet ta' l-ikel u għalf ta' l-annimali |

    7 | 18 | Żerriegħa taż-żejt u frott u xaħmijiet li jipproduċu ż-żejt |

    8 | 2 | 21, 22, 23 | Karburanti minerali solidi |

    9 | 3 | 31 | Petroljum mhux ipproċessat |

    10 | 32, 33, 34 | Prodotti tal-petroljum |

    11 | 4 | 41, 46 | Mineral tal-ħadid, skart tal-ħadid u ta' l-azzar u trab tal-kalkara tal-funderija |

    12 | 45 | Minerali u skart li m'humiex tal-ħadid |

    13 | 5 | 51, 52, 53, 54, 55, 56 | Prodotti tal-metall |

    14 | 6 | 64, 69 | Siment, materjali tal-bini fabbrikati mill-ġir |

    15 | 61, 62, 63, 65 | Minerali fabbrikati u mhux ipproċessati |

    16 | 7 | 71, 72 | Fertilizzanti kimiċi u u naturali |

    17 | 8 | 83 | Kimiċi tal-faħam, qatran |

    18 | 81, 82, 89 | Kimiċi ta' xort' oħra minn kimiċi tal-faħam u tal-qatran |

    19 | 84 | Polpa tal-karta u l-iskart tal-karta |

    20 | 9 | 91, 92, 93 | Tagħmir tat-trasport, makkinarju, apparat, inġenji kemm jekk mibnija jew le, u l-partijiet tagħhom |

    21 | 94 | Fabbrikati tal-metall |

    22 | 95 | Ħġieġ, affarijiet tal-ħġieġ, prodotti taċ-ċeramika |

    23 | 96, 97 | Ġilda, tessuti, ilbies, L-artikoli oħrajn iffabbrikati |

    24 | 99 | L-Artikoli mixxellanji |

    [1] Ippubblikat mill-Uffiċċju Statistiku tal-Komunitajiet Ewropej (Il-verżjoni Franċiża 1968).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    IL-KLASSIFIKA ĠEOGRAFIKA TAR-REĠJUNI

    Il-Belġju

    Vlaams gewest, bl-esklużjoni ta' Antwerpen

    Antwerpen

    Région wallonne

    Région bruxelloise/Brussels gewest

    Ir-Reġjun Federali tal-Ġermanja

    Schleswig-Holstein

    Hamburg

    Nordostteil von Niedersachsen

    Westteil von Niedersachsen

    Südostteil von Niedersachsen

    Bremen (L-Art)

    Nordteil von Nordrhein-Westfalen

    Ruhrgebiet

    Südwestteil von Nordrhein-Westfalen

    Ostteil von Nordrhein-Westfalen (Sieger-

    Sauerland und Ostteil von Westfalen)

    Nordteil von Hessen

    Südteil von Hessen

    Nordteil von Rheinland-Pfalz

    Südteil von Rheinland-Pfalz

    Nordbaden

    Südbaden

    Württemberg

    Nordbayern (Franken)

    Ostbayern (Oberpfalz und Niederbayern)

    Südbayern (Schwaben und Oberbayern)

    Saarland

    Berlin (il-Punent)

    Franza

    Île-de-France

    Champagne-Ardennes

    Picardie

    Haute-Normandie

    Centre

    Basse-Normandie

    Bourgogne

    Nord-Pas-de-Calais

    Lorraine

    Alsace

    Franche-Comté

    Pays de la Loire

    Bretagne

    Poitou-Charentes

    Aquitaine

    Midi-Pyrénées

    Limousin

    Rhône-Alpes

    Auvergne

    Languedoc-Roussillon

    Provence-Alpes-Côte d'Azur

    L-Italja

    Piemonte

    Valle d'Aosta

    Liguria

    Lombardia

    Trentino-Alto Adige

    Veneto

    Friuli-Venezia Giulia

    Emilia-Romagna

    Toscana

    Umbria

    Marche

    Lazio

    Campania

    Abruzzo

    Molise

    Puglia

    Basilicata

    Calabria

    Sicilia

    Sardegna

    Il-Lussemburgu

    Il-Lussemburgu

    L-Olanda

    Noord

    West, ħlief għal Rijnmond u IJmond

    Rijnmond

    IJmond

    Zuidwest

    Zuid

    Oost

    Ir-Renju Unit

    It-Tramuntana

    Yorkshire u Humberside

    Il-Midlands tal-Lvant

    L-Anglia tal-Lvant

    Ix-Xlokk

    Il-Lbiċ

    Il-Midlands tal-Punent

    Il-Majjistral

    Wales

    L-Iskozja

    L-Irlanda ta' Fuq

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    LISTA TAL-PAJJIŻI U GRUPPI TAL-PAJJIŻI

    I. Il-Komunitajiet Ewropej

    01. Il-Belġju

    02. Id-Danimarka

    03. Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    04. Il-Greċja

    05. Franza

    06. L-Irlanda

    07. L-Italja

    08. Il-Lussemburgu

    09. L-Olanda

    10. Ir-Renju Unit

    II. 11. L-Isvizzera

    III. 12. L-Awstrija

    IV. Il-Pajjiżi li jinnegozjaw ma' l-Istati

    13. URSS

    14. Il-Polonja

    15. Ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża

    16. Iċ-Ċekożlovakkja

    17. L-Ungerija

    18. Ir-Rumanija

    19. Il-Bulgarija

    20. Il-Jugożlavja

    V. 21. Pajjiżi Ewropej oħrajn

    VI. 22. L-Istati Uniti ta' l-Amerka

    VII. 23. Pajjiżi oħrajn

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    TABELLI KAMPJUNI

    TABELLA 1 (A)

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 1 (B)

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 2

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 3

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 4 (A)

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 4 (B)

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 5 (A)

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 5 (B)

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 6 (A)

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 6 (B)

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 7 (A)

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 7 (B)

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 8 (A)

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 8 (B)

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 9

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 10 (A)

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 10 (B)

    +++++ TIFF +++++

    TABELLA 11

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top