Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979R2748

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2748/79 tas-6 ta' Diċembru 1979 fuq il-klassifika ta' oġġetti koperti bl-intestatura 13.03 Ċ III tat-Tariffa Komuni Doganali

    ĠU L 311, 7.12.1979, p. 20–20 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1979/2748/oj

    31979R2748



    Official Journal L 311 , 07/12/1979 P. 0020 - 0020
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0143
    Greek special edition: Chapter 02 Volume 7 P. 0307
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0143
    Spanish special edition: Chapter 02 Volume 6 P. 0119
    Portuguese special edition Chapter 02 Volume 6 P. 0119


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2748/79

    tas-6 ta' Diċembru 1979

    fuq il-klassifika ta' oġġetti koperti bl-intestatura 13.03 Ċ III tat-Tariffa Komuni Doganali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 fuq miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament Nru 280/77 [2], u partikolarment Artikolu 3 tiegħu,

    Billi, biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali għandha ssir dispożizzjoni għall-klassifikazzjoni ta' prodott li jkollu l-kompożizzjoni li ġejja:

    kalċju carrageenate | 62.1 % |

    destrosju | 32.9 % |

    sukrosju | 5.0 % |

    Billi t-Tariffa Komuni Doganali annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [3], kif l-aħħar emendat Regolament tal-Kunsill 2384/79 [4], jinkludi taħt is-sub-intestatura 13.03 Ċ III muċillaġinijiet u addensaturi derivati mill-prodotti veġetali, li ma jkunux agar-agar u muċillaginijiet u addensaturi estratti minn locust beans jew żerriegħa tal-locust bean;

    Billi l-għan waħdieni taż-żieda ta' żokkor (sucrose u dextrose) huwa li tkun żgurata l-istandardizzazzjoni tas-sostanza li tagħmel l-azzjoni ta' l-addensament (calcium carrageenate), fi kliem ieħor, biex tkun żgurata attività kostanti matul l-użu;

    Billi l-preżenza ta' 37 79 % ta' żokkor ma jneħħix il-prodott in kwistjoni mill-karattru tiegħu ta' addensatur miksub mill-prodotti veġetali tas-subintestatura 13.03 Ċ III;

    Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huwa skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq in-Nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prodott li jkollu l-komposizzjoni li ġejja:

    kalċju carrageenate | 62.1 % |

    destrosju | 32.9 % |

    sukrosju | 5.0 % |

    għandu jkun klassifikat fis-subintestatura li ġejja tat-Tariffa Komuni Doganali:

    13.03 Linfa u estratti veġetali; sostanzi pectic, pectinates u pectates; agar-agar u muċillaġnijiet u addensaturi oħra, li ġejjin minn prodotti veġetali:

    Ċ. Agar-agar u muċillaġnijiet oħra u addensaturi, li ġejjin minn prodotti veġetali:

    III. Oħrajn.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fis-6 ta' Diċembru 1979.

    Għall-Kummissjoni

    Étienne Davignon

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.

    [2] ĠU L 40, 11.02.77, p. 1.

    [3] ĠU L 172, tat-22.7.1978, p. 1.

    [4] ĠU L 274, 31.10.79, p. 9.

    --------------------------------------------------

    Top