Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979L0830

    Id-Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-meters ta’ l-ilma sħun

    ĠU L 259, 15.10.1979, p. 1–9 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/10/2006; Imħassar b' 32004L0022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1979/830/oj

    31979L0830

    Id-Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-meters ta’ l-ilma sħun

    Official Journal L 259 , 15/10/1979 P. 0001 - 0009
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0109
    Greek special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0003
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0109
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0219
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 10 P. 0219
    CS.ES Chapter 13 Volume 005 P. 404 - 412
    ET.ES Chapter 13 Volume 005 P. 404 - 412
    HU.ES Chapter 13 Volume 005 P. 404 - 412
    LT.ES Chapter 13 Volume 005 P. 404 - 412
    LV.ES Chapter 13 Volume 005 P. 404 - 412
    MT.ES Chapter 13 Volume 005 P. 404 - 412
    PL.ES Chapter 13 Volume 005 P. 404 - 412
    SK.ES Chapter 13 Volume 005 P. 404 - 412
    SL.ES Chapter 13 Volume 005 P. 404 - 412


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tal-11 ta’ Settembru 1979

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-meters ta’ l-ilma sħun

    (79/830/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku w Soċjali [2],

    Billi fl-Istati Membri il-kostruzzjoni u l-metodi tal-kontroll tal-meters ta' l-ilma sħun huma soġġetti għal disposizzjonijiet mandatarji li jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor u konsegwentement ifixklu l-kummerċ ta’ strumenti ta’ dan it-tip; billi huwa għalhekk neċessarju li dawn il-disposizzjonijiet jiġu approssimati;

    Billi d-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ disposizzjonijiet komuni kemm għal strumenti ta’ kejl kif ukoll għal metodi ta’ kontroll metroloġiku [3], kif emendata bl-Att ta’ Adeżjoni [4], stabbiliet il-proċeduri ta' l-approvazzjoni tad-mudell tal-KEE u tal-verifika inizjali tal-KEE; billi, bi qbil ma’ din id-Direttiva, il-kondizzjonijiet tekniċi meħtieġa għad-disinn u l-funzjonament ta’ meters ta’ l-ilma sħun għandhom jiġu stabbiliti; billi kondizzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu sodisfatti, u għandhom isiru kontrolli, u jitwaħħlu s-sinjali u l-marki x-xierqa, qabel dawn l-istrumenti jkunu jistgħu jiġu importati, mqiegħda fis-suq u użati b’mod liberu,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Din id-Direttiva għandha tapplika għal meters ta’ l-ilma sħun maħsubin sabiex jiġi ddeterminat b’mod kontinwu l-volum ta’ ilma sħun li jgħaddi minn ġewwa fihom. Meters bħal dawn għandhom jiġu pprovduti b’apparat ta’ kejl imqabbad ma’ apparat indikatur Għall-għan ta’ din id-Direttiva, "ilma sħun" huwa ilma li t-temperatura tiegħu taqbeż it-30 ºĊ iżda ma taqbiżx id-90 ºĊ.

    Meters ta’ l-ilma sħun biex jiġu inkorporati f’sistemi ċirkolatorji għat-trasferiment ta’ l-enerġija termali huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Meters ta’ l-ilma sħun illi fuqhom jistgħu jitwaħħlu marki u sinjali tal-KEE huma deskritti fl-Anness ta’ din id-Direttiva. Għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE u għandhom jitressqu għall-verifika inizjali tal-KEE.

    Artikolu 3

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta, jipprojbixxi jew jillimita t-tqegħid fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ meters ta’ l-ilma sħun li jkollhom sinjal ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE jew il-marka tal-verifika inizjali tal-KEE, għal raġunijiet tal-kwalitajiet metroloġiċi tagħhom.

    Artikolu 4

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Jannar 1982 u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali illi huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, il-11 ta’ Settembru 1979.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Ray Mac Sharry

    [1] ĠU Nru. C 131, 5.6.1978, pġ. 85.

    [2] ĠU Nru C 269, 13.11.1978, pġ. 44..

    [3] ĠU Nru. L 202, 6.9.1971, pġ. 1.

    [4] ĠU Nru. L 73, 27.3.1972, pġ. 14

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    I. TERMINOLOĠIJA U DEFINIZZJONIJIET

    1.0. Dan l-Anness japplika biss għall-meters ta’ l-ilma sħun, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-meter", li jaħdem dejjem fuq prinċipji mekkaniċi. Meters bħal dawn jew jużaw kompartimenti volumetriċi b'konfini jiċċaqilqu jew jużaw l-azzjoni tal-veloċità ta’ l-ilma fuq skrun bil-paletti (radjali jew turbina assjali). Dan l-Anness ma japplikax għal meters ta’ l-ilma sħun mgħammra b'apparat elettroniku.

    1.1. Ir-rata taċ-ċirkolazzjoni

    Ir-rata taċ-ċirkolazzjoni hija l-volum ta’ l-ilma li jgħaddi minn ġol-meter għal kull unita ta' ħin.

    1.2. Volum fornut

    Il-volum fornut huwa l-volum totali ta’ l-ilma illi jkun għadda minn ġewwa l-meter f'ħin partikolari.

    1.3. Rata massima ta’ ċirkolazzjoni(Qmas)

    Ir-rata massima ta’ ċirkolazzjoni, Qmas, hija l-ogħla rata taċ-ċirkolazzjoni illi biha l-meter għandu jkun kapaċi jaħdem għal perjodi limitati mingħajr ħsara, u mingħajr ma jżid l-iżbalji massimi permissibbli u l-valur massimu permissibbli għat-telf tal-pressjoni.

    1.4. Rata taċ-ċirkolazzjoni nominali(Qn)

    Ir-rata taċ-ċirkolazzjoni nominali Qn, hija ugwali għal nofs ir-rata massima taċ-ċirkolazzjoni, Qmas. Hija espressa f'metri kubi fis-siegħa u hija użata biex jiġi indikat il-meter.

    Fir-rata taċ-ċirkolazzjoni nominali, Qn, il-meter irid ikun kapaċi jaħdem f'użu normali, jiġifieri, f'kondizzjonijiet operattivi kontinwi u intermittenti, mingħajr ma jinqabeż il-massimu ta’ l-iżbalji permissibbli.

    1.5. Ir-rata minima taċ-ċirkolazzjoni(Qmin)

    Ir-rata minima taċ-ċirkolazzjoni, Qmin, hija r-rata taċ-ċirkolazzjoni illi l-iżbalji massimi permissibbli ma jistgħux ikunu ogħla minnha, u hija stabbilita bħala funzjoni ta' Qn.

    1.6. Il-medda tar-rata taċ-ċirkolazzjoni

    Il-medda tar-rata taċ-ċirkolazzjoni tal-meter hija limitata bir-rati massimi u minimi taċ-ċirkolazzjoni, Qmas u Qmin. Hija maqsuma f'żewġ żoni, imsejħa ta' fuq u ta' isfel, bi żbalji massimi permissibbli differenti.

    1.7. Rata taċ-ċirkolazzjoni tranżizzjonali(Qt)

    Ir-rata taċ-ċirkolazzjoni tranżizzjonali, Qt hija r-rata taċ-ċirkolazzjoni illi taqsam iż-żoni ta' fuq u ta' isfel tal-medda tar-rata taċ-ċirkolazzjoni u r-rata taċ-ċirkolazzjoni illi fiha l-iżbalji massimi permissibli ma jibqux kontinwi.

    1.8. L-iżball massimu permissibbli

    L-iżball massimu permissibbli huwa l-limitu ta’ l-iżball permess minn din id-Direttiva għall-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE u għall-verifika inizjali tal-KEE tal-meter.

    1.9. Telf ta' pressjoni

    Telf ta' pressjoni jfisser it-telf illi huwa kkawżat bil-preżenza tal-meter fil-pipeline.

    II. KARATTERISTIĊI METROLOĠIĊI

    2.1. L-iżbalji massimi permissibbli

    L-iżball massimu permess fiż-żona ta' isfel, minn Qmin inklużiva sa Qt mhux inklużiva, huwa ± 5 %.

    L-iżball massimu permess fiż-żona ta' fuq, minn Qt inklużiva sa Qmas inklużiva, huwa ± 3 %.

    2.2. Klassijiet metroloġiċi

    Il-meters huma maqsumin, skond il-valuri ta' Qmin u Qt definiti fuq, f'erba' klassijiet metroloġiċi fit-tabella li ġejja:

    Klassijiet | nQ |

    < 15m3/h | ≥ 15m3/h |

    Klassi A

    Valur ta' Qmin | 0.04 Qn | 0.08 Qn |

    Valur ta' Qt | 0.10 Qn | 0.20 Qn |

    Klassi B

    Valur ta' Qmin | 0.02 Qn | 0.04 Qn |

    Valur ta' Qt | 0.08 Qn | 0.15 Qn |

    Klassi C

    Valur ta' Qmin | 0.01 Qn | 0.02 Qn |

    Valur ta' Qt | 0.06 Qn | 0.10 Qn |

    Klassi D

    Valur ta' Qmin | 0.01 Qn | |

    Valur ta' Qt | 0.015 Qn | |

    III. KARATTERISTIĊI TEKNOLOĠIĊI

    3.1. Kostruzzjoni - disposizzjonijiet ġenerali

    Il-meter għandu jkun immanifatturat b'tali mod illi: - jagħti servizz twil u jiggarantixxi li ma jistgħux isiru l-frodi,

    - jikkonforma mal-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva,

    - kondizzjonijiet normali ta’ użu.

    Fejn il-meters jistgħu jkunu soġġetti għal ċirkolazzjoni bil-kontra aċċidentali, dawn għandhom ikunu kapaċi jifilħu għaliha mingħajr xi deterjorazzjoni jew effett ħażin fuq il-kwalitajiet metroloġiċi tagħhom, u fl-istess ħin jimmarkaw din iċ-ċirkolazzjoni bil-kontra.

    3.2. Materjali

    Il-meter għandu jkun magħmul minn materjali ta' saħħa u stabbilità xierqa għall-għan illi għalih għandu jiġi użat. Għandu jkun immanifatturat kollu kemm hu minn materjali li jkunu reżistenti għall-korrużjoni interna u esterna normali u jekk ikun neċessarju jkun protett billi jiġi applikat trattament adegwat għall-wiċċ. Il-varjazzjonijiet tat-temperatura ta’ l-ilma fi ħdan il-medda ta' temperatura 0 sa 110 ºĊ ma għandhomx jaffettwaw il-materjali użati fil-kostruzzjoni tal-meter.

    3.3. L-istat tajjeb - felħan għall-pressjoni u reżistenza għat-temperatura

    Il-meter għandu jkun kapaċi jiflaħ b’mod indefinit, mingħajr ma jiffunzjona ħażin, telf, infiltrazzjoni minn ħitan jew deformazzjoni permanenti, għal temperatura ta' 90 ºĊ applikata b’mod kontinwu u għal pressjoni applikata b’mod kontinwu li għaliha jkun ġie imfassal, imsejħa l-pressjoni massima tat-tħaddim. Il-valur minimu għal din il-pressjoni huwa ta’10 bar.

    3.4. Telf ta' pressjoni

    Il-valur tat-telf tal-pressjoni huwa stabbilit waqt it-testijiet ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE; ma għandux jaqbeż il-0,25 bar fir-rata taċ-ċirkolazzjoni nominali jew 1 bar fir-rata taċ-ċirkolazzjoni massima.

    Fuq il-bażi tar-riżultati tat-test, il-meters jiġu kklassifikati f'erba' gruppi skond jekk it-telf tal-pressjoni tagħhom waqt ir-rata taċ-ċirkolazzjoni massima taqbiżx wieħed mill-valuri li ġejjin: 1- 0,6,- 0,3 u 0,1 bar. Il-valur tal-grupp għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE.

    3.5. L-istrument indikatur

    L-istrument indikatur għandu jippermetti, b'sempliċi tqegħid ħdejn xulxin tal-varji elementi kostitwenti tiegħu, qari tal-volum ta’ l-ilma mkejjel b'mod affidabbli, ħafif u mhux ambigwu, espress f'metri kubi. Il-volum għandu jiġi mogħti jew bi:

    (a) il-pożizzjoni ta' vleġġa jew vleġeġ fuq skala tonda;

    (b) il-wiri ta' ringiela ta' numri f'linja konsekuttiva f'apertura waħda jew aktar;

    (ċ) kombinazzjoni ta' dawn iż-żewġ sistemi.

    Il-metru kubu u l-multipli tiegħu huma murija bl-iswed, u s-submultipli ta' metru kubu bl-aħmar.

    L-għoli attwali jew apparenti tan-numri ma għandux ikun ta' anqas minn 4 mm.

    Fuq indikaturi diġitali (tipi (b) jew (ċ)) l-ispostjar viżibbli tan-numri kollha għandu jkun vertikalment 'il fuq. Il-mixi 'l quddiem ta' numru ta' kull grupp ta' għaxra għandu jsir waqt il-ħin illi l-grupp ta' għaxra inqas sinnifikanti minnu jaqleb minn 9 sa 0. Ir-romblu li juri l-grupp ta' għaxra inqas sinnifikanti minnu jista' jiċċaqlaq b'mod kontinwu fil-każ ta' tip (ċ). In-numru sħiħ ta' metri kubi għandu jiġi muri b'mod ċar.

    Indikaturi bil-vleġeġ (tipi (a) u (ċ)) għandhom iduru f'dawran favur l-arloġġ. Il-valur f'metri kubi ta' kull diviżjoni ta' skala għandu jiġi mfisser bħala 10n fejn n huwa numru sħiħ pożittiv jew negattiv jew żero, u b'hekk jistabbilixxi sistema ta' gruppi ta' għaxra konsekuttivi. Informazzjoni bħal li ġejja għandha tintwera ħdejn kull parti ta' l-iskala: × 1000 – × 100 – × 10 – × 1 – × 0,1 – × 0,01 – × 0,001.

    Fiż-żewġ każi (indikaturi bil-vleġġa u dawk diġitali):

    - is-simbolu m3 għandu jintwera jew fuq l-arloġġ jew fil-viċinanza immedjata ta' l-indikazzjoni diġitali,

    - l-element gradwat li jgħaġġel l-aktar u li huwa viżibbli għall-qari - ''l-element tal-kontroll'' - għandu jimxi b'mod kontinwu; l-intervall ta' l-iskala huwa magħruf bħala l-intervall ta' l-iskala tal-verifika. L-element tal-kontroll jista' jkun permanenti jew jista' jkun iffittjat b'mod temporanju biż-żjieda ta' partijiet li jistgħu jinqalgħu. Dawn il-partijiet ma għandhomx ikollhom xi influwenza sinifikanti fuq il-kwalitajiet metroloġiċi tal-meter.

    It-tul ta' l-intervall ta' l-iskala tal-verifika ma għandux ikun inqas minn 1 mm u ma għandux ikun aktar minn 5 mm. L-iskala għandha tkun magħmula:

    - jew minn linji ta' l-istess ħxuna li ma jaqbżux kwart tad-distanza bejn l-assi taż-żewġ linji konsekuttivi u differenti biss fit-tul,

    - jew minn faxex kontrastanti ta' wisa' kostanti ugwali għat-tul ta' l-intervall ta' l-iskala tal-verifika.

    3.6. In-numru ta' figuri u valuri ta' l-intervall ta' l-iskala tal-verifika

    Għandu jkun possibbli għall-istrument indikattiv li jirreġistra volum, espress f'metri kubi, li jikkorrispondi għal mill-inqas 1999 siegħa ta' tħaddim bir-rata taċ-ċirkolazzjoni nominali, mingħajr ma jerġa' lura għal żero.

    Id-daqs tad-diviżjoni ta' l-iskala tal-verifika għandha tkun imsejsa fuq il-formula 1 × 10n jew 2 × 10n jew 5 × 10n. Waqt il-verifika, għandha tkun żgħira biżżejjed biex tiżgura nuqqas ta' preċiżjoni fil-kejl ta' mhux aktar minn 0,5% (tippermetti għal żball possibbli fil-qari ta' mhux aktar minn-nofs it-tul ta' l-iżgħar intervall ta' l-iskala) u żgħir biżżejjed sabiex fit-test tar-rata taċ-ċirkolazzjoni minima ma jieħux aktar minn 1 1/2 siegħa.

    Jista' jiġi miżjud strument supplementari (stilla, diska b'marka ta' referenza, eċċ.) sabiex juri l-moviment ta' l-istrument tal-kejl sakemm dan jiġi faċilment viżibbli fuq l-istrument indikattiv.

    3.7. Strument ta' aġġustament

    Il-meter jista' jkun mgħammar bi strument ta' aġġustament illi bih ikun possibbli li titbiddel ir-relazzjoni bejn il-volum indikat u l-volum fil-fatt mgħoddi. Dan l-istrument huwa obbligatorju fuq meters li jagħmlu użu mill-azzjoni tal-veloċità ta’ l-ilma fuq skrun bil-paletti.

    3.8. Strument aċċelleratur

    L-użu ta' strument aċċelleratur biex iżid il-veloċità tal-meter taħt Qmin huwa pprojbit.

    3.9. Strumenti addizzjonali

    Il-meter jista' jinkludi strument li jiġġenera tektik (pulse-generating device) sakemm dan l-istrument ma jaffettwax il-kwalitajiet metroloġiċi tiegħu.

    Iċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE jista' jipprovdi għaż-żjieda ta' strumenti speċjali fissi jew li jistgħu jinqalgħu biex jippermettu l-verifika awtomatika tal-meter.

    IV. MARKI U SKRIZZJONIJIET

    4.1. Skrizzjonijiet ta' identifikazzjoni

    Il-meter għandu jkollu, b'mod leġibbli u li ma jitħassarx, jew separatament jew miġbura flimkien fuq il-qoxra ta' barra tal-meter, fuq id-dial werrej jew fuq il-pjanċa ta' l-informazzjoni, l-unitajiet ta' informazzjoni li ġejjin:

    (a) l-isem tal-manifattur jew l-isem tan-negozju jew l-isem tal-marka;

    (b) il-klassi metroloġika u r-rata taċ-ċirkolazzjoni nominali Qn f'metri kubi fis-siegħa;

    (ċ) is-sena tal-manifattura u n-numru individwali tas-serje;

    (d) vleġġa jew tnejn li juru d-direzzjoni taċ-ċirkolazzjoni;

    (e) is-sinjal ta' l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE;

    (f) il-pressjoni operattiva massima f'bar, jekk din tista' taqbeż 10 bar,

    (g) it-temperatura operattiva massima fil-forma: 90 ºĊ;

    (h) l-ittra ''V'' jew ''H'' jekk il-meter jista' jitħaddem b'mod xieraq biss fil-pożizzjoni vertikali (V) jew orizzontali (H).

    4.2. Tqegħid tal-marki tal-verifika

    Għandu jiġi pprovdut post għall-marki tal-verifika tal-KEE fuq parti essenzjali (normalment il-kisi ta' barra tal-meter), illi tkun viżibbli mingħajr ma jsir żarmar.

    4.3. Siġillar

    Il-meter għandu jiġi mgħammar bi strumenti ta' protezzjoni li jistgħu jiġu ssiġillati b'tali mod li jaċċertaw, kemm qabel u kemm wara li l-meter ikun installat b'mod korrett, li la l-meter innifsu u lanqas l-istrument ta' aġġustament tiegħu ma jistgħu jiġu żarmati jew alterati mingħajr ma ssir ħsara lill-istrumenti ta' protezzjoni.

    V. APPROVAZZJONI TAL-MUDELL TAL-KEE

    5.1. Proċedura

    Il-proċedura ta' l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE kif hija deskritta fid-Direttiva 71/316/KEE.

    5.2. Testijiet tal-mudell

    Meta jkun ġie aċċertat mill-file ta' l-applikazzjoni li l-mudell jikkonforma mal-kondizzjonijiet meħtieġa ta' din id-Direttiva, iċ-ċentru tas-servizz kompetenti għandu jwettaq testijiet fil-laboratorju taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    5.2.1. In-numru ta'metersli għandhom jiġu eżaminati

    In-numru ta' meters li għandhom jiġu ppreżentati mill-manifattur huwa kif jidher fit-tabella li jmiss:

    n3Rata taċ-ċirkolazzjoni nominali, Q m/h | Numru ta' metri |

    | | | | |

    | | Qn | < | 1.5 | 10 |

    1.5 | ≤ | Qn | < | 15 | 3 |

    | | Qn | ≥ | 15 | 2 |

    Skond kif imorru t-testijiet is-servizzi kompetenti jistgħu:

    - jiddeċiedu li ma jagħmlux it-testijiet fuq il-meters kollha ppreżentati, jew

    - jitolbu meters addizzjonali mingħand il-fabbrikanti sabiex ikomplu t-testijiet.

    5.2.2. Pressjoni

    Għat-testijiet metroloġiċi msemmija f'5.2.4 il-pressjoni tal-ħruġ tal-meter għandha tkun għolja biżżejjed sabiex ma jkunx hemm tħaffir.

    5.2.3. Apparat ta' eżaminazzjoni

    B'mod ġenerali, il-meters għandhom jiġu eżaminati individwalment u, fil-każi kollha, b'tali mod illi juru l-karatteristiċi individwali ta' kull wieħed.

    Is-servizz metroloġiku ta' l-Istat Membru għandu jieħu l-passi kollha neċessarji sabiex jiżgura illi n-nuqqas ta' preċiżjoni relattiva fil-kejl tal-volum ta’ l-ilma fornut ma jaqbiżx 0,3% wara li jkun hemm konċessjoni għall-kawżi varji ta' żbalji fl-installazzjoni.

    In-nuqqas ta' preċiżjoni massima permissibbli hija 5 % fil-każ ta' kejl ta' pressjoni u 2,5 % fil-każ ta' kejl ta' telf ta' pressjoni.

    Waqt kull test, il-varjazzjoni relattiva tar-rati taċ-ċirkolazzjoni ma għandhiex taqbeż 2,5 % bejn Qmin u Qt u 5 % bejn Qt u Qmas.

    In-nuqqas ta' preċiżjoni massima permissibbli fil-kejl tat-temperatura hija ta' 1 ºĊ.

    L-apparat għandu jkun approvat mis-servizz metroloġiku ta' l-Istat Membru konċernat mingħajr ma jingħata każ ta' fejn jitwettqu dawn it-testijiet.

    5.2.4. It-Testijiet

    5.2.4.1. Il-proċedura tat-test

    It-testijiet jinkludu l-operazzjonijiet li ġejjin, imwettqa fl-ordni murija:

    1. test tal-felħan għall-pressjoni;

    2. Kalkolazzjoni tal-kurvi ta' żbalji fuq il-bażi taċ-ċirkolazzjoni billi jiġi aċċertat l-effett tal-pressjoni u tat-temperatura u jkun soġġett għall-kondizzjonijiet normali ta' l-installazzjoni (sezzjonijiet dritti ta' pajpijiet 'il fuq u 'l isfel mill-meter, restrizzjonijiet, ostakli, eċċ.) stipulati mill-manifattur ta' dan it-tip ta' meter,

    3. kalkolazzjoni tat-telf tal-pressjoni;

    4. test tal-felħan aċċellerat;

    5. Test tar-reżistenza għal xokk termali għall-meters bir-rata taċ-ċirkolazzjoni Qn ta' mhux aktar minn 10 m3/siegħa.

    5.2.4.2. Deskrizzjoni tat-testijiet

    It-testijiet għandhom isiru kif ġej.

    - It-test tal-felħan għall-pressjoni isir f'żewġ partijet f'85 (± 5) ºĊ:

    (a) kull meter għandu jiflaħ mingħajr telf, jew infiltrazzjoni minn ħitan, għal pressjoni ta' 1,6 darba l-pressjoni massima operattiva, applikata għall-perjodu ta' 15-il minuta (ara 4.1 (f));

    (b) kull meter għandu jiflaħ mingħajr ħsara, jew iġġamjar, għal pressjoni ta' darbtejn il-pressjoni massima operattiva, applikata għall-perjodu ta' minuta (ara 4.1 (f)).

    - Ir-riżultati tat-testijiet tal-kurvi ta' żbalji u tat-telf tal-pressjoni għandhom jipprovdu numru suffiċjenti ta' punti biex jippermettu li l-kurvi jiġu pplottjati b'kunfidenza tul il-medda kollha.

    - It-test tal-felħan aċċellerat jiġi mwettaq kif inhu muri fit-tabella hawn taħt:

    Rata taċ-ċirkolazzjoni nominali tal-meter | Rata taċ-ċirkolazzjoni tat-test u temperatura | Tip ta' test | Numru ta' interruzzjonijiet | Tul tal-pawżi | Perjodu ta' operazzjoni bir-rata taċ-ċirkolazzjoni tat-test | Tul ta' kemm idum biex jistartja u kemm idum biex jintefa' (sek.) |

    Qn ≤ 10 m3/h | Qn u (50 ± 5) ºĊ | Mhux kontinwu | 100000 | 15 sec. | 15 sec. | 0.15(Qn) [1]minimu 1 sec. |

    Qmas u (85 ± 5) ºĊ | Kontinwu | | | 100h | |

    Qn ≥ 10 m3/h | Qn u (50 ± 5) ºĊ | Kontinwu | | | 500h | |

    Qmas u (85 ± 5) ºĊ | Kontinwu | | | 200h | |

    Qabel l-ewwel test u wara kull serje ta' testijiet l-iżbalji tal-kejl għandhom jiġu stabbiliti, taħt l-istess kondizzjonijiet, bħala kondizzjoni minima meħtieġa fir-rati taċ-ċirkolazzjoni li ġejjin:

    Q

    — Q

    — 0•5 Q

    — Q

    max

    F'kull test, il-volum ta' ilma mgħoddi minn ġewwa l-meter għandu jkun biżżejjed biex idawwar il-vleġġa jew ir-romblu fuq l-iskala tal-verifika b'dawra waħda sħiħa jew aktar u jxejjen l-effetti ta' tfixkil ċikliku.

    - It-test tar-reżistenza għal xokk termiku jinkludi 25 ċiklu li għandhom jiġu mwettqa kif ġej:

    Temperatura ta’ l-ilma | Rata taċ-ċirkolazzjoni | Dewmien |

    85 ± 5ºĊ | Qmas | 8 min. |

    — | 0 | 1 sa 2 min. |

    Ilma kiesaħ | Qmas | 8 min. |

    — | 0 | 1 to 2 min. |

    5.2.5. Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE

    Mudell ta' meter jiġi approvat jekk:

    (a) jikkonforma mal-kondizzjonijiet amministrattivi, tekniċi u metroloġiċi ta' din id-Direttiva u ma' l-Anness tagħha;

    (b) testijiet 1, 2 u 3 taħt 5.2.4.1 juru illi jikkonforma mal-Partijiet II u III ta' dan l-Anness fir-rigward ta' karatteristiċi metroloġiċi u teknoloġiċi;

    (ċ) wara kull test tal-felħan aċċellerat u wara t-test tar-reżistenza għal xokk termiku, ma tkun osservata l-ebda varjazzjoni fir-rigward tal-kurva tal-bidu akbar minn 1,5% bejn Qt and Qmas jew aktar minn 3 % bejn Qmin u Qt.

    5.3. Ċertifikat ta' l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE

    Iċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE jista' jipprovdi għall-possibbiltà ta' test ta' preċiżjoni mwettaq b'ilma kiesaħ waqt il-verifika inizjali.

    Din il-possibbiltà hija permessa biss jekk, waqt l-eżaminazzjoni ta' l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE, studju tar-regoli ta' l-ekwivalenza ta’ l-ilma sħun/ilma kiesaħ jippermetti li jkun jista' jsir test ta' preċiżjoni ta’ l-ilma kiesaħ u juri li meter li jgħaddi minn dan it-test jikkonforma wkoll ma' l-iżbalji massimi permissibbli stabbiliti f'2.1.

    F'dan il-każ iċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE għandu jinkludi deskrizzjoni ta' dan it-test u tal-kondizzjonijiet meħtieġa relevanti, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l-iżbalji permissibbli u r-rati taċ-ċirkolazzjoni tat-test.

    VI. VERIFIKA INIZJALI TAL-KEE

    Il-proċedura tal-verifika inizjali tal-KEE hija kif deskritta fid-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE.

    6.1. Metodi ta' verifika

    Il-verifika inizjali tal-KEE għandha ssir f'post approvat mis-servizz metroloġiku ta' l-Istat Membru.

    It-tqassim tal-bini u l-apparat tat-test għandu jkun b'tali mod illi l-verifika tkun tista' ssir f'kondizzjonijiet bla perikolu, affidabbli, u bla telf ta' ħin għall-persuna responsabbli għat-testijiet. Il-kondizzjonijiet ta' 5.2.3 għandhom jiġu sodisfatti, għajr fir-rigward tat-temperaturi fejn it-testijiet isiru bl-ilma kiesaħ bi qbil ma' tali disposizzjonijiet kif jistgħu jkunu stabbiliti fiċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE. Jistgħu jsiru arranġamenti fiċ-ċentru ta' l-eżaminazzjoni sabiex il-meters ikunu jistgħu jiġu ttestjati f'serje. Il-pressjoni tal-ħruġ tal-meters kollha għandha dejjem tkun biżżejjed sabiex ma jkunx hemm tħaffir u jista' jkun hemm bżonn ta' miżuri speċjali sabiex jipprevjenu interazzjoni bejn il-meters.

    L-unità sħiħa tista' tinkludi strumenti awtomatiċi, valvi tal-by-pass, restrinġituri taċ-ċirkolazzjoni, eċċ., sakemm kull ċirkwitu tat-test bejn il-meters li jkunu għad iridu jiġu vverifikati u t-tankijiet tal-kontroll, ikun definit b'mod ċar u li jkun possibbli li jiġi vverifikat il-felħan għall-pressjoni interna taċ-ċirkwiti f'kull ħin.

    Tista' tintuża kull tip ta' sistema ta' provvista ta’ l-ilma, iżda jekk diversi ċirkwiti tat-test jitħaddmu b'mod parallel, ma jrid ikun hemm l-ebda interazzjoni inkompatibbli mal-kondizzjonijiet ta' 5.2.3.

    Jekk tank tal-kontroll ikun maqsum f'kompartimenti diversi, il-ħitan li jisseparawhom għandhom ikunu b'saħħithom biżżejjed biex jaċċertaw li l-volum ta' xi kompartiment ma jvarjax b'aktar minn 0,2 % skond jekk il-kompartimenti ta' maġenb xulxin ikunux mimlija jew vojta.

    6.2. Il-proċedura tat-test

    Il-meters għandhom jikkonformaw ma' mudell approvat.

    Il-verifika inizjali tal-KEE għandha tinkludi testijiet tal-felħan għall-pressjoni u tal-preċiżjoni.

    6.2.1. Test tal-felħan għall-pressjoni

    It-test tal-felħan għall-pressjoni jista' jitwettaq b'ilma kiesaħ. Għandu jsir għal minuta b'16-il darba tal-pressjoni massima operattiva. Waqt it-test, ma għandu jkun hemm l-ebda telf, jew infiltrazzjoni minn ġol-ħitan tal-meter.

    6.2.2. Test tal-preċiżjoni

    6.2.2.1. Test tal-preċiżjoni bl-ilma sħun

    It-test tal-preċiżjoni normalment isir b'ilma sħun f'temperatura ta' 50 (± 5) ºĊ fi tliet rati taċ-ċirkolazzjoni mill-inqas:

    (a) bejn 0,9 Qmas u Qmas;

    (b) bejn Qt u 1,1 Qt;

    (ċ) bejn Qmin u 1,1 Qmin.

    Waqt dan it-test il-meter għandu jikkonforma ma' l-iżbalji massimi permissibbli stipulati f'2.1.

    Jekk jinstab li l-iżbalji kollha jkunu f'direzzjoni waħda, il-meter għandu jiġi aġġustat sabiex mhux l-iżbalji kollha jaqbżu nofs l-iżball massimu permissibbli.

    6.2.2.2. Test tal-preċiżjoni bl-ilma sħun

    Jekk iċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tal-mudell jipprovdi għal dan, it-test tal-preċiżjoni jista' jsir bl-ilma kiesaħ. F'dan il-każ it-test isir bi qbil mal-proċeduri stabbiliti fiċ-ċertifikat.

    [1] huwa numru ugwali għall-valur ta' Qn espress f'm3/h.

    --------------------------------------------------

    Top