Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979L0661

    Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Lulju 1979 li temenda d-Direttiva 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

    ĠU L 192, 31.7.1979, p. 35–35 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1979/661/oj

    31979L0661



    Official Journal L 192 , 31/07/1979 P. 0035 - 0035
    Greek special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0179
    Spanish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0145
    Portuguese special edition Chapter 15 Volume 2 P. 0145
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0040
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0040


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    ta’ l-24 ta’ Lulju 1979

    li temenda d-Direttiva 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

    (79/661/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1] tistabbilixxi li, malli jiskadi l-perjodu ta’ tlett snin minn notifikazzjoni tad-Direttiva, is-sustanzi u l-aġenti kuluranti fl-Anness IV tagħha għandhom jew ikunu permissibbli definittivament, jew ikunu pprojbiti definittivament, miżmuma għal perjodu miżjud ta’ tlett snin fl-Anness IV, jew ikunu mneħħija mill-Annessi kollha;

    Billi, minħabba l-komplessità tal-problemi li għandhom ikunu solvuti, dan it-terminu ta’ żmien ma jistax jintlaħaq u għalhekk għandu jiġi estiż,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 76/768/KEE hija emendata kif ġej:

    1. Fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5, il-kliem "Għal perjodu ta’ tlett snin minn notifika ta’ din id-Direttiva" għandu jinbidel bi "Sal-31 ta’ Diċembru 1980".

    2. Fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5, il-kliem "Malli jiskadi l-perjodu ta’ tlett snin" għandu jinbidel bi "Mill-1 ta’ Jannar 1981".

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Lulju 1979. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Lulju 1979.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. O’Kennedy

    [1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

    --------------------------------------------------

    Top