This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31979L0488
Commission Directive 79/488/EEC of 18 April 1979 adapting to technical progress Council Directive 74/483/EEC on the approximation of the laws of the Member States relating to the external projections of motor vehicles
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-18 ta’April 1979 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-isporġenzi esterni tal-vetturi bil-mutur sporġenzi
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-18 ta’April 1979 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-isporġenzi esterni tal-vetturi bil-mutur sporġenzi
ĠU L 128, 26.5.1979, p. 1–11
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661
Official Journal L 128 , 26/05/1979 P. 0001 - 0011
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0230
Greek special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0112
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0230
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0073
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 10 P. 0073
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-18 ta’April 1979 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-isporġenzi esterni tal-vetturi bil-mutur sporġenzi (79/488/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/547/KEE [2], u partikolarment l-Artikoli 11, 12, u 13 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE tas-17 ta’ Settembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-isporġenzi esterni tal-vetturi bil-mutur [3], Billi, in vista ta’ l-esperjenza miksuba u ta’ l-istat l-aktar avvanzat, huwa issa possibbli li l- ħtiġiet jiġu magħmula iktar strinġenti u jitqabblu iktar mill-qrib għall-kondizzjonijiet tat-test attwali; Billi xtillieri tal-bagalji, xtillieri ta’ l-iskijjar u aerials riċeventi tar-radju jew li jittrasmettu diġà qegħdin ikunu mqiegħda fis-suq kemm separatament kif ukoll wara li jkunu ġew immuntati fuq vettura; billi jekk inhu possibbli li jkunu ċċekkjati qabel ma jitwaħħlu ma’ vettura l-moviment liberu tagħhom jista’ jkun iffaċilitat bl-introduzzjoni ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal tali sistemi kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9a tad-Direttiva 70/156/KEE; Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattament għal Progress Tekniku tad-Direttivi mmirati għat-Tneħħija ta’ ostakoli tekniċi għal kummerċ fis-settur ta’ vetturi bil-bil-mutur, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 74/483/KEE qed tiġi emendata kif ġej: 1. L-Artikoli 2, 3 u 4 qed jiġu ssostitwiti b’dan li ġej: "L-Artikolu 2 Ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ sporġenzi esterni, jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal vettura bil-mutur, jew għal xtillieri tal-bagalji, xtillieri ta’ l-iskijjar jew għal aerials tar-radju riċeventi jew trasmittenti kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati, jekk: - il-vettura hija konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi I u II rigward sporġenzi esterni, - l-ixtillieri tal-bagalji, l-ixtillieri ta’ l-iskijjar jew l-aerials tar-radju riċeventi u trasmittenti kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9A tad-Direttiva 70/156/KEE huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness I. Artikolu 3 1. Ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ sporġenzi esterni, jirrifjuta li jirreġistra jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ kwalunkwe vettura basta li l-sporġenzi esterni jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi I u II. 2. Ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ sporġenzi esterni, jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ kwalunkwe xtilliera tal-bagalji, xtilliera ta’ l-iskijjar jew aerial tar-radju riċeventi jew trasmittenti kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9A tad-Direttiva 70/156/KEE jekk hija konformi ma’ tip li ngħata approvazzjoni tat-tip skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2. Artikolu 4 Stat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li huwa infurmat dwar kwalunkwe modifika għal parti jew karatteristika msemmija fil-puntpunt 2.2 ta’ l-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jiddeterminaw jekk għandhomx isiru testijiet ġodda fuq it-tip modifikat u jsir rapport ġdid. Fejn tali tests jirrivelaw li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva ma jkunux ġew sodisfatti, il-modifika m’għandhiex tkun awtorizzata." 2. L-Annessi I, II u III għad-Direttiva 74/483/KEE qed jiġu emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva. Artikolu 2 1. Mill-1 ta’ Jannar 1980, l-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ sporġenzi esterni: - jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KEE, jew li joħorġu kopja taċ-ċertifikat previst fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (2), jew li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew - jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal xtillieri tal-bagalji, xtillieri ta’ l-iskijjar jew aerials tar-radju riċeventi u trasmittenti kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9A tad-Direttiva 70/156/KEE, jew - jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi, fejn l-isporġenzi esterni ta’ tali tip ta’ vettura jew tali vetturi jew ta’ l- unitajiet tekniċi separati imsemmija qabel jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 74/483/KEE, kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva. 2. Minn l-1 t’Ottubru 1981 l-Istati Membri: - m’għandhomx iktar joħorġu il-kopja taċ-ċertifikat previst fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura kemm-il darba l-isporġenzi esterni tagħha mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 74/483/KEE, kif l-aħħar emendata permezz ta’ din id-Direttiva, - jistgħu jirrifjutaw approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ tip ta’ vettura bil-mutur jekk l-isporġenzi esterni tagħha ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 74/483/KEE, kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva. 3. Mill-1 t’Ottubru 1983, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ kwalunkwe vettura jekk l-isporġenzi esterni tagħha ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 74/483/KEE, kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva. 4. Qabel l-1 ta’ Jannar 1980, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi mad-Direttiva, u minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, it-8 ta’April 1979. Għall-Kummissjoni Etienne davignon Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. [2] ĠU L 168, tas-26.6.1978, p. 39. [3] ĠU L 266, tat-2.10.1974, p. 4. -------------------------------------------------- L-ANNESS Emendi għall-annessi għad-direttiva 74/483/KEE L-ANNESS I DEFINIZZJONIJIET ĠENERALI, APPLIKAZZJONIJIET GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI, SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKULARI, KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI Punt 1.1 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "1.1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness ma japplikawx għal mirja esterni li minnhom tista’ tara wara jew għall-boċċa tal-mezzomezz ta’ l-irmunkar." F’Punt 1.2 tiżdied is-sentenza li ġejja: "Dan jgħodd kemm meta l-vettura tkun wieqfa kif ukoll meta tkun miexja." Punt 2.3 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "2.3. "Wiċċ estern" tfisser l-estern tal-vettura inklużi l-bonnet, il-bieba tal-kompartiment tal-bagalji, il-bibien, il-ġnub, is-saqaf, il-mezzi ta’ dawl uta’ sinjalazzjoni bid-dawlmezz u l-komponenti t’infurzar viżibbli;" Punt 2.4 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "2.4. "Linja ta’ l-art" tfisser il-linja li tkun iddeterminata kif ġej: suċċessivament ippostja madwar vettura mgħobbija kon b’assi vertikali l-ogħli ta’ liema mhux iddefinit, u b’nofs angolu ta’ 30° b’tali mod li dan jagħmel kuntatt, kostantament u fl-iktar baxx possibbli, mas-superfiċi estern tal-vettura. Il-linja ta’ l-art hija l-marka ġeometrika ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt. Fid-determinazzjoni tal-linja ta’ l-art ma għandhomx jittieħdu in konsiderazzjoni l-punti tal-jacking, il-pajpijiet ta’ l-exhaust jew ir-roti. L-ispazju ta’ l-arkati tar-roti jitqiesu li huma mimlija b’superfiċi immaġinarja li tifforma kontinwazzjoni lixxa tas-superfiċi esterna li jiċċirkondaha. Fiż-żewġt itruf tal-vettura l-bumper jittieħed in konsiderazzjoni meta tkun qiegħda tiġi stabbilita l-linja ta’ l-art. Skond il-vettura partikulari l-marka tal-linja ta’ l-art tista’ ssib ruħha fl-estremità tas-sezzjoni tal-bumper jew mal-panel tal-karozzerija taħt il-bumper. Fejn tnejn jew iktar punti tal-kuntatt iseħħu simultanjament, l-iktar punt baxx tal-kuntatt jintuża biex tkun stabbilita l-linja ta’ l-art;" Punt 2.5 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "2.5. "Raġġ tal-kurvatura" tfisser ir-raġġ ta’ l-ark ta’ ċirku li jiġi l-eqreb lejn il-forma tonda tal-komponent li qed jiġi kkunsidrat;" Wara l-punt 2.5 għandhom jiżdiedu l-punti ġodda segwenti: 2.6, 2.7, 2.8 u 2.9: "2.6. "Vettura mgħobbija" tfisser il-vettura mgħobbija sal-massimu tal-massa teknika permessa. Vetturi armati b’sospensjoni idropnewmatika, idrawlika jew pnewmatika jew mezzmezz għal illivellar awtomatiku skond it-tagħbija għandhom ikunu ttestjati fl-iktar kondizzjoni avversa ta’ tħaddim normali tal-vettura speċifikati mill-manifattur. 2.7. "It-tarf ta’ barra nett" tal-vettura jfisser, in relazzjoni mal-ġnub tal-vettura l-pjan parallel għall-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura li jaħbat mat-tarf laterali estern tagħha, u, in relazzjoni mat-truf ta’ quddiem u wara, il-pjan transversali perpendikulari tal-vettura li jaħbat mat-truf ta’ quddiem u wara esterni, mingħajr ma tittieħed konsiderazzjoni tal-proġettazzjoni: 2.7.1. ta’ tyres ħdejn il-punt ta’ kuntatt ma’ l-art, u ta’ konnessjonijiet għal gauges tal-pressa tat-tyres; 2.7.2. ta’ kwalunkwe mezz kontra l-iskidjar li jista’ jkun immuntat fuq ir-roti; 2.7.3. tal-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara; 2.7.4. il-fanali ta’ l-indikatur tad-direzzjoni tal-ġnub, il-fanali li jimmarkaw il-profil tat-tarf, il-fanali tal-pożizzjoni(tal-ġnub) ta’ wara u ta’ quddiem u tal-fanali ta’ l-ipparkjar; 2.7.5. f’relazzjoni mat-truf ta’ quddiem u ta’ wara, il-partijiet immuntati fuq il-bumpers, ta’ mezzi ta’ l-irmunkar u tal-pajpijiet ta’ l-exhaust; 2.8. "Id-dimensjoni ta" l-isporġenza’ ta’ komponent immuntat fuq panel tfisser id-dimensjoni stabbilita bil-metodu deskritt fl-Anness II, punt 2. 2.9. "Il-linja nominali ta"panel’ tfisser il-linja li tgħaddi minn żewġ punti rappreżentati mill-pożizzjoni taċ-ċentru ta’ sfera meta l-wiċċ tagħha tagħmel l-ewwel u l-aħħar kuntatt tagħha ma’ komponent waqt il-proċedura tal-kejl deskritta fl-Anness II, punt 2.2." Punt 3 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE 3.1. APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE GĦAL TIP TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TA’ L-ISPORĠENZI ESTERNI TAGĦHA 3.1.1. L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-isporġenzi esterni tagħha għandha tkun sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. 3.1.2. Din għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt: 3.1.2.1. ritratti tal-partijiet ta’ quddiem, ta’ wara u tal-ġnub tal-vettura meħuda minn angolu ta’ 30° sa 45° għall-pjan medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura; 3.1.2.2. disinni tal-bumpers; 3.1.2.3. fejn xieraq, disinni ta’ sporġenzi esterni speċifiċi u, jekk meħtieġ, ta’ ċerti sezzjonijiet tal-wiċċ estern imsemmi fil-punt 6.9.1. 3.1.3. Vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tkun approvata għandha tkun sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip. Fuq talba tas-servizz tekniku, il-komponenti speċifiċi jew kampjuni tal-materjali użati għandhom ikunu sottomessi bl-istess mod. 3.2. Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KEE rigward xtillieri tal-bagalji, xtillieri ta’ l-iskijjar jewaerialstar-radju riċeventi u trasmittenti kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati 3.2.1. Applikazzjonijiet għal approvazzjoni tat-tip tal-KEE rigward xtillieri tal-bagalji, xtillieri ta’ l-iskijjar jew aerials tar-radju riċeventi u trasmittenti kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9A tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom ikunu sottomessi mill-manifattur tal-vettura jew mill-manifattur ta’ unitajiet tekniċi separati msemmija qabel, jew mir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom. 3.2.2. Għal kull tip ta’ kwalunkwe wieħed mill-imezzi li hemm riferenza għalihom fil-punt 3.2.1 hawn fuq, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn dan li ġej: 3.2.2.1. Kopji tripliċi ta’ dokumenti li jispeċifikaw il-karatteristiċi tekniċi ta’ l-unità teknika separata u l-istruzzjonijiet ta’ l-assemblaġġ li se jkun mogħti ma’ kull unità teknika separata mibjugħa; 3.2.2.2. Kampjun tat-tip ta’unità teknika separata. Jekk l-awtorità responsabbli tikkonsidra meħtieġ, tista’ titlob kampjun ieħor. Il-kampjuni għandhom ikunu iskritti bil-marka speċifikata fl-Artikolu 9A (3) tad-Direttiva 70/156/KEE b’mod ċar u indelibbli. Sa fejn huma kkonċernati l-ixtillieri tal-bagalji u l-ixtillieri ta’ l-iskijjar, għandu jsir provvediment għall-wiri obbligatorju sussegwenti tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. In-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandu jkun preċedut mill-ittra(i) tar-reġistrazzjoni internazzjonali tal-pajjiż li jagħti tali approvazzjoni [1]." Punt 4.6 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "4.6.1. Meta l-approvazzjoni tingħata għal applikazzjoni taħt punt 3.1, formula konformi mal-mudell fl-Anness III għandha tkun mehmuża maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip. 4.6.2. Meta tingħata l-approvazzjoni għal applikazzjoni taħt punt 3.2, għandha tinħareġ formula konformi mal-mudell fl-Anness IV. 4.6.3. Fejn issir riferenza f’applikazzjoni taħt il-punt 3.1 għal formula tat-tip illustrat fl-Anness IV, il-kamp ta’ applikazzjoni tat-test tal-vettura għandu jkun ridott kif imiss fir-rigward ta’ l-isporġenzi esterni. F’tali każijiet, iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip għall-vettura għandu jkun akkumpanjat minn kopja taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip għall-unità teknika separata" Punt 5.1.3. għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "5.1.3. hekk lokati li, fil-kondizzjoni statika tagħhom kif ukoll meta jkunu jaħdmu, ma jkunux jistgħu jkunu kkuntattati minn sfera ta’ dijametru ta’ 100 mm." Punt 5.4 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "5.4. Ebda parti sporġenti mis-superfiċi esterna m’għandha jkollha raġġ ta’ kurvatura ta’ inqas minn 2,5 mm. Din il-ħtieġa ma tapplikax għal partijiet tas-superfiċi esterna li joħorġu ’l barra inqas minn 5 mm, imma l-angolu li jħarsu ’l barra ta’ tali partijiet għandhom ikunu mxellfa, barra fejn tali partijiet joħorġu ’l barra inqas minn 1,5 mm." Punt 5.5 jiżdidulu s-sentenzi li ġejjin: "Il-kejl ta’ għebusija għandu jittieħed bil-komponent kif installat fuq il-vettura. Fejn huwa impossibbli li jitwettaq kejl ta’ l-għebusija bil-proċedura Shore A, kejl komparabbli għandu jintuża għall-valutazzjoni." Wara l-punt 5.5, jiżdied il-punt il-ġdid 5.6 li ġej: "5.6. Id-dispożizzjonijiet tal-punti t’hawn fuq 5.1 sa 5.5 għandhom japplikaw flimkien ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-punt 6 segwenti, għajr fejn dawn l-ispeċifikazzjonijiet partikulari espressament jipprovdu mod ieħor." Punt 6.1.1 jiżdidulu s-sentenzi li ġejjin: "Biex tapplika l-forza 10 daN, għandha tintuża virga bit-tarf ċatt ta’ dijametru ta’ mhux iktar minn 50 mm. Fejn dan mhux possibbli, jintuża metodu ekwivalenti. Wara li l-ornamenti jkunu ritrakkati, distakkati jew mimlija, l-isporġenzi li jifdal ma għandhomx jipproġettaw iktar minn 10 mm. Dawn l-isporġenzi fi kwalunkwe każ ikunu jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 5.2. Jekk l-ornament ikun immuntat fuq bażi, din il-bażi tkun meqjusa bħala li tippartjeni lill-ornament u mhux lill-wiċċ sapportanti." Punt 6.1.3 għandu jkun imħassar. Punt 6.2.1 għandu jkun ikkompletat kif ġej: "Fil-każ ta’ dawl ta’ quddiem immuntat wara superfiċi trasparenti addizzjonali, l-isporġenza tkun imkejla mill-iktar parti ’l barra tas-superfiċi trasparenti. L-isporġenzi ikunu determinati skond il-metodu deskritt fil-punt 3 ta’ l-Anness II." Wara l-punt 6.2.2, jiżdied il-punt il-ġdid 6.2.3 li ġej: "6.2.3. Id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.2.1 t’hawn fuq ma japplikawx għall-headlights li huma mgħaddsa fil-karozzerija jew li jesporġu mill-karrozzerija, jekk ta’ l-aħħar huwa konformi mal-kondizzjonijiet tal-punt 6.9.1." Punt 6.3.1. għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "6.3.1. Il-kondizzjonijiet tal-punt 5.4 m’għandhomx japplikaw għal spazji bejn elementi fissi u li jiċċaqilqu, inklużi dawk li jiffurmaw parti minn gradi għad-dħul u l-ħruġ ta’ l-arja u gradi tar-radjatur, basta li d-distanza bejn elementi konsekuttivi ma teċċedix l-40 mm u basta li l-gradi u l-ispazji jkollhom skop funzjonarju. Għal spazji ta’ bejn 40 mm u 25 mm ir-radji tal-kurvatura jkunu 1 mm jew iktar. Madankollu, jekk id-distanza bejn żewġ elementi konsekuttivi hija ugwali għal jew inqas minn 25 mm, ir-radji tal-kurvatura ta’ l-uċuħ esterni ta’ l-elementi m’għandhomx ikunu inqas minn 0,5 mm. Id-distanza bejn żewġ elementi konsekuttivi tal-gradi u l-ispazji tkun iddeterminata skond il-metodu deskritt fil-punt 4 ta’ l-Anness II." Punt 6.4.1. għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "6.4.1. Il-muntaġġi tal-wiper tal-windscreen għandhom ikunu tali li x-xaft tal-wiper ikun fornut b’qafas protettiv li jkollu raġġ ta’ kurvatura li jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-punt 5.4 t’hawn fuq u arja ta’ superfiċi tat-tarf ta’ mhux inqas minn 150 mm2. Fil-każ ta’ koperturi ttundjati, dawn għandu jkollhom arja li tisporġi minima ta’ 150 mm2 meta mkejla mhux inqas minn 6,5 mm mill-ibgħad punt ta’ l-isporġenza. Dawn il-ħtiġiet għandhom ikunu wkoll sodisfatti mill-wipers tat-tieqa ta’ wara u l-wipers tal-headlights." Punt 6.4.2. għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "6.4.2. Ilpunt 5.4 ma japplikax għall-blades tal-wipers jew għal xi membri ta’ appoġġ. Madankollu, dawn l-unitajiet għandhom iunu magħmulin tali li ma jkollhom ebda anglu jaqta’ jew ippuntat jew partijiet li jaqtgħu." Punt 6.5.1. għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "6.5.1. It-truf tal-bumpers għandhom ikunu mdawra ’l gewwa lejn is-superfiċi esterna sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ gganċjar. Din il-ħtieġa hija meqjusa li tkun issodisfatta jekk jew il-bumper huwa mdaħħal ’il ġewwa jew integrat fil-karrozzerija jew it-tarf tal-bumper huwa mdawwar ’il ġewwa tant li mhux kuntattabbli minn sfera ta’ 100 mm u l-ispazju bejn tarf il-bumper u l-karrozzerija li jdawru ma jeċċedix l-20 mm." Wara l-punt 6.5.2, jiżdied il-punt il-ġdid 6.5.3 li ġej: "6.5.3. Il-ħtieġa tal-punt 6.5.2 ma għandhiex tapplika għal partijiet fuq jew tal-bumper jew ta’ l-insets tal-bumper li għandhom sporġenza ta’inqas minn 5 mm, b’riferenza speċjali għall-jointcovers u l-ġettijiet ta’ l-ilma tal-ħasil tal-headlight; imma l-angoli ta’ tali partijiet li jiffaċċjaw ’il barra għandhom ikunu spuntati, barra fejn tali partijiet joħorġu inqas minn 1,5 mm." Punt 6.6 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "6.6. MANILJI, ĊAPPETTI UPUSH BUTTONSTAL-BIBIEN, KOMPARTIMENTI TAL-BAGALJI UBONNETS, GĦOTJIEN TAL-FILLERTAT-TANK TAL-KARBURANT U GĦOTJIEN. 6.6.1. L-isporġenza m’għandhiex teċċedi l-40 mm fil-każ ta’ manilji ta’ bieb jew ta’ kompartiment tal-bagalji u 30 mm fil-każijiet l-oħra kollha. 6.6.2. Jekk il-manilji tal-bibien laterali jduru biex jaħdmu, huma għandhom jissodisfaw waħda jew oħra minn dawn il-ħtiġiet li ġejjin: 6.6.2.1. Fil-każ ta’ manilji li jduru parallelament mal-pjan tal-bieba t-tarf miftuħ tal-manilji għandu jkun dirett lejn in-naħa ta’ wara. It-tarf ta’ tali maniljij għandu jkun imdawwar lura lejn il-pjan tal-bieba u ffittjat f’surround protettiv jew inkella jkun imdaħħal ’il ġewwa. 6.6.2.2. Il-manilji li jduru ’l barra fi kwalunkwe direzzjoni li mhix parallela mal-pjan tal-bieba għandhom, meta jkunu fil-pożizzjoni magħluqa, ikunu mdawrin b’madwar protettiv jew inkella mdaħħlin ’il ġewwa. It-tarf miftuħ ikun iħares jew lejn in-naħa ta’ wara jew ’l isfel. Minkejja dan, manilji li ma jkunux konformi ma’ din l-aħħar kondizzjoni jistgħu jkunu aċċettati kemm-il darba: - ikollhom mekkaniżmu ta’ ritorn indipendenti, - jekk il-mekkaniżmu tar-ritorn ma jaħdimx, ma jistgħux jipproġettaw iktar minn 15-il mm, - jikkonformaw, f’tali pożizzjoni miftuħa, mad-dispożizzjonijiet tal-punt 5.4, u - l-arja tas-superfiċi tat-tarf tagħhom, meta mkejla mhux iktar minn 6,5 mm mill-punt l-iktar sporġenti, hija inqas minn 150 mm2." Punt 6.7 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "6.7. ROTI, SKORFINI TAR-ROTI,HUB CAPSUDISCSTAR-ROTI" Punt 67.2. għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "6.7.2. Ir-roti, l-iskorfini tar-roti, il-hup caps u d-discs tar-roti ma għandu jkun fihom ebda sporġenza ppuntata jew taqta li testendi ’l hemm mill-pjan tar-rimm tar-rota. Wing Nuts ma għandhomx ikunu permessi." Punt 6.8.1 għandu jiġi miżjud bis-segwenti sentenza: "Tarf mhux protett ikun ikkunsidrat li jkun milwi lura jew jekk ikun milwi lura b’approssimattivament 180°, jew jekk ikun milwi lejn il-karrozzerija b’tali mod li ma jkunx jista’ jkun ikkuntattjat bi sfera li jkollha dijametru ta’ 100 mm." L-aħħar linja tal-punt 6.9.1. tkun taqra: "… L-Anness II, Punt 1." Minflok "… L-Anness II" Punt 6.11 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "6.11. MENSULI TA’ L-IĠĠAKKJARU PAJPIJIET TA’ L-EXHAUST 6.11.1. Il-mensuli ta’ l-iġġakkjar u l-pajp(ijiet) ta’ l-exhaust m’għandhomx jipproġettaw iktar minn 10 mm ’il hemm mill-isporġenza vertikali tal-linja ta’ l-art li tkun vertikalment fuqhom. Bħala eċċezzjoni għal din il-ħtieġa pajp ta’ l-exhaust jista’ jisporġi iktar minn 10 mm ’il hemm mill-isporġenza vertikali tal-linja ta’ l-art, dement li jispiċċa bi truf tondi, bir-raġġ minimu tal-kurvatura jkun 2,5 mm." Wara l-punt 6.11, jiżdiedu l-punti il-ġodda 6.12 sa 6.18 li ġejjin: "6.12. FLAPSGĦAD-DĦUL U L-ĦRUĠ TA’ L-ARJA 6.12.1. Il-flaps għad-dħul u l-ħruġ ta’ l-arja għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet tal-punti 5.2, 5.3 u 5.4 fil-pożizzjonijiet kollha ta’ l-użu. 6.13. SAQAF 6.13.1. Soqfa li jinfetħu għandhom ikunu kkunsidrati biss fil-pożizzjoni magħluqa. 6.13.2. Vetturi konvertibbli għandhom jiġu eżaminati bil-hood kemm fil-pożizzjoni mtella’ kif ukoll imniżżla. 6.13.2.1. Bil-hood imniżżla, m’għandu jsir ebda eżami tal-vettura f’superfiċi immaġinarja iffurmat mill-hood meta tkun fil-pożizzjoni mtella’. 6.13.2.2. Fejn għatu għal-linkage tal-hood meta tkun mitwija huwa pprovdut bħala apparat standard, l-eżami jsir bl-għatu fil-pożizzjoni tiegħu. 6.14. TWIEQI 6.14.1. Twieqi li jiċċaqilqu ’l barra mis-superfiċi estern tal-vettura għandhom ikunu konformi mas-segwenti dispożizzjonijiet fil-pożizzjonijiet kollha ta’ l-użu: 6.14.1.1. Ebda xifer espost ma għandu jkun iħares ’il quddiem; 6.14.1.2. Ebda parti tat-tieqa ma’għandha tisporġi lil hemm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura. 6.15. MENSULI TAL-PJANĊA TAR-REĠISTRAZZJONI 6.15.1. Mensuli li jservu bħala appoġġ ipprovduti mill-manifattur tal-vettura għall-pjanċi tar-reġistrazzjoni għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet tal-punt 5.4 ta’ dan l-Anness jekk huma kuntattabbli bi sfera ta’ dijametru ta’ 100 mm meta l-pjanċa tar-reġistrazzjoni tkun immuntata skond ir-rakkomandazzjoni tal-manifattur tal-vettura. 6.16. XTILLIERI TAL-BAGALJI U XTILLIERI TA’ L-ISKIJJAR 6.16.1. Xtillieri tal-bagalji u xtillieri ta’ l-iskijjar għandhom jitwaħħlu mal-vettura hekk li jeżisti illokkjar pożittiv almenu f’direzzjoni waħda u li forzi orizzontali, lonġitudinali u trasversali li jistgħu jiġu trasmessi jkunu ta’ l-inqas ugwali għall-kapaċità ta’ l-issapportjar tat-tagħbija vertikali ta’ l-ixtilliera kif speċifikat mill-manifattur tagħha. Għat-test ta’ l-ixtilliera tal-bagalji u ta’ l-ixtilliera ta’ l-iskijjar armati mal-vettura skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur, it-tagħbijiet tat-test ma jkunux applikati f’punt wieħed biss. 6.16.2. Uċuħ li, wara l-installazzjoni ta’ l-ixtilliera, jistgħu jkunu kkuntattjati bi sfera ta’ diametru ta’ 165 mm ma jkollhomx partijiet b’raġġ ta’ kurvatura inqas minn 2,5 mm, dement li d-dispożizzjonijiet ta’ 6.3 ikunu jistgħu jiġu applikati. 6.16.3. Elementi ta’ l-irbit bħal boltijiet li jkunu ssikkati jew maħlula mingħajr għodda ma jisporġux iktar minn 40 mm ’il hemm mill-uċuħ li hemm riferenza għalihom f’6.16.2, l-isporġenza tkun iddeterminata skond il-metodu preskritt fl-Anness II, punt 2, imma waqt li tintuża sfera ta’ diametru ta’ 165 mm f’dawk il-każijiet fejn il-metodu preskritt fil-punt 2.2 ta’ dak l-Anness ikun impjegat. 6.17. AERIALSTAR- RADJU RIĊEVENTI JEW TRASMITTENTI 6.17.1. Aerials tar-radju riċeventi jew trasmittenti għandhom ikunu ffittjati mal-vettura b’tali mod li jekk il-parti mhux imwaħħla tagħhom hija inqas minn 2 m mis-superfiċi tat-triq fi kwalunkwe pożizzjoni ta’ l-użu speċifikata mill-manifattur ta’ l-aerial, dan għandu jkun ġewwa ż-żona mdawra mill-pjani vertikali li huma 10 ċm fit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura kif iddefinit fil-punt 2.7. 6.17.2. Barra minn hekk, l-aerials għandhom ikunu hekk iffittjati mal-vettura, u jekk ikun meħtieġ it-truf tagħhom mhux imwaħħla hekk ristretti, li ebda parti mill-aerials ma toħroġ ’il barra mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura kif definit fil-punt 2.7. 6.17.3. Ix-xafts ta’ l-aerials jista’ jkollhom raġġi ta’ kurvatura t’inqas minn 2,5 mm. Madankollu, it-truf mhux imwaħħla jkunu ffittjati b’cappings fissi, ir-raġġi tal-kurvatura ta’ liema ma jkunux inqas minn 2,5 mm. 6.17.4. Il-bażijiet ta’ l-aerials ma jisporġux iktar minn 30 mm meta ddeterminati skond il-proċedura ta’ l-Anness II, punt 2. Madankollu, f’każ t’aerials bl-amplifikaturi mibnija mal-bażi, dawn il-bażijiet jistgħu jisporġu sa 40 mm. 6.18. ISTRUZZJONIJIET TA’ L-ASSEMBLAĠĠ 6.18.1. Xtillieri tal-bagalji, xtillieri ta’ l-iskijjar u aerials tar-radju riċeventi u trasmittenti li jkunu ġew approvati tat-tip bħala unitajiet tekniċi separati ma jistgħux ikunu offruti għall-bejgħ, mibjugħa jew mixtrija dement li ma jkunux akkumpanjati mill-istruzzjonijiet ta’ l-assemblaġġ. L-istruzzjonijiet ta’ l-assemblaġġ ikun fihom biżżejjed informazzjoni li tippermetti li komponenti approvati biex ikunu mmuntati fuq il-vettura b’mod li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-punti 5 u 6. Partikolarment, il-pożizzjonijiet ta’ l-użu għandhom ikunu indikati għal aerials teleskopiċi." L-ANNESS II It-Titolu għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "METODI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAD-DIMENSJONIJIET TA’ L-ISPORĠENZI U L-ISPAZJI" Punt 1 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "1. IL-METODU LI JIDDETERMINA L-GĦOLI TA’ L-ISPORĠENZI TA’ LIWI FIL-PJANĊI TAL-KAROZZERIJA" Il-punti preżenti 1, 2, 3 u 4 jiġu nnumerati mill-ġdid u jsiru l-punti 1.1, 1.2, 1.3 u 1.4. Wara l-punt 1, għandhom jiżdiedu l-punti ġodda segwenti: 2, 3, u 4: "2. METODU TAD-DETERMINAZZJONI TAD-DIMENSJONI TA’ L-ISPORĠENZA TA’ KOMPONENT IMMUNTAT FUQ IS-SUPERFIĊI ESTERN 2.1. Id-dimensjoni ta’ l-isporġenza ta’ komponent li jkun immuntat fuq superfiċi convex jista’ jkun iddeterminat jew direttament jew inkella b’riferenza għal disinn ta’ sezzjoni xierqa ta’ dan il-komponent fil-kondizzjoni installata tiegħu. 2.2. Jekk id-dimensjoni ta’ l-isporġenza ta’ komponent li huwa mmuntat fuq superfiċi oħra li mhix convex ma tistax tkun iddeterminata b’kejl sempliċi, din għandha tkun iddeterminata bil-varjazzjoni massima tad-distanza taċ-ċentru ta’ sfera ta’ diametru ta’ 100 mm mil-linja nominali tal-pjanċa meta l-isfera titgħadda minn fuqha u hija f’kuntatt kostanti mal-komponent. Il-Figura 3 turi eżempju ta’ l-użu ta’ din il-proċedura. 3. METODU GĦAD-DETERMINAZZJONI TA’ L-ISPORĠENZI TA’ VIŻIERI U RIMMIJIET TAL-HEADLIGHTS 3.1. L-isporġenza mis-superfiċi esterna tal-headlight għandha tkun imkejla orizzontalment mill-punt tal-kuntatt ta’ sfera ta’ diametru ta’ 100 mm kif muri fil-Figura 4. 4. METODU GĦAD-DETERMINAZZJONI TAD-DIMENSJONI TA’ L-ISPAZJU BEJN ELEMENTI TA’ GRADA 4.1. Id-dimensjoni ta’ vojt jew spazju bejn elementi ta’ grada tkun iddeterminata bid-distanza bejn żewġ pjani li jgħaddu mill-punti tal-kuntatt ta’ l-isfera u perpendikularment għal-linja li tgħaqqad żewġ punti tal-kuntatt. Il-Figuri 5 u 6 juru eżempji ta’ l-użu ta’ din il-proċedura." Wara il-Figura 2 żid il-Figuri 3 sa 6 +++++ TIFF +++++ L-ANNESS III: It-Titolu għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej: "L-ANNESS III MUDELL" +++++ TIFF +++++ Wara l-Anness III, għandu jiżdied l-Anness IV il-ġdid li ġej: L-ANNESS IV MUDELL (Format Massimu: A4 (210 X 297 mm) +++++ TIFF +++++ [1] B = il-Belġju, D = il-Ġermanja, DK = id-Danimarka, F = Franza, GB = ir-Renju Unit, I = Italja, IRL = l-Irlanda, L = il-Lussemburgu, NL = L-Olanda. --------------------------------------------------