EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978L0317

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar is-sistemi li jneħħu s-silġ u ċ-ċpar ta’ uċuh bil-ħġieġ ta’ vetturi bil-mutur

ĠU L 81, 28.3.1978, p. 27–48 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Imħassar b' 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1978/317/oj

31978L0317



Official Journal L 081 , 28/03/1978 P. 0027 - 0048
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0082
Greek special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0067
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0082
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0129
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 8 P. 0129


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-21 ta’ Diċembru 1977

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar is-sistemi li jneħħu s-silġ u ċ-ċpar ta’ uċuh bil-ħġieġ ta’ vetturi bil-mutur

(78/317/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li ikkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekomomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li ikkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni

Wara li ikkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li ikkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-ħtiġiet tekniċi li l-vetturi bil-mutur għandhom jissoddisfaw taħt liġijiet nazzjonali jirrelataw inter alia mas-sistemi li jneħħu s-silġ u ċ-ċpar mill- l-uċuh bil-ħġieġ tal-vetturi bil-mutur

Billi dawn il-ħtiġiet huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor; billi għalhekk huwa neċessarju illi l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet, jew flimkien ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti biex, partikolarment, jippermettu li l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li kien is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3] kif emendata mid-Direttiva 78/315/KEE [4] tiġi introdotta għal kull tip ta’ vettura;

Billi huwa rikmandabbli li jiġu abbozzati l-ħtiġiet tekniċi sabiex ikollhom l-istess skop bħax-xogħol li qed isir dwar is-suġġett fil-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU;

Billi dawn il-ħtiġiet japplikaw għall-vetturi bil-mutur fil-kategorija M1 (il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-vetturi bil-mutur tinsab fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE);

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar il-vetturi bil-mutur titlob ir-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tal-verifiki li jsiru minn kull wieħed minnhom fuq bażi tal-ħtiġiet komuni.

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur fil-kategorija M1 (kif definit fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE) maħsuba għall-użu fit-triq, li għandha għall-inqas erba' roti u veloċità massima ddisinjata ta' aktar minn 25 km fis-siegħa.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta' vettura għal raġunijiet relatati mas-sistemi li jneħħu s-silġ u ċ-ċpar mill-uċuh bil-ħġieġ tagħha jekk dawn jissoddisfaw il-ħtiġiet stipulati fl-Annessi I, II, III, IV u V.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ,ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta' xi vettura għal raġunijiet relatati mas-sistemi li jneħħu s-silġ u ċ-ċpar mill-uċuh bil-ħġieġ i tagħha jekk dawn jissoddisfaw il-ħtiġiet fl-Annessi I, II, III, IV u V.

Artikolu 4

L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat- tip għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li jiġi nfurmat dwar kull modifika ta’ parti jew karatteristika msemmija f’2.2 ta’l-Anness I. l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat għandhom jiddeterminaw jekk huwiex neċessarju li jsiru testijiet oħra fuq it-tip ta' vettura mmodifikata u li jippreparaw rapport ġdid. Jekk dawn it-testijiet juru li l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva ma ġewx soddisfatti, il-modifika ma għandhiex tiġi awtorizzata.

Artikolu 5

Kull emenda neċessarja biex jiġu adattati l-ħtiġiet fl-Annessi I, II, III, IV, V u V għall-progress tekniku għandha tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Madankollu, din il-proċedura ma għandhiex tapplika għal emendi li jintroduċu ħtiġiet għal sistemi li jneħħu s-silġ u ċ-ċpar mill-uċuh bil-ħġieġ i ħlief dawk tal-windscreens.

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ id-disposizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b'dan.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, il-21 ta’ Diċembru 1977.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Chabert

[1] ĠU N L 118, 16. 5. 1977, P. 33.

[2] ĠU N L 114, 11. 5. 1977, P. 9.

[3] ĠU N L 42, 23. 2. 1970, P. 1.

[4] ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali

--------------------------------------------------

LISTA TA’ ANNESSI

Anness I | Kamp ta' applikazjini, definizzjonijiet, applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KEE, approvazzjoni tat- tip tal-KEE, ħtiġiet speċifiċi, proċedura tat-test |

Anness II: | Proċedura biex jiġi determinat il-punt H u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil u biex jiġu verifikati l-posizzjonijiet relativi tal-punti R u H u r-relazzjoni bejn l-angolu tad-dahar tas-sedil fid-disinn u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil |

Anness III: | Metodu biex tiġi determinata r-relazzjoni dimensjonali bejn il-marki ta' riferenza primarji tal-vettura u l-grid ta' riferenza tri-dimensjonali |

Anness IV: | Proċedura biex jiġu determinati żoni tal-vista fil-windscreens tal-vetturi fil-kategorija M1 vetturi b'rapport mal-punti V |

Anness V: | Ġeneratur ta’l-istim |

Annex VI: | Anness għaċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward tas-sistemi li jneħħu s-silġ u ċ-ċpar |

--------------------------------------------------

Top