Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31977R2237

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2237/77 tat-23 ta’ Settembru 1977 li jemenda r-Regolament Nru 118/66/KEE dwar il-forma ta’ skedi azjendali li għandhom jintużaw għall-iskop li jiġu determinati l-introjti ta’ azjendi agrikoli

    ĠU L 263, 17.10.1977, p. 1–41 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Imħassar b' 32008R0868

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1977/2237/oj

    31977R2237



    Official Journal L 263 , 17/10/1977 P. 0001 - 0041
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0078
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 19 P. 0128
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0078
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 13 P. 0068
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 13 P. 0068


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2237/77

    tat-23 ta’ Settembru 1977

    li jemenda r-Regolament Nru 118/66/KEE dwar il-forma ta’ skedi azjendali li għandhom jintużaw għall-iskop li jiġu determinati l-introjti ta’ azjendi agrikoli

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 dwar l-istabbiliment ta’ rettikolat għall-ġbir ta’ data tal-kontabilità dwar l-introjti u l-operazzjoni tan-negozju ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea ( [1]), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2910/73 ( [2]), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Billi r-Regolament Nru 118/66/KEE tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju 1966 ( [3]), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3565/73 ( [4]), speċifika l-partiti li għandhom jiġu nklużi fid-determinazzjoni ta’ l-introjti ta’ azjendi agrikoli;

    Billi t-tip, id-definizzjonijiet u l-preżentazzjoni ta’ data ta’ kontabilità miġbura permezz ta’ skeda azjendali bl-iskop li jiġu determinati l-introjti ta’ azjendi agrikoli għandhom ikunu identiċi, irrispettivament mill-karatteristiċi ta’ l-azjendi sorveljati;

    Billi issa wasal iż-żmien biex l-10 snin esperjenza tar-rettikolat ta’ data ta’ kontabilità ta’ l-azjenda tiġi applikata sabiex jiġu riveduti d-disposizzjonijiet li jikkonċernaw l-iskeda agrikola sabiex id-data ta’ kontabilità tkun iktar paragunabbli u tiġi addattata għall-bżonnijiet ġodda tal-politika agrikola komuni;

    Billi għandha tittieħed l-opportunità sabiex ittejjeb l-ipproċessar ta’ data tal-kontabilità; billi għal dan l-iskop għandu jigi adottat tape manjetiku bħala medja għal din id-data;

    Billi għal xi azjendi jista’ ikun hemm diffikultajiet fil-kompletazzjoni ta’ intestaturi partikolari dovuti għan-nuqqas tad-data rilevanti fil-kontijiet ta’ dawn l-azjendi; billi, konsegwentement, sakemm jibqgħu jippersistu dawn id-diffikultajiet għandhom isiru arranġamenti sabiex jiġi pprevenut kull riskju ta’ misinterpretazzjoni fil-każ li dawn l-intestaturi partikolari ma jiġux kompletati;

    Billi, sabiex jiġu minimizzati l-iżvantaġġi li jakkumulaw mill-aġġustamenti għall-iskeda azjendali, id-disposizzjonijiet il-ġodda għandhom jiġu applikati fl-Istati Membri kollha b’effett mill-istess sena ta’ kontabilità; billi huwa madankollu mixtieq, minħabba d-diffikultajiet li ċerti Stati Membri jistgħu jiffaċċjaw fit-twettieq ta’ dawn l-aġġustamenti tul sena waħda, li ssir disposizzjoni għal dawk l-Istati Membri sabiex tiġi posposta l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet il-ġodda għal sena waħda ta’ kontabilità;

    Billi l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunità għar-rettikolat tad-data ta’ kontabilità ta’ l-Azjenda,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    It-tip ta’ data ta’ kontabilità li għandha tingħata fi skeda azjendali għandha tkun kif stabbilit fl-Anness I. Id-definizzjonijiet u l-istruzzjonijiet rilevanti għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness II. Id-data ta’ kontabilità għandha tkun ippreżentata fil-forma stabbilita fl-Anness III.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ewwel darba għad-data ta’ kontabilità tas-sena tal-kontijiet 1978, li tibda tul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 1978 u l-1 ta’ Lulju 1978.

    Madankollu, għal Franza, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Irlanda, dawn id-disposizzjonijiet għandhom japplikaw għad-data ta’ kontabilità tas-sena tal-kontijiet ta’ l-1979, li tibda tul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Lulju 1979.

    Artikolu 3

    Ir-Regolament (KEE) Nru 118/66/KEE huwa hawnhekk imħassar. Għandu japplika fl-intier tiegħu għad-data ta’ kontabilità tas-snin tal-kontijiet li jippreċedu dawk imsemmija fl-Artikolu 2, tkun xi tkun id-data li fiha din id-data ġiet trasmessa lill-Kummissjoni.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Settembru 1977.

    Għall-Kummissjoni

    Finn Gundelach

    Viċi-President

    [1] ĠU C 109, tat-23.6.1965, p. 1859/65.

    [2] ĠU L 299, tas-27.10.1973, p. 1.

    [3] ĠU C 148, ta' l-10.8.1966, p. 2701/66.

    [4] ĠU L 361, tad-29.12.1973, p. 84.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    IL-PREŻENTAZZJONI TA’ L-ISKEDA AZJENDALI

    Ara: Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) nru 1837/2001, ĠU L 255, ta' l-24.9.2001, pġ 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    DEFINIZZJONIJIET U STRUZZJONIJIET FIR-RIGWARD TA’ l-ISKEDA AZJENDALI

    Ara: Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) nru 1837/2001, ĠU L 255, ta' l-24.9.2001, pġ 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    IL-PREŻENTAZZJONI TA’ DATA TAL-KONTABILITÀ FUQ TAPES MANJETIĊI

    Ara: Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) nru 1837/2001, ĠU L 255, ta' l-24.9.2001, pġ 1.

    --------------------------------------------------

    Top