EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31977R0482

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) NRU 482/77 tat-8 ta’ Marzu 1977 li jikkonkludi l-Ftehim fil-forma ta’ bdil ta’ ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċertu nbid li joriġina fil-Marokk u ntitolat għal denominazzjoni ta’ l-oriġini

ĠU L 65, 11.3.1977, p. 1–1 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1977/482/oj

Related international agreement

31977R0482



Official Journal L 065 , 11/03/1977 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 8 P. 0154
Greek special edition: Chapter 03 Volume 17 P. 0213
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 8 P. 0154
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 12 P. 0040
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 12 P. 0040


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) NRU 482/77

tat-8 ta’ Marzu 1977

li jikkonkludi l-Ftehim fil-forma ta’ bdil ta’ ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċertu nbid li joriġina fil-Marokk u ntitolat għal denominazzjoni ta’ l-oriġini

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekomomika Ewropea, u b’mod partikolari l-artiklu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim tal-Koperazzjoni bejn il-Komunità Eknomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk ġie ffirmat fil-27 ta’ April 1976;

Billi l-Ftehim Interim [1] iffirmat fl-istess jum daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1976 għall-għan ta’ l-implimentazzjoni bil-quddiem tad-disposizzjonijiet tal-kummerċ għall-Ftehim ta’ Koperazzjoni;

Billi Ftehim għandu jiġi konkluż fil-forma ta’ bdil ta’ ittri, kif provvdut fl-Artikolu 21(2) tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni msemmi hawn fuq u ta’ l-Artikolu 14(2) tal-Ftehim Interim msemmi hawn fuq dwar l-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti kif provvduti fl-Artikoli msemmija fir-rigward ta’ nbid intitolat għal denominazzjoni ta’ l-oriġini taħt il-liġi Marokkina u eżentat mid-dazji doganali ma’ l-importazzjoni fil-Komunità, fil-limiti tal-kwota annwali tat-tariffa tal-Komunità ta’ 50000 ettolitri,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ bdil ta’ ittri, bejn il-Komunità Ekonomika Ewropeja u r-Renju tal-Marokk dwar l-applikazzjoni ta’ arranġamenti kif provvduti fl-Artikolu 21(2) tal-Ftehim tal-Koperazzjoni u l-Artikolu 14(2) tal-Ftehim Interim, fir-rigward ta’ nbid intitolat għal denominazzjoni ta’ oriġini taħt il-liġi Marokkina u eżentat mid-dazji doganali ma’ l-importazzjoni fil-Komunità, fil-limiti tal-kwota annwali tat-tariffa tal-Komunità ta’ 50000 ettolitri huwa b’dan konkluż f’isem il-Komunità,

It-test tal-Ftehiim fil-forma ta’ bdil ta’ ittri huwa anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa bdan awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim għall-għan sabiex jorbot lill-Komunita [2].

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-8 ta’ Marzu 1979.

Għall-Kunsill

Il-President

D. OWEN

[1] ĠU L 141, tat-28.5.1976, p. 98.

[2] Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandu jirranġa biex id-data ta’ l-iffirmar tal-Ftehim tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

--------------------------------------------------

Top