Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31977D0585

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Lulju 1977 li tikkonkludi l-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-Baħar Mediterran mit-tniġġiż u l-Protokoll għall-prevenzjoni tat-tniġġiż tal-Baħar Mediterran bir-rimi ta’ l-iskart minn bastimenti u vetturi ta’ l-ajru

    ĠU L 240, 19.9.1977, p. 1–34 (DA, DE, IT, NL)
    ĠU L 240, 19.9.1977, p. 1–2 (EN, FR)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1977/585/oj

    Related international agreement
    Related international agreement

    31977D0585



    Official Journal L 240 , 19/09/1977 P. 0001 - 0002
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0176
    Spanish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0003
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0176
    Portuguese special edition Chapter 15 Volume 2 P. 0003


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tal-25 ta’ Lulju 1977

    li tikkonkludi l-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-Baħar Mediterran mit-tniġġiż u l-Protokoll għall-prevenzjoni tat-tniġġiż tal-Baħar Mediterran bir-rimi ta’ l-iskart minn bastimenti u vetturi ta’ l-ajru

    (77/585/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

    Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1]

    Billi l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-Baħar Mediterran mit-tniġġiż jipprovdi illi l-Konvenzjoni u l-Protokolli li għandhom x’jaqsmu magħha għandhom ikunu miftuħa għall-firma mill-Komunità Ekonomika Ewropea;

    Wara li kunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill fit-22 ta’ Novembru 1973 dwar il-programm ta’ azzjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-ambjent [2];

    Billi dak il-programm jenfasizza fost ħwejjeġ oħra l-fatt illi t-tniġġiż tal-baħar jaffettwa l-Komunità kollha, kemm minħabba r-rwol essenzjali li l-baħar għandu fil-preservazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-ispeċji u minħabba l-importanza tat-trasport bil-baħar għall-iżvilupp ekonomiku armonjuż tal-Komunità.

    Billi, barra minn hekk, il-programm ta’ azzjoni riferit hawn fuq u d-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE ta’ l-4 ta’ Mejju 1976 dwar it-tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarigati fl-ambjent marin tal-Komunità [3] jipprovdu illi jridu jiġu implimentati ċerti miżuri mill-Komunità sabiex jitnaqqsu t-tipi varji ta’ tniġġiż tal-baħar.

    Billi l-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-Baħar Mediterran mit-tniġġiż tipprovdi b’mod partikolari illi jiġu adottati miżuri xierqa sabiex jipprevenu u jnaqqsu t-tniġġiż ikkawżat mir-rimi ta’ l-iskart mill-bastimenti u l-vetturi ta’ l-ajru, t-tniġġiż li jirriżulta mill-esplorazzjoni u l-isfruttament tal-blata kontinentali, mill-qiegħ tal-baħar u t-tniġġiż minn sorsi bażati fuq l-art;

    Billi l-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni jipprovdi illi l-ebda parti ma tista’ ssir Parti Kontraenti tagħha għajr jekk fl-istess ħin issir Parti Kontraenti ta’ mill-inqas wieħed mill-Protokolli u illi l-ebda parti ma tista’ ssir Parti Kontraenti ta’ Protokoll għajr jekk tkun, jew issir fl-istess ħin, Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni;

    Billi jidher meħtieġ għall-Komunità li tikkonkludi din il-Konvenzjoni u l-Protokoll dwar il-prevenzjoni tat-tniġġiż tal-Baħar Mediterran dwar ir-rimi ta’ l-iskart mill-bastimenti u mill-vetturi ta’ l-ajru sabiex jinkiseb, fil-kors tal-ħidma tas-suq komuni, wieħed mill-għanijiet tal-Komunità fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-ambjent u tal-kwalità tal-ħajja; billi, barra minn hekk ma hemm l-ebda dispożizzjoni fit-Trattat għall-poteri meħtieġa għal dan il-fini;

    Billi l-Konvenzjoni u l-Protokoll imsemmi kienu firmati f’isem il-Komunità fit-13 ta’ Settembru 1976,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Huma hawnhekk konklużi f’isem il-Komunità Ewropea l-Kovenzjoni dwar il-protezzjoni tal-Baħar Mediterran mit-tniġġiż u l-Protokoll dwar il-prevenzjoni tat-tniġġiż tal-Baħar Mediterran kagun ta‘ rimi ta’ skart minn bastimenti u vetturi ta’ l-ajru.

    It-testi tal-Konvenzjoni u tal-Protokoll huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej għandu f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea jiddepożita l-att li jikkonkludi l-Konvenzjoni provdut fl-Artikolu 25 tiegħu [4].

    Magħmula fi Brussell, fil-25 ta’ Lulju 1977.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. Simonet

    [1] ĠU Nru C 259, ta’ l-4.11.1976, p. 42.

    [2] GU Nru C 112, 20.12.1973, p. 1.

    [3] GU Nru L 129, 18.5.1976, p. 23.

    [4] Id-data tad-dhul fis-sehh tal-Konvenzjoni u l-Protokoll ghandha tkun pubblikata mis-Segretarjat Generali tal-Kunsill fil-Gurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej

    --------------------------------------------------

    Top