This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31976R0312
Council Regulation (EEC) No 312/76 of 9 February 1976 amending the provisions relating to the trade union rights of workers contained in Regulation (EEC) No 1612/68 on freedom of movement for workers within the Community
Ir–Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 312/76 tad-9 ta' Frar 1976 li jemenda d-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tat-trade unions tal-ħaddiema li jinsabu fir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 fuq il-libertà tal-moviment fi ħdan il-Komunità
Ir–Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 312/76 tad-9 ta' Frar 1976 li jemenda d-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tat-trade unions tal-ħaddiema li jinsabu fir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 fuq il-libertà tal-moviment fi ħdan il-Komunità
ĠU L 39, 14.2.1976, p. 2–2
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 15/06/2011; Imħassar b' 32011R0492
Official Journal L 039 , 14/02/1976 P. 0002 - 0002
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 1 P. 0190
Greek special edition: Chapter 05 Volume 2 P. 0068
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 1 P. 0190
Spanish special edition: Chapter 05 Volume 2 P. 0069
Portuguese special edition Chapter 05 Volume 2 P. 0069
Ir–Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 312/76 tad-9 ta' Frar 1976 li jemenda d-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tat-trade unions tal-ħaddiema li jinsabu fir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 fuq il-libertà tal-moviment fi ħdan il-Komunità IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi għandu jiġi speċifikat fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment tal-ħaddiema fil-Komunità [3], illi ħaddiema li huma sudditi ta' Stat Membru u li huma impjegati fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandhom igawdu wkoll trattament ugwali fir-rigward ta' l-eżerċizzju tad-drittijiet trejdunjonistiċi rigward l-eliġibilità għal postijiet ta' amministrazzjoni jew treġija ta' trade union, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 għandu jiġi emendat kif ġej: 1. Dan li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-ewwel sentenza ta' paragrafu 1 wara "inkluż id-dritt għall-vot": "u li jkun eliġibbli għall-postijiet t'amministrazzjoni jew treġija ta' trade union". 2. Il-paragrafu 2 qiegħed hawnhekk jiġi mħassar. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Frar 1976. Għall-Kunsill Il-President G. Thorn [1] ĠU C 280, tat-8.12.1975, p. 43. [2] ĠU C 12, tas-17.1.1976, p. 2. [3] ĠU L 257, tad-19.10.1968, p. 2. --------------------------------------------------