This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31976L0759
Council Directive 76/759/EEC of 27 July 1976 on the approximation of the laws of the Member States relating to direction indicator lamps for motor vehicles and their trailers
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-fanali indikaturi tad- direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-fanali indikaturi tad- direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom
ĠU L 262, 27.9.1976, p. 71–84
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Imħassar b' 32009R0661
Official Journal L 262 , 27/09/1976 P. 0071 - 0084
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0100
Greek special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0042
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0100
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0110
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 5 P. 0110
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-fanali indikaturi tad- direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (76/759/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kumissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi l-ħtiġiet tekniċi li l-vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali għandhom x’jaqsmu inter alia mal-fanali indikaturi tad-direzzjoni tagħhom; Billi dawk il-ħtiġiet huma differenti minn Stat Membru wieħed għall-ieħor; billi hu għalhekk neċessarju li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew f’addizzjoni ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], tiġi introdotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura; Billi fid-Direttiva 76/756/KEE [4], il-Kunsill stipula l-ħtiġiet komuni għall-istallazzjoni ta’ ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq il-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom; Billi proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip armonizzata għall-fanali indikaturi tad-direzzjoni tagħmilha possibbli għal kull Stat Membru li jeżamina l-konformità tiegħu mal-ħtiġiet ta’ kostruzzjoni u ttestjar komuni u li jinforma ’l Istati Membri l-oħrajn bis-sejbiet tiegħu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent komplet għal kull tip ta’ fanal indikatur tad-direzzjoni; billi t-tqegħid ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent fuq il-fanali indikaturi tad- direzzjoni kollha fabbrikati skond l-approvazzjoni tat-tip ineħħi l-bżonn għal verifiki tekniċi fuq dawn il-fanali indikaturi tad-direzzjoni fi Stati Membri oħrajn; Billi hu mixtieq li jittieħed kont tal-ħtiġiet tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU fir-Regolament tagħha Nru 6 (“Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’ l-indikaturi tad-direzzjoni għal vetturi bil-mutur (ħlief għall-muturi) u l--karrijiet tagħhom”) [5], li hu fl-anness mal-Ftehim ta’ l-20 ta’ Marzu 1958 li jirrigwarda l-adozzjoni ta’ kondizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku ta’ approvazzjoni għat-tagħmir u l-partijiet tal-vetturi bil-mutur; Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li għandhom x’jaqsmu mal-vetturi bil-mutur tinvolvi r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tal-verifiki mwettqa minn kull wieħed minnhom fuq il-bażi tal-ħtiġiet komuni, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. Kull Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal kwalunkwe tip ta’ fanal indikatur tad-direzzjoni li jissodisfa l-ħtiġijet tal-kostruzzjoni u ttestjar stipulati fl-Anessi 0, I, III, IV u V. 2. L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika li l-mudelli ta’ produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat, sa fejn dan hu neċessarju u jekk meħtieġ f’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħrajn. Din il-verifika għandha tkun limitata għal tfittxijiet saltwarji. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom, għal kul tip ta’ fanal indikatur tad-direzzjoni li japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur, jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent li tikkonforma mal-mudell muri fl-Anness III. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipprevjenu l-użu ta’ marki li x’aktarx jikkrejaw konfużjoni bejn il-fanali indikatur tad-direzzjoni li ġew mogħtija l-approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 1, u mezzi oħrajn. Artikolu 3 1. Ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ fanali indikatur tad-direzzjoni għal-raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kostruzzjoni jew il-metodu ta’ funzjonament tagħhom jekk ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent. 2. Madanakollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ fanali indikatur tad-direzzjoni li jkollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent li konsistentement jonqsu li jikkonformaw mat-tip approvat. Dak l-Istat għandu minnufih jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda, u jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. Artikolu 4 L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom fi żmien xahar jibagħtu lil-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħrajn kopja taċ-ċertifikati ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, li eżempju tiegħu hu mogħti fl-Anness II, kompletat għal kull tip ta’ fanal indikatur tad-direzzjoni li huma japprovaw jew jirrifjutaw li japprovaw. Artikolu 5 1. Jekk l-Istat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent li numru ta’ fanali indikaturi tad-direzzjoni li jkollhom l-istess marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent ma jikkonformawx mat-tip li hu approva, għandu jieħu l-miżuri neċessarja biex jassigura li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lil dawk ta’ Stati Membri oħrajn bil-miżuri meħuda, li jistgħu, fejn hemm nuqqas konsistenti li jikkonformaw, jestendu sa l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk ikunu informati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b’dan in-nuqqas li jikkonformaw. 2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom fi żmien xahar jinformaw lil xulxin b’xi irtirar tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent, u bir-raġunijiet għal din il-miżura. Artikolu 6 Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skond id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva biex tiġi rrifjutata jew irtirata l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal fanal indikatur tad-direzzjoni jew biex jiġi pprojibit it-tqegħid tiegħu fis-suq jew l-użu tiegħu għandha tqiegħed fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom hi bbażata. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu nnotifikati lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandu jkun informat bir-rimedji disponibbli lilu skond il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bil-limiti ta’ żmien permessi għall-eżerċizzju ta’ dawn ir-rimedji. Artikolu 7 Ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fanali indikatur tad-direzzjoni tagħha jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u huma mwaħħla skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE. Artikolu 8 Ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojibixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ xi vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fanali indikaturi tad-direzzjoni tagħha jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u huma mwaħħla skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE. Artikolu 9 Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fuq it-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li jkollha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25km/siegħa, u l-karrijiet tagħha, ħlief għal vetturi li jimxu fuq il-linji, it-tratturi u makkinarju għall-agrikoltura u vetturi tax-xogħlijiet pubbliċi. Artikolu 10 Kwalunkwe emendi neċessarji biex jaġġustaw il-ħtiġiet ta’ l-Annessi sabiex jieħdu kont tal-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE. Artikolu 11 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din di-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1977 u għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b’dan. Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 1977 fl-iktar tard. 2. Ladarba din id-Direttiva tkun ġiet notifikata, l-Istati Membri għandhom ukoll jassiguraw li l-Kummissjoni hi informata, fi żmien suffiċjenti għaliha biex tissottometti l-kummenti tagħha, b’ abbozzi ta’ liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amminsitrattivi li huma jipproponu li jadottaw fis-settur kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 12 Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1976. F’isem il-Kunsill Il-President M. Van Der Stoel [1] ĠU C 28, tas-17.2.1967, p. 458/67.<0Ħ [2] ĠU C 224, tal-5.12.1966, p. 3802/66.<0Ħ [3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p.1. [4] ĠU L 262, tas- 27.9.76, p. 1 [5] Il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, Dokument E/ECE/324, Addendum 5 tat-22 ta’ Mejju 1967 -------------------------------------------------- Lista ta’ l-Annessi L-Anness 0 | - Definizzjoni, speċifikazzjonijiet ġenerali, l-intensità tad-dawl mitfugħ, il -proċedura tat-test, l-kulur tad-dawl mitfugħ, il-konformità tal-produzzjoni | L-Anness I | - Kategoriji ta’ fanali indikaturi tad-direzzjoni: angoli minimi meħtieġa għad-distribuzzjoni tad-dawl fl-ispazju | L-Anness II | - Mudell taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent | L-Anness III | - Ħtieġiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KEE u l-immarkar Appendiċi: Eżempju ta’ marka ta’ l-approvazzjoni ta’ tip tal-KEE ta’ komponent | L-Anness IV | - Kejl fotometriku | L-Anness V | - Il-Kulur tad-dawl mitfugħ, il-koordinati trikromatiċi | --------------------------------------------------