EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31973L0438

Id-Direttiva Tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 1973 li temenda d-Direttiva ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali u tal-patata taż-żriegħ; id-Direttiva tat-30 ta’ Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibra; u d-Direttivi tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħxejjex u dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta’ l-ispeċi tal-pjanti

ĠU L 356, 27.12.1973, p. 79–82 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1973/438/oj

31973L0438



Official Journal L 356 , 27/12/1973 P. 0079 - 0082
Greek special edition: Chapter 03 Volume 10 P. 0103
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 7 P. 0137
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 7 P. 0137
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0187
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0187


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tal-11 ta’ Diċembru 1973

li temenda d-Direttiva ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali u tal-patata taż-żriegħ; id-Direttiva tat-30 ta’ Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibra; u d-Direttivi tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħxejjex u dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta’ l-ispeċi tal-pjanti

(73/438/KEE)

IL-KUNSILL TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

Billi, għal raġunijiet mogħtija aktar ’il quddiem, emendi għandhom isiru għal ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttivi elenkati hawn taħt, li kienu l-aħħar emendati bid-Direttiva tas-6 ta’ Diċembru 1972 [2]: id-Direttivi tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar, rispettivament, in-negozju taż-żerriegħa tal-pitravi [3], in-negozju taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf [4], in-negozju taż-żrieragħ taċ-ċereali [5], in-negozju tal-patata taż-żriegħ [6]; id-Direttiva tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1969 [7] dwar in-negozju taż-żrieragħ tal-pjanti taż-żejt u l-fibri; id-Direttivi tal-Kunsill tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar in-negozju taż-żrieragħ tal-ħaxix [8] u l-katalogu komuni tal-varjetajiet ta’ l-ispeċi tal-pjanti agrikoli [9];

Billi fil-każ taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf u ż-żrieragħ taċ-ċereali għandu jsir provvediment għall-possibilità ta’ marki speċjali li jikkonċernaw il-preżenza ta’ Avena fatua;

Billi l-kontenut massimu ta’ żerriegħa iebsa għandu jkun miżjud fil-każ ta’ l-ispeċi Trifolium repens; billi, aktar minn hekk, l-ispeċi Phleum Bertolinii għandu jinġieb fil-qasam ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva konċernata;

Billi huwa xieraq li għal ċerta medda l-kondizzjonijiet minimi għal ċerti speċi għandhom ikun imsaħħa; billi minn naħa l-oħra ħtiġiet anqas iebsa għall-ispezzjoni uffiċjali ta’ l-ispeċi awtogami għandhom, ikunu awtoriżżati għal perijodu tranżitorju;

Billi l-esperjenza fil-forniment taż-żerriegħa tal-kittien tagħmilha meħtieġa li tiddaħħal għal erba’ snin oħra l-kategorija "Żerriegħa ċċertifikata, tielet ġerminazzjoni";

Billi taħlitiet ta’ żerriegħa normali ta’ diversi varjetajiet għandhom ikunu awtoriżżati għal perijodu tranżitorju fil-każ ta’ ċerti speċi veġitali f’pakketti żgħar; billi huwa wkoll meħtieġ li jkunu mmodifikati l-piżijiet minimi tal-kampjuni u li tkun introdotta klawsola tranżizzjonali li tikkonċerna l-ġerminazjoni taż-żerriegħa veġitali;

Billi żieda għandha ssir għad-Direttiva dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta’ l-ispeċi tal-pjanti agrikoli f’dak li jirrigwardja dawk il-varjetajiet li, kien ġie stabbilit, ma jistgħux jitkabbru fi kwalunkwe parti tat-territorju ta’ Stat Membru;

Billi wħud mid-Direttivi msemmija hawn fuq jipprovdu li mill-1 ta’ Lulju 1973 l-ekwivalenti taż-żrieragħ u l-pjanti maħsuda f’pajjiżi oħra, partikolarment f’pajjiżi terzi, ma jistgħux aktar ikunu stabbiliti nazjonalment minn Stati Membri; billi, b’dankollu, la darba ma kienx possibli li tkun imwettqa l-eżaminazjoni tal-Komunità fil-każi kollha, il-perijodu msemmi hawn fuq għandu jkun estiż sabiex ikunu evitati disturbi fir-relazjonijiet kummerċjali preżenti;

Billi dispożizzjonijiet għandhom isiru għas-simplifikazzjoni tal-proċedura għall-emenda ta’ l-Annessi meta l-miżuri ta’ l-implimentazjoni ta’ natura teknika huma kkonċernati, bl-applikazzjoni tal-proċedura tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Oltikoltura u l-Foresterija fil-każ li l-emendi li jkunu meħtieġa mill-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku jew tekniku;

Billi, finalment, numru ta’ abbozzi ta’ korrezjonijiet għandhom ikunu magħmula lejn id-diversi Direttivi msemmija hawn fuq,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pitravi għandha tkun emendata kif ġej:

1. Is-segwenti għandu jkun mibdul għall-Artikolu 16(2):

"L-Istati Membri jistgħu huma nfushom jieħdu deċiżjonijiet permezz tal-paragrafu 1 li jikkonċernaw pajjiż terz, sakemm il-Kunsill ma jkunx għadu ħa xi deċiżjoni fir-rigward ta’ dak il-pajjiż fil-qafas ta’ din id-Direttiva. Dan id-dritt jiskadi fl-1 ta’ Lulju 1975."

2. Is-segwenti għandu jkun mibdul għall-Artikolu 21a:

"L-emendi li għandhom isiru fil-kuntest ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku jew tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21."

L-Artikolu 2

Id-Direttiva ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf għandha tkun emendata kif ġej:

1. Fit-test Daniż ta’ l-Artikolu 2(1), il-punt A(a) il-kliem "gebruikst raaigras" għandu jkun mibdul bil-kliem "gekruist raaigras".

2. Fl-Artikolu 2(1) il-punt A(a), il-kliem:

"Phleum Bertolinii DC. | Denb-il-qattus żgħir." |

għandhom ikunu miżjuda wara l-kliem:

"Lolium x hybridum Hausskn. sikrana. | Ibrida" |

3. Fl-Artikolu 11, it-test segwenti għandu jkun miżjud:

"jew dawk il-lottijiet ta’ żerriegħa li huma konformi mal-kondizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw il-preżenza ta’ Avena fatua stabbiliti bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 21, għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali li jikkonferma l-konformità ma dawn il-kondizzjonijiet."

4. Is-segwenti għandu jkun mibdul għall-Artikolu 16(2):

"L-Istati Membri jistgħu huma nfushom jieħdu deċiżjonijiet permezz tal-paragrafu 1 li jikkonċernaw pajjiż terz, sakemm il-Kunsill ma jkunx għadu ħa deċiżjoni fir-rigward ta’ dak il-pajjiż fil-qafas ta’ din id-Direttiva. Dan id-dritt jeskadi fl-1 ta’ Lulju 1975."

5. Is-segwenti għandu jkun mibdul għall-Artikolu 21a:

"L-emendi li għandhom isiru fil-kuntest ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku jew tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21."

6. Fl-Anmness II, il-Parti I, il-punt (3), il-paragrafu A, il-figura "20" li tidher fil-kolonna 5 għall-ispeċi Trifolium repens L. għandha tkun mibdula bil-figura "40".

L-Artikolu 3

Id-Direttiva ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali għandha tkun emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2(2) is-subparagrafu li ġej għandu jkun miżjud:

"(d) jkunu awtoriżżati, fuq talba u bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, li uffiċjalment jiċċertifikaw iż-żerriegħa ta’ l-ispeċi awtogami tal-kategorija "żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel ġenerazjoni" jew "żerriegħa ċċertifikata, t-tieni ġenerazjoni" sal-31 ta’ Diċembru 1978 l-aktar tard:

- meta, minflok ta’ l-ispezjoni uffiċjali ta’ l-għalqa preskritta fl-Anness I, l-ispezjoni ta’ l-għalqa, uffiċjalment ikkontrollata b’verifiki fuq il-post f’mill-anqas 20 % ta’ l-uċuħ ta’ kull speċi, jkunu mwettqa;

- basta li, b’żieda maż-żerriegħa bażika, mill-anqas żewġ ġenerazzjonijiet ta’ qabel iż-żerriegħa bażika immedjatament jippreċedu dik il-kategorija, jkunu nstabu minn eżami uffiċjali mwettaq mill-Istat Membru kkonċernat, li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II dwar l-identità tal-varjetà u l-purità tal-varjeta taż-żerriegħa bażika."

2. Fl-Artikolu 11, it-test li ġej għandu jiżdied:

"jew dawk il-lottijiet taż-żerriegħa li huma konformi mal-kondizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw il-preżenza ta’ Avena fatua stabbiliti bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 21, għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali li jikkonferma l-konformità ma’ dawn il-kondizzjonijiet."

3. Is-segwenti għandu jkun mibdul għall-Artikolu 16(2):

"L-Istati Membri jistgħu huma nfushom jieħdu deċiżjonijiet permezz tal-paragrafu 1 li jikkonċernaw pajjiż terz, sakemm il-Kunsill ma jkunx għadu ħa deċiżjoni fir-rigward ta’ dak il-pajjiż fil-qafas ta’ din id-Direttiva. Dan id-dritt jiskadi fl-1 ta’ Lulju 1975."

4. Is-segwenti għandu jkun mibdul għat-test ta’ l-Artikolu 21a:

"L-emendi li għandhom isiru fil-kuntest ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku jew tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21."

5. Fl-Anness II, il-punt (3), il-paragrafu A(a)(aa), il-figura "98" li tidher fil-kolonna 5 għal żerriegħa bażika tal-ħafur, xgħir, qamħ u l-qamħ tat-tqiq tal-Ġermanja, għandhom ikunu mibdula bil-figura "99".

6. Fl-Anness II, il-punt (3), is-subparagrafu segwenti għandu jkun miżjud:

"D. Kondizzjonijiet speċjali fir-rigward tal-kontenut massimu taż-żrieragħ ta’ l-ispeċi l-oħrajn taċ-ċereali:

Meta l-kontenut massimu jkun stabbilit fis-subparagrafu A f’żerriegħa waħda, it-tieni żerriegħa m’għandiex tkun meqjusa bħala impurità jekk it-tieni kampjun ta’ 500 g ikun ħieles minn żrieragħ ta’ l-ispeċi l-oħra taċ-ċereali."

L-Artikolu 4

Id-Direttiva ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ tal-patata taż-żrieragħ għandha tkun emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 15(2) "l-1 ta’ Lulju 1975" għandu jkun mibdul għal "l-1 ta’ Lulju 1973".

2. Is-segwenti għandu jkun mibdul għall-Artikolu 19a:

"L-emendi li għandhom isiru fil-kuntest ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku jew tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19."

L-Artikolu 5

Id-Direttiva tat-30 ta’ Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri għandha tkun emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2(1), il-punt A u fl-Annessi II, il-parti I, il-punt (2), il-paragrafu A, il-kliem "Soia hispada L." għandhom ikunu mibdula bil-kliem "Glycine max (L.) Merrill."

2. Fl-Artikolu 2(2), is-subparagrafu (ċ) "it-30 ta’ Ġunju 1978" għandu jkun mibdul għal "it-30 ta’ Ġunju 1974".

3. Dan li ġej għandu jkun mibdul għall-Artikolu 15(2):

"L-Istati Membri jistgħu huma nfushom jieħdu deċiżjonijiet permezz tal-paragrafu 1 li jikkonċernaw pajjiż terz, sakemm il-Kunsill ma jkunx għadu ħa deċiżjoni fir-rigward ta’ dak il-pajjiż fil-qafas ta’ din id-Direttiva. Dan id-dritt jiskadi fl-1 ta’ Lulju 1975."

4. Dan li ġej għandu jiġi ssostitwit għall-Artikolu 20a:

"L-emendi li għandhom isiru fil-kuntest ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku jew tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20."

L-Artikolu 6

Id-Direttiva tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa veġitali għandha tkun emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 11(2), l-ewwel sentenza, il-kliem segwenti għandhom ikunu mħassra:

- fit-test Ġermaniż "betreffend ihre Verwendung";

- fit-test Franċiż "concernant son utilisation";

- fit-test Taljan "in loro possesso riguardanti la sua utilizzazione";

- fit-test Daniż "med henblik på dens anvendelse";

- fit-test Ingliż "in respect of use".

2. Il-paragrafu segwenti għandu jkun miżjud ma’ l-Artikolu 24:

"3. Stati Membri jistgħu jippermettu l-kummerċ ta’ taħlitiet ta’ żerriegħa normali ta’ varjetajiet differenti ta’ Lactuca sativa L . u ta’ taħlitiet ta’ żerriegħa normali ta’ varjetajiet differenti Raphanus sativus L . f’pakketti żgħar li ma jeċċedux 50 g basta li l-kliem "taħlita ta’ varjetajiet" u l-ismijiet tal-varjetajiet li jiffurmaw it-taħlita jkunu murija fuq il-pakkett."

3. L-Artikolu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 33:

"L-Artikolu 33a

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 40, li jippermettu l-kummerċ ta’ żerriegħa maħsuda qabel l-1 ta’ Lulju 1973 li ma tkunx kompletament tissodisfa l-ħtiġiet dwar il-ġerminazjoni stabbiliti fl-Anness II jekk żerriegħa bħal din tkun speċjalment immarkata. Awtoriżazzjoni bħal din tista’ biss tkun mogħtija sa l-1 ta’ Lulju 1975."

4. Dan li ġej għandu jiġi ssostitwit għall-Artikolu 40a:

"L-emendi li għandhom isiru fil-kuntest ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku jew tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 40."

5. Is-segwenti għandu jkun mibdul minflok it-test ta’ l-Anness III, il-parti 2:

"2. Piż minimu tal-kampjun

Speċi | Piż (f’g) |

Allium cepa | 25 |

Allium porrum | 20 |

Anthriscus cerefolium | 20 |

Apium graveolens | 5 |

Asparagus officinalis | 100 |

Beta vulgaris | 100 |

Brassica oleracea | 25 |

Brassica rapa | 20 |

Capsicum annuuum | 40 |

Cichorium intybus | 15 |

Cichorium endivia | 15 |

Citrullus vulgaris | 250 |

Cucuminis melo | 100 |

Cucuminis sativus | 25 |

Cucurbita pepo | 150 |

Daucus carota | 10 |

Foeniculum vulgare | 25 |

Lactuca sativa | 10 |

Petroselinum bortense | 10 |

Phaseolus coccineus | 1000 |

Phaseolus vulgaris | 700 |

Pisum sativum | 500 |

Raphanus sativum | 50 |

Scorzonera hospanica | 30 |

Solanum lycopersicum | 20 |

Solanum melongena | 20 |

Spinacia oleracea | 75 |

Valerianella locusta | 20 |

Vicia faba | 1000 |

Fil-każ ta’ varjetajiet ta’ ibdridi F-1 ta’ l-ispeċi t’hawn fuq, il-piż minimu tal-kampjun jista’ jkun imnaqqas għal kwart tal-piż speċifikat.

B’dankollu l-kampjun għandu jkollu piż ta’ mill-anqas 5 g u jikkonsisti f’mill-anqas 400 żerriegħa."

L-Artikolu 7

Id-Direttiva tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta’ l-ispeċi tal-pjanti agrikoli għandha tkun emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 10(2), l-ewwel sentenza tat-test Daniż, il-kelma "ervan" għandha tkun mibdula bil-kelmiet "voor hun gebruik".

2. Is-segwenti għandu jkun mibdul mill-Artikolu 15(3), is-subparagrafu (ċ):

"meta provi uffiċjali tat-tkabbir imwettqa fl-Istati Membri applikanti, l-Artikolu 5(4) jkun applikat korrespondentament, juri li l-varjetà ma tkunx, f’xi parti tat-territorju tiegħu, tipproduċi riżultati korrespondenti għal dawk akwistati minn varjetà komparabbli aċċettati fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew, meta jkun magħruf sewwa li l-varjetà ma tkunx addattata għall-koltivazjoni f’xi parti mit-territorju tiegħu minħabba t-tip tagħha jew il-klassi tal-maturita."

L-Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi:

(a) sa l-1 ta’ Lulju 1973 mal-Artikolu 1, il-punt (1), l-Artikolu 2, il-punt (4), l-Artikolu 3, il-punt (3), l-Artikolu 4, il-punt (1), u l-Artikolu 5, il-punt (3);

(b) sa l-1 ta’ Jannar 1974 l-aktar tard ma’ l-Artikolu 1, il-punt (2), l-Artikolu 2, il-punti (3) u (5), l-Artikolu 3, il-punti (2) u (4), l-Artikolu 4, il-punt (2), l-Artikolu 5, il-punt (4) u l-Artikolu 6, il-punt (4);

(ċ) sa l-1 ta’ Lulju 1974 l-aktar tard, mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Diċembru 1973.

Għall-Kunsill

Il-President

Ib Frederiksen

[1] ĠU C 62, tal-31.7.1973, p. 37.

[2] ĠU L 287, tas-26.12.1972, p. 22.

[3] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2290/66.

[4] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2298/66.

[5] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2309/66.

[6] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2320/66.

[7] ĠU L 169, ta’ l-10.7.1966, p. 3.

[8] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 7.

[9] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 1.

--------------------------------------------------

Top