Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31973L0238

    Id-Direttiva tal-Kunsill tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar miżuri sabiex jittaffew l-effetti ta’ diffikultajiet fil-provvista ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi

    ĠU L 228, 16.8.1973, p. 1–2 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2012; Imħassar b' 32009L0119

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1973/238/oj

    31973L0238



    Official Journal L 228 , 16/08/1973 P. 0001 - 0002
    Finnish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0061
    Greek special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0053
    Swedish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0061
    Spanish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0180
    Portuguese special edition Chapter 12 Volume 1 P. 0180


    Id-direttiva Tal-kunsill

    tal-24 ta’ Lulju 1973

    dwar miżuri sabiex jittaffew l-effetti ta’ diffikultajiet fil-provvista ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi

    (73/238/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 103 miġjub fih;

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew;

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

    Billi l-istabbiliment ta’ politika ta’ enerġija komuni huwa wieħed mill-għanijiet li l-Komunitajiet stabbilew għalihom infushom;

    Billli żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi huma ta’ importanza dejjem tikber biex jipprovdu l-Komunità bi provvisti ta’ enerġija; billi kull diffikultà, ukoll temporanja, li jkollha l-effett li tnaqqas b’mod konsiderevoli il-provvisti ta’ dawk il-prodotti tista’ tikkawża disturbi serji fl-attività ekonomika tal-Komunità; billi l-Komunità għandha, għalhekk, tkun f’pożizzjoni li tannulla jew ta’ l-inqas li tnaqqas kwalunkwe effett ta’ ħsara f’każ bħal dan;

    Billi proċeduri u strumenti adatti għandhom ikunu provduti bil-quddiem sabiex jassikuraw it-twettiq bil-ħeffa ta’ miżuri sabiex jiġu mnaqqsa l-effetti ta’ diffikultajiet fil-provvista tal-petroleum u prodotti petroliferi;

    Billi l-Istati Membri għandhom, għalhekk, ikollhom is-setgħat meħtieġa sabiex jieħdu azzjoni xierqa, jekk tinqala’ l-ħtieġa, mingħajr dewmien u skond it-Trattat, u partikularment l-Artikolu 103 miġjub fih;

    Billi huwa meħtieġ li dawn is-setgħat jiġu armonizzati sa ċertu punt sabiex tiġi faċilitata l-koordinazzjoni ta’ miżuri nazzjonali fi ħdan il-qafas ta’ konsultazzjonijiet fuq livell Komunitarju;

    Billi huwa wkoll mixtieq illi korp konsultattiv jiġi stabbilit minnufih sabiex iħaffef il-koordinazzjoni ta’ miżuri prattiċi meħuda jew proposti mill-Istati Membri f’dan il-qasam;

    Billi huwa meħtieġ li kull Stat Membru jħejji pjan li jista’ jintuża f’każ ta’ diffikultajiet li jinħolqu fil-provvista ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi;

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bis-setgħat meħtieġa f’każ ta’ diffikultajiet li jinħolqu fil-provvista ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi li jistgħu jnaqqsu b’mod konsiderevoli l-provvista ta’ dawn il-prodotti u joħolqu disturbi serji. Dawk il-poteri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet:

    - li jużaw ħażniet ta’ emerġenza skond id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 1968 [1] li jimponu obbligazzjoni fuq l-Istati Membri tal-KEE sabiex iżommu ħażniet minimi ta’ żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi u jqassam dawn il-ħażniet lill-utenti,

    - li jimponu restrizzjonijiet speċifiċi jew wiesa’ fuq il-konsum, skond in-nuqqasijiet stmati, u li jagħtu prijorità lill-provvisti ta’ prodotti petroliferi għal ċerti gruppi ta’ utenti,

    - li jirregolaw il-prezzijiet sabiex tiġi mpeduta żieda abnormali fil-prezzijiet.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-korpi li għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu fl-eżekuzzjoni tas-setgħat li għalihom jipprovdi l-Artikolu 1.

    2. L-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet li jistgħu jintużaw f’każ ta’ diffikultajiet li jinħolqu fil-provvista ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi.

    Artikolu 3

    1. Jekk jinqalgħu diffikultajiet fir-rigward tal-provvista ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi fil-Komunità u wieħed mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tlaqqa’ malajr kemm jista’ jkun, fuq talba ta’ wieħed mill-Istati Membri jew fuq inizzjattiva tagħha stess, grupp ta’ delegati mill-Istati Membri li l-ismijiet tagħhom għandhom ikunu magħrufa minn qabel, taħt il-presidenza tal-Kummissjoni.

    2. Dan il-gruppp għandu jwettaq il-konsultazzjonijiet meħtieġa sabiex jassikura koordinazzjoni tal-miżuri meħuda jew proposti taħt is-setgħat li jipprovdi għalihom l-Artikolu 1 hawn fuq.

    Artikolu 4

    1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li jissoddisfaw l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva.

    2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-komposizzjoni u l-mandat tal-korpi nazzjonali mwaqqfa skond l-Artikolu 2(1) sabiex jitwettqu l-miżuri li għandhom jittieħdu.

    Artikolu 5

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ, mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1974 id-dispożizzjonijiet stabbiliti minn liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva meħtieġa sabiex titħares din id-Direttiva.

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, fl-24 ta’ Lulju 1973.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    I. Nørgaard

    [1] ĠU L 308, tat-23.12.1968, p. 14.

    --------------------------------------------------

    Top