EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31972L0430

Id-Direttiva Tal-Kunsill li tad-19 ta’ Diċembru 1972 temenda d-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE ta’ l-24 ta’ April 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (72/430/KEE).

ĠU L 291, 28.12.1972, p. 162–162 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1972(28-30.12) P. 77 - 77

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/10/2009; Impliċitament imħassar minn 32009L0103

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1972/430/oj

31972L0430



Official Journal L 291 , 28/12/1972 P. 0162 - 0162
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 1 P. 0114
Danish special edition: Series I Chapter 1972(31.12)L291 P. 0023
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 1 P. 0114
English special edition: Series I Chapter 1972(28-30.12) P. 0077
Greek special edition: Chapter 06 Volume 1 P. 0143
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0179
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 2 P. 0179


Id-Direttiva Tal-Kunsill

li tad-19 ta’ Diċembru 1972

temenda d-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE ta’ l-24 ta’ April 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

(72/430/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fil-Komunità Ekonomika Ewropea u mal-Komunità Atomika Ewropea [1], iffirmat fi Brussel, nhar it-22 ta’ Jannar 1972, u partikolarment l-Artikolu 153 ta’ l-Att anness miegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi wara t-tkabbir tal-Komunità n-numru ta’ bureaux nazzjonali kkunsidrati fid-Direttiva tal-Kunsill 72/166 [2] ta’ l-24 ta’ April 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbilità żdiedu minn sitta għal disgħa, u jeħtieġ aġġustament għal dik id-Direttiva;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva tal-Kunsill 72/166 għandha tkun emendata kif ġej: Dan li ġej għandu jkun issostitwit għall-kliem ta’ l-Artikolu 2, [3] l-ewwel inċiż: "Wara li ftehim ikun ġie konkluż bejn id-disa’ bureaux nazzjonali ta’ assiguraturi permezz tal-kondizzjonijiet li dwarhom kull bureau nazzjonali jiggarantixxi t-twettiq, bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ liġi nazzjonali dwar l-assigurazzjoni obbligatorja, ta’ talbiet fir-rigward ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tiegħu, ikkaġunati minn vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, kemm jekk dawk il-vetturi jkunux assigurati jew le;."

L-Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ ma’ l-Adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda mal-Komunitajiet Ewropej.

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 1972.

Għall-Kunsill

Il-President

T. Westerterp

[1] ĠU L 73, tas-27.3.1972, p. 1.

[2] ĠU L 103, tat-2.5.1972, p. 1.

[3] ĠU L 103, tat-2.5.1972, p. 1.

--------------------------------------------------

Top