This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31972L0274
Council Directive 72/274/EEC of 20 July 1972 amending the Directives of 14 June 1966 on the marketing of beet seed, fodder plant seed, cereal seed, seed potatoes, the Directive of 30 June 1969 on the marketing of seed of oil and fibre plants and the Directives of 29 September 1970 on the marketing of vegetable seed and on the common catalogue of varieties of agricultural species
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta' Lulju 1972 li temenda d-Direttivi ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, id-Direttiva tat-30 Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra u d-Direttivi tad-29 Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħaxix u dwar il-katalgu komuni ta' varjetajiet ta' speċi agrikoli
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta' Lulju 1972 li temenda d-Direttivi ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, id-Direttiva tat-30 Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra u d-Direttivi tad-29 Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħaxix u dwar il-katalgu komuni ta' varjetajiet ta' speċi agrikoli
ĠU L 171, 29.7.1972, p. 37–38
(DE, FR, IT, NL) Edizzjoni(jiet) speċjali oħra
(DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1972(III) P. 763 - 764
In force
Official Journal L 171 , 29/07/1972 P. 0037 - 0038
Danish special edition: Series I Chapter 1972(III) P. 0724
English special edition: Series I Chapter 1972(III) P. 0763
Greek special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0091
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0052
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 6 P. 0052
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0227
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0227
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta' Lulju 1972 li temenda d-Direttivi ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, id-Direttiva tat-30 Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra u d-Direttivi tad-29 Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħaxix u dwar il-katalgu komuni ta' varjetajiet ta' speċi agrikoli (72/274/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, Billi huwa xieraq, għar-raġunijiet elenkati hawn taħt, li jiġu emendati ċerti disposizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill ta’ l-14 Ġunju 1966, kif l-aħħar emendati bid-Direttiva tat-30 Marzu 1971 [1], dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi [2], dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf [3], dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali [4] u dwar il-kummerċ tal-patata taż-żrigħ [5], id-Direttiva tal-Kunsill tat-30 Ġunju 1969 [6] dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra, kif emendata bid-Direttiva tat-30 Marzu 1971, u d-Direttiva tal-Kunsill tad-29 Settembru 1970 [7] dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħaxix, kif emendata bid-Direttiva tat-30 Marzu 1971, u d-Direttiva tal-Kunsill tad-29 Settembru 1970 [8] dwar il-katalgu komuni ta' varjetajiet ta' speċi agrikoli; Billi bosta mid-Direttivi fuq imsemmija jipprovdu li mill-1 Lulju 1972, l-ekwivalenza ta' żerriegħa u xtieli żgħar maħsuda f'pajjiżi terzi ma tistax tkun aktar determinata mill-Istati Membri individwalment; billi, peress illi ma kienx possibbli fil-każi kollha li jitlestew l-eżamijiet li għandhom x'jaqsmu mad-determinazzjoni tal-Komunità dwar l-ekwivalenza, il-limitu ta' żmien imsemmi hawn fuq għandu jkun estiż sabiex ikun evitat taħwid firr-relazzjonijiet preżenti tal-kummerċ; Billi d-Direttivi dwar il-kummerċ taż-żerriegħa u x-xtieli żgħar japprovaw biss prodotti li joriġinaw mill-Istati Membri u li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' dawk id-Direttivi jew tal-prodotti li joriġinaw f'pajjiżi terzi u huma magħrufa bħala ekwivalenti għall-prodotti tal-Komunità; Billi għandu jkun possibbli wkoll li jkun hemm kummerċ fil-prodotti li joriġinaw f'pajjiżi li deħlin fil-Komunità iżda li ma jdaħħlux dawk id-Direttivi fis-seħħ immedjatament malli jidħlu, billi huwa għalhekk meħtieġ li jsiru provvedimenti xierqa; ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-data ta' l-1 Lulju 1973 għandha tkun sostitwita minflok id-data ta' l-1 Lulju 1972 fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 16 (2) tad-Direttiva ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 16 (2) tad-Direttiva ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 16 (2) tad-Direttiva tal-14 Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali u fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 15 (2) tad-Direttiva ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-kummerċ tal-patata taż-żrigħ. Artikolu 2 "3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll fir-rigward ta' kull Stat Membru ġdid mid-data tad-dħul tiegħu sad-data li fiha huwa jdaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva." Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma': (a) id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1, b'effett mill-1 Lulju 1972, (b) id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2, mhux aktar tard mill-1 Jannar 1973. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 20 Lulju 1972. Għall-Kunsill Il-President T. Westerterp [1] ĠU Nru L 87, 17.4.1971, p. 24. [2] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2290/66. [3] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2298/66. [4] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2309/66. [5] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2320/66. [6] ĠU Nru L 169, 10.7.1969, p. 3. [7] ĠU Nru L 225, 12.10.1970, p. 7. [8] ĠU Nru L 225, 12.10.1970, p. 1. --------------------------------------------------