Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31971R2821

Ir-Regolament (KEE) Nru 2821/71 tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1971 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal-katagoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma

ĠU L 285, 29.12.1971, p. 46–48 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1971(III) P. 1032 - 1034

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/05/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1971/2821/oj

31971R2821



Official Journal L 285 , 29/12/1971 P. 0046 - 0048
Finnish special edition: Chapter 8 Volume 1 P. 0043
Danish special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 0896
Swedish special edition: Chapter 8 Volume 1 P. 0043
English special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 1032
Greek special edition: Chapter 08 Volume 1 P. 0088
Spanish special edition: Chapter 08 Volume 2 P. 0014
Portuguese special edition Chapter 08 Volume 2 P. 0014


Ir-Regolament (KEE) Nru 2821/71 tal-Kunsill

tal-20 ta' Diċembru 1971

dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal-katagoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 87 ta' dan;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

Billi l-Artikolu 85(1) tat-Trattat jista skond l-Artikolu 85(3) jiġi dikjarat bħala inapplikabbli għal kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 85(3);

Billi d-disposozzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) iridu jiġu implimentati permezz ta' regolament in segwitu ta' l-Artikolu 87;

Billi l-ħolqien ta' suq komuni jitlob illi l-impriżi jkunu addattati għall-kondizzjonijiet tas-suq imkabbar u billi l-koperazzjoni bejn l-impriżi tista tkun mezz utli għall-kisba ta' dan;

Billi l-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi miftiehma għall-koperazzjoni bejn l-impriżi li jagħmluha possibli għall-impriżi li jaħdmu b'mod aktar razzjonali u li jaddattaw il-produttività u l-kompetittività tagħhom għas-suq imkabbar jistgħu, sakemm dawn jaqgħu taħt il-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 85(1), jiġu eżentati minnu taħt ċerti kondizzjonijiet; billi din il-miżura hija meħtieġa partikolarment fir-rigward ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta' standards u tipi, r-riċerka u l-iżvilupp ta' prodotti jew proċessi sa l-istadju ta' applikazzjoni industrijali, l-esplojtazzjoni tar-riżultati tagħhom u l-ispeċjalizzazzjoni

Billi huwa mixtieq li l-Kummissjoni tkun tista tiddikjara permezz ta' regolament illi d-disposozzjonijiet ta' l-Artikolu 85(1) ma japplikawx għal dawk il-kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma sabiex tagħmilha aktar faċli għall-impriżi li jikkoperaw f'modi li huma ekonomikament mixtieqa u mingħajr effett kuntrarju għall-politika tal-kompetizzjoni;

Billi għandu jiġi mniżżel taħt liema kondizzjonijiet il-Kummissjoni, f'relazzjoni mill-qrib u kostanti ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, tista teżerċità setgħat bħal dawn;

Billi taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 17 [1] il-Kummissjoni tista tipprovdi li deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għandha tapplika b'effett retroattiv; billi huwa mixtieq li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li toħroġ regolamenti lid-disposozzjonijiet tagħhom ikunu ta' l-istess effett;

Billi taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 17 ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma jistgħu permess ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni jkunu eżenti mill-projbizzjoni, partikolarment jekk huma jkunu modifikati b'tali mod li l-Artikolu 85(3) japplika għalihom; billi huwa mixtieq li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tagħti eżenzjoni bħal din permess ta' regolament lil dawk il-ftehim u prattiċi miftiehma jekk dawn ikunu modifikati b'mod illi jaqgħu taħt kategorija definita f'regolament ta' eżenzjoni;

Billi l-possibiltà ma tistax tiġi eskluża li f'każ speċifiku, l-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 85(3) ma jistgħux ikunu mwettqa; billi l-Kummissjoni jrid ikollha s-setgħa li tirregola każ bħal dan in segwitu tar-Regolament Nru 17 permezz ta' deċiżjoni b'effett għall-futur;

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17 il-Kummissjoni tista', permezz ta' regolament u skond l-Artikolu 85(3) tat-Trattat, tiddikjara li l-Artikolu 85(1) m'għandux japplika għal kategoriji ta' ftehim bejn impriżi, deċiżjonijiet ta' assoċjazzjonijiet ta' mpriżi u prattiċi miftiehma li għandhom bħala l-fini tagħhom:

(a) l-applikazzjoni ta' standards jew tipi:

(b) ir-riċerka u l-iżvilupp ta' prodotti jew proċessi sa l-istadju ta' applikazzjoni industrijali, u l-esplojtazzjoni tar-riżultati, inklużi disposozzjonijiet dwar drittijiet ta' propjetà industrijali u għarfien tekniku kunfidenzjali;

(ċ) l-ispeċjalizzazzjoni, inkluz il-ftehim meħtieġa għal kisba tagħha.

2. Regolament bħal dan għandu jsemmi u jispjega l-kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li japplika għalihom u għandu jispeċifika partikolarment:

(a) ir-restrizzjonijiet jew klawsoli li jistgħu, jew ma jistgħux jidhru fil-ftehim deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma:

(b) il-klawsoli li għandhom ikunu fil-ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma jew il-kondizzjonijiet l-oħra li għandhom ikunu sodisfatti.

Artikolu 2

1. Kull regolament in segwitu ta' l-Artikolu 1 għandu jiġi magħmul għal perjodu speċifiku.

2. Jista jiġi mħassar jew emendat fejn iċ-ċirkostanzi jkunu nbidlu fir-rigward ta' kwalunkwe fatt li kien bażilari fl-għamla tiegħu; f'każ bħal dan, għandu jiġi stabbilit perjodu għall-modifikazzjoni tal-ftehim u l-prattiċi miftiehma li għalihom japplika r-regolament ta' qabel.

Artikolu 3

Regolament in segwitu ta' l-Artikolu 1 jista' jipprovdi li dan għandu japplika b'effett retroattiv għal ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li għalihom, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak ir-regolament, deċiżjoni maħruġa b'effett retroattiv in segwitu ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 17 kieku kienet tapplika.

Artikolu 4

1. Regolament in segwitu ta' l-Artikolu 1 jista jipprovdi li l-projbizzjoni fl-Artikolu 85(1) tat-Trattat ma tapplikax, għal dak il-perjodu li għandu jiġi stabilit minn dak ir-regolament, għal ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma diġà eżistenti fit-13 ta' Marzu 1962 li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 85(3), fejn:

- fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament, huma jkunu modifikati b'mod illi jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija skond id-disposozzjonijiet tar-regolament: u

- il-modifikazzjoniet jinġiebu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni fi żmien stipulat mir-regolament.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għal ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li kellhom jiġu notifikati qabel l-1 ta' Frar 1963, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 17, biss jekk dawk ikunu ġew notifikati hekk qabel dik id-data.

3. Il-benefiċċju tad-disposozzjonijiet imniżżla in segwitu tal-paragrafu 1 ma jistax jintalab f'azzjonijiet pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' regolament adottat in segwitu ta' l-Artikolu 1; lanqas ma jista' jintuża bħala bażi għal talbiet ta' danni kontra terzi persuni.

Artikolu 5

Qabel ma tadotta regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika abbozz ta' dan sabiex taghmilha possibli għall-persuni u l-organizzazzjonijiet kollha konċernati li jissottomettu l-kummenti tagħhom fil-limitu taż-żmien, li ma jkunx anqas minn xahar, li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi.

Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Kumitat Konsultattiv fuq il-Prattiċi Restrittivi u l-Monopolji:

(a) qabel ma tippubblika abbozz ta' regolament;

(b) qabel ma tagħmel regolament.

2. Il-paragrafi 5 u 6 ta' l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 17, dwar il-konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, għandhom japplikaw b'analoġija, huwa mifhum li l-laqgħat konġunti mal-Kummissjoni għandhom isiru mhux qabel xahar wara t-tluq tan-nota li ssejjaħhom.

Artikolu 7

Meta l-Kummissjoni, jew fuq l-inizzjattiva tagħha jew fuq it-talba ta' Stat Membru jew persuna legali jew naturali li titlob interess leġittimu, ssib li f'xi każ partikolari ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma li għalihom japplika regolament adottat in segwitu ta' l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament jkollhom madanakollu ċerti effetti li huma nkompatibbli mal-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 85(3) tat-Trattat, hija tista' tirtira l-benefiċċju ta' l-applikazzjoni ta' dak ir-regolament u tieħu deċiżjoni skond l-Artikoli 6 u 8 tar-Regolament Nru 17, mingħajr l-ebda notifika taħt l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 17 ma tkun meħtieġa.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1971.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Pedini

[1] ĠU C 13, tal-21.2.1962, p. 204/62.

--------------------------------------------------

Top