This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31970L0157
Council Directive 70/157/EEC of 6 February 1970 on the approximation of the laws of the Member States relating to the permissible sound level and the exhaust system of motor vehicles
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur.
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur.
ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16–20
(DE, FR, IT, NL) Edizzjoni(jiet) speċjali oħra
(DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1970(I) P. 111 - 116
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2013
Official Journal L 042 , 23/02/1970 P. 0016 - 0020
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0117
Danish special edition: Series I Chapter 1970(I) P. 0095
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0117
English special edition: Series I Chapter 1970(I) P. 0111 - 0116
Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0061
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0189
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 1 P. 0189
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur. (70/157/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1]; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2]; Billi l-ħtiġiet tekniċi li vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw b’konformità mal-liġijiet nazzjonali jikkonċernaw, inter alia, il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust; Billi dawk il-ħtiġiet huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew flimkien ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, biex, b’mod partikolari, tkun tista’ titwettaq fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura il-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill [3] tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom; ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil, jew mingħajr il-qafas, li jkollha minn ta’ lanqas erba’ roti u li tkun kapaċi tilħaq veloċità li teċċedi l-25 kilometru fis-siegħa, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji, tratturis u makkinarju agrikolu, u vetturi għal xogħlijiet pubbliċi. Artikolu 2 L-ebda Stat Membru m’għandu jiċħad li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjonai tat-tip nazzjonali ta’ vettura għal raġunijiet li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss jew tas-sitema ta’ l-exhaust, jekk il-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust tagħha ikunu jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness. Artikolu 3 L-emendi meħtieġa għall-aġġustament tal-ħtiġiet ta’ l-Anness sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, bl-eċċezzjoni tal-ħtiġiet stabbiliti fil-punti 1.1 u 1.4.1.4, għandhom ikunu adottati b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom. Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha, u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan. 2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jkunu komunikati lill-Kummissjoni. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Frar 1970. Għall-Kunsill Il-President P. Harmel [1] ĠU Ċ 160, 18.12.1969, p. 7. [2] ĠU Ċ 48, 16.4.1969, p. 16. [3] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS I. LIVELLI PERMISSIBBLI TAL-ĦOSS I.1. Limiti Il-livell tal-ħoss tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva, meta mkejjel taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness, ma jistgħax jeċċedi l-livelli li ġejjin: | Kategorija ta’ vettura | Valur f’termini ta’ dB (A) (decibels(A)) | I.1.1. | Vetturi maħsuba għat-trasport ta’ passiġġieri u li ma jkollhomx aktar minn disa’ sedili nkluż dak tas-sewwieq | 82 | I.1.2. | Vetturi maħsuba għat-trasport ta’ passiġġieri li jkollhom aktar minn disa’ sedili inkluż dak tas-sewwieq, u li jkollhom toqol massimu permissibbli li ma jeċċedix 3.5 tunnellati metriċi | 84 | I.1.3. | Vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija u li jkollhom toqol massimu permissibbli li ma jeċċedix 3.5 tunnellati metriċi | 84 | I.1.4. | Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri li jkollhom aktar minn disa’ sedili inkluż dak tas-sewwieq, u li jkollhom toqol massimu permissibbli li jeċċedi it-3.5 tunnellati metriċi | 89 | I.1.5. | Vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija u li jkollhom toqol massimu permissibbli li jeċċedi it-3.5 tunnellati | 89 | I.1.6. | Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri li jkollhom aktar minn disa’ sedili inkluż dak tas-sewwieq, u li jkollhom il-qawwa tal-magna ugwali għal, jew aktar minn 200 HP DIN | 91 | I.1.7. | Vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija jew ta’ materjal, u li jkollhom il-qawwa tal-magna ugwali għal jew aktar minn 200 HP DIN u toqol massimu permissibbli li ma jeċċedix 12-il tunnellatta | 91 | I.2. L-istrumenti tal-kejl Il-ħoss li joħroġ mill-vetturi għandu jitkejjel permezz ta’ meter tal-livell tal-ħoss tat-tip deskritt fil-Pubblikazzjoni 179, l-ewwel edizzjoni (1965), tal-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika. I.3. Il-kondizzjonijiet tal-kejl Il-kejl għandu jittieħed fuq vetturi mingħajr tagħbija f’żona li hija pjuttost silenzjuża u miftuħa (il-ħoss ta’ l-ambjent u tar-riħ ikunu minn ta’ lanqas 10 dB(A) taħt il-livell tal-ħoss li jkun jitkejjel). Dik iż-żona tista’ tkun magħmula, per eżempju, minn spazju miftuħ b’raġġ ta’ 50 metru u b’parti ċentrali li jkollha raġġ b’minn ta’ lanqas 20 metru li hija pratikkament livell, mogħtija wiċċ tal-konkos, asfalt jew materjal simili ieħor, u mhux miksija b’silġ imfarrak, ħaxix għoli, trab tal-ħamrija jew irmied. Il-wiċċ tal-pista tat-test għandu jkun tali li ma joħloqx ħoss eċċessiv tat-tyres. Din il-kondizzjoni tapplika biss għal kejl tal-ħoss magħmul minn vetturi waqt il-mixi. Il-kejl għandu jsir f’temp bnazzi u bi ftit riħ. L-ebda persuna barra mill-osservatur li jkun qiegħed jieħu l-kejl permezz ta’ l-apparat ma jista’ jibqa’ viċin il-vettura jew il-mikrofonu, peress li l-presenza ta’ spettaturi viċin il-vettura jew il-mikrofonu tista’ taffettwa b’mod konsiderevoli l-qari tal-kejl mill-apparat. Kull ċaqlieq kbir li jiġi osservat mill-labra ta’ l-istrument tal-kejl, u li jidher li mhux relatat mal-karatteristiċi tal-livell tal-ħoss ġenerali, għandu jiġi injorat waqt li jittieħed il-kejl. I.4. Il-metodu tal-kejl I.4.1. Il-kejl tal-ħoss ta’ vetturi waqt il-mixi (għall-approvazzjoni tat-tip) Minn ta’ lanqas għandhom jittieħdu żewġ qisien fuq kull naħa tal-vettura. Kejl preliminari jistgħu jittieħdu għal skopijiet ta’ aġġustament, iżda għandhom ikunu injorati. Il-mikrofonu għandu jkun 1.2 metri ’il fuq mil-livell ta’ l-art f’distanza ta’ 7.5 metri ’il bogħod mill-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura, CC, imkejla matul il-linja perpendikulari PP” ta’ dik il-linja (il-Figura 1). Żewġ linji AA” u BB”, paralleli mal-linja PP” u mqiegħda rispettivament 10 metri ’il quddiem u 10 metri lura minn dik il-linja, għandhom jiġu mmarkati fuq il-pista tat-test. Il-vetturi għandhom javviċinaw il-linja AA” b’veloċità kostanti, kif speċifikat hawn taħt. L-aċċelleratur għandu imbagħad tkun miftuħ kompletament f’daqqa b’mod prattikabbli u jinżamm hekk sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura (1 [1]) tkun qasmet il-linja BB”; l-aċċelleratur imbagħad għandu jerġa’ jingħalaq kemm jista’ jkun malajr. L-ogħla livell ta’ ħoss li jkun ġie reġistrat għandu jifforma r-riżultat tal-kejl. I.4.1.1. Vetturi mingħajr gearbox Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA” b’veloċità kostanti li tikkorrispondi għall-aktar veloċità baxxa minn dawn it-tlieta li ġejjin: - veloċità ta’ magna ugwali għal tliet kwarti tal-veloċità tal-magna li permezz tagħha il-magna tilħaq il-qawwa massima; - veloċità ta’ magna ugwali għal tliet kwarti tal-veloċità massima tal-magna hekk kif jippermetti r-regolatur tagħha; - 50 kilometru fis-siegħa. I.4.1.2 Vetturi li jaħdmu b’gearbox manwali I.4.1.2.1. Fil-każ ta’ vettura li jkollha gearbox b’żewġ, tliet jew erba’ veloċitajiet, għandu jkun applikat it-tieni gear tal-gearbox; I.4.1.2.2. Fil-każ ta’ gearbox b’aktar minn erba’ gears, għandu jkun applikat it-tielet gear; I.4.1.2.3. jekk it-trasmissjoni jkollha relattività doppja tal-gear (gearbox ta’ trasferiment jew assemblea b’żewġ veloċitajiet fuq il-fus ta’ wara), il-gearbox għandha titħaddem fir-relattività li tippermetti l-ogħla veloċità tal-vettura. Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA” b’veloċità kostanti li tikkorrispondi għall-aktar veloċità baxxa minn dawn it-tlieta li ġejjien: - il-veloċità tal-magna ugwali għal tliet kwarti tal-veloċità tal-magna li fiha l-magna tiżviluppa l-qawwa massima tagħha; - il-veloċità ta’l-magna ugwali għal tliet kwarti tal-veloċità massima tal-magna li r-regolatur tagħha jkun jippermetti; - 50 kilometru fis-siegħa. I.4.1.3. Vettruri b’gearbox awtomatika Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA” b’veloċità kostanti ugwali għall-aktar veloċità baxxa minn dawn it-tnejn li ġejjien: - 50 kilometru fis-siegħa. - tliet kwarti tal-veloċità massima. Meta jkun hemm l-għażla, għandha tintuża l-pożizzjoni "normali" tas-selettur applikabbli għal sewqan urban. I.4.1.4. L-interpretazzjoni tar-riżultati I.4.1.4.1. Biex jiġu kkunsidrati xi ineżattezzi fl-istrumenti tal-kejl, ir-riżultati miksuba minn kull kejl għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqas 1 db(A) mill-qari tal-meter. I.4.1.4.2. Il-kejl għandu jitqies validu jekk id-differenza bejn żewġ qisien konsekuttivi fuq l-istess naħa tal-vettura ma jkunux jeċċedu 2 dB(A). I.4.1.4.3. L-ogħla livell tal-ħoss imkejjel għandu jifforma r-riżultat tat-test. Jekk ir-riżultat jkun jeċċedi b’1 dB(A) il-livell massimu tal-ħoss permissibbli għall-kategorija tal-vettura ttestjata, għandhom jittieħdu żewġ qisien oħra. Tlieta mill-erba’ qisien li jkunu nkisbu b’dan il-mod għandhom ikunu fil-limiti preskritti. +++++ TIFF +++++ Posizzjonijiet tal-kejl għal vetturi mexjin I.4.2. Il-kejl tal-ħoss fuq vetturi weqfin I.4.2.1. Pożizzjoni tal-meter għall-kejl tal-ħoss Il-kejl għandu jsir fuq il-pożizzjoni X (il-Figura 2), f’distanza ta’ 7 metri mill-aktar wiċċ viċin tal-vettura. Il-mikrofonu għandu jkun 1.2 metri ’il fuq mil-livell ta’ l-art. I.4.2.2. Numru ta’ kejl Minn ta’ lanqas għandhom jittieħdu żewġ qisien I.4.2.3. Il-kondizzjonijiet tat-test tal-vettura Il-magna tal-vettura li ma jkollhiex regolatur tal-veloċità għandha tinstaq għal tliet kwarti tal-veloċità rpm fejn hemmhekk, skond il-manifattur tal-vettura, hija għandha tiżviluppa l-qawwa massima tagħha. Il-veloċità rpm tal-magna għandha titkejjel permezz ta’ strument independenti, per eżempju permezz ta’ roller bed u tachometer. Jekk il-magna jkollha regolatur li ma jħallix li din teċċedi l-veloċità li biha tkun tista’ tiżviluppa l-qawwa massima tagħha, il-vettura għandha tinstaq bil-veloċità massima li r-regolatur tagħha jkun jippermetti. Qabel ma jittieħdu l-qisien, il-magna għandha tilħaq it-temperatura normali. I.4.2.4. L-interpretazzjoni tar-riżultati Il-qari kollu tal-livelli tal-ħoss reġistrat għandu jitniżżel fir-rapport. Il-metodu wżat biex tiġi kkalkulata l-qawwa tal-magna għandu jkun muri wkoll, meta possibbli. L-istat tat-tagħbija tal-vettura għandu wkoll ikun muri. Il-kejl għandu jitqies validu jekk id-differenza bejn żewġ qisien konsekuttivi fuq l-istess naħa tal-vettura ma jkunux jeċċedu 2 dB(A). L-ogħla figura li tkun ġiet reġistrata għandha tifforma r-riżultat tal-kejl. +++++ TIFF +++++ Il-posizzjonijiet tal-kejl fuq vetturi weqfin II. IS-SISTEMA TA’ L-EXHAUST (IS-SILENCER) II.1. Jekk il-vettura jkollha tagħmir iddisinjat biex inaqqas il-ħoss ta’ l-exhaust (silencer), il-ħtiġiet tal-punt II għandhom japplikaw. Jekk id-dħul tal-magna kollu filtru ta’ l-arja li huwa meħtieġ sabiex jassigura l-konformità mal-livell tal-ħoss permissibbli, il-filtru għandu jkun meqjus bħala parti mis-silencer, u l-ħtiġiet tal-punt II għandhom ukoll japplikaw għal dak il-filtru. II.2. Disinn tas-sistema ta’ l-exhaust għandu jkun anness maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. II.3. Is-silencer għandu jkun immarkat b’referenza għall-għamla u t-tip tiegħu li tkun tinqara b’mod ċar u li ma titħassarx. II.4. L-użu ta’ materjal assorbenti fibruż jista’ jintuża fil-manifattura ta’ silencers biss jekk ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjien: II.4.1. Il-materjal assorbenti fibruż ma jitpoġġix f’dawk il-partijiet tas-silencer li minnhom jgħaddu l-gassijiet. II.4.2. Tagħmir apposta għandu jassigura li l-materjal assorbenti fibruż jinżamm f’postu għal matul iż-żmien kollu li s-silencer ikun jintuża. II.4.3. Il-materjal assorbenti fibruż għandu jkun reżistenti għal temperatura li tkun minn ta’ lanqas 20 % ogħla mit-temperatura tal-funzjonament li jkun hemm fl-inħawi tas-silencer fejn ikun hemm dawn il-materjali assorbenti fibrużi. [1] Jekk il-vettura tkun tinkludi karru jew nofs karru, dawn m’għandhomx ikunu meqjusa meta l-linja BB” tkun ġiet maqsuma. --------------------------------------------------