This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31968D0359
68/359/EEC: Council Decision of 15 October 1968 applying Articles 48 and 49 of the Treaty to the French overseas departments
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1968 li tapplika l-Artikoli 48 u 49 tat-Trattat għad-dipartimenti Franċiżi barranin
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1968 li tapplika l-Artikoli 48 u 49 tat-Trattat għad-dipartimenti Franċiżi barranin
ĠU L 257, 19.10.1968, p. 1–1
(DE, FR, IT, NL) Edizzjoni(jiet) speċjali oħra
(DA, EL, ES, PT, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1968(II) P. 474 - 474
In force
Official Journal L 257 , 19/10/1968 P. 0001 - 0001
Danish special edition: Series I Chapter 1968(II) P. 0466
English special edition: Series I Chapter 1968(II) P. 0474
Greek special edition: Chapter 05 Volume 1 P. 0032
Spanish special edition: Chapter 05 Volume 1 P. 0092
Portuguese special edition Chapter 05 Volume 1 P. 0092
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1968 li tapplika l-Artikoli 48 u 49 tat-Trattat għad-dipartimenti Franċiżi barranin (68/359/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 227(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 227(2) jipprovdi illi l-Kunsill għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, apparti minn dawk li jinsabu fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu, u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 48 u 49 tat-Trattat, għandhom japplikaw għad-dipartimenti Franċiżi barranin; Billi l-liberta ta' moviment tal-ħaddiema x'aktarx tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' dawk id-dipartimenti, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: L-Artikolu 1 L-Artikoli 48 u 49 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u l-miżuri meħuda fl-implimentazzjoni ta' dawk l-Artikoli għandhom japplikaw għad-dipartimenti Franċiżi barranin. L-Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, taħt il-"Leġislazzjoni I". Għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jun ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha. Magħmula fil-Lussemburgu, fil-15 ta' Ottubru 1968. Għall-Kunsill — Il-President G. Sedati --------------------------------------------------