Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31965R0174

    Ir-Regolament Nru 174/65/KEE, 14/65 Euratom tal-Kunsill tat-28 ta' Diċembru 1965 li jistabbilixxi t-tabelli tal-mortalità u tad-diżabilità u tal-liġi ta' varjazzjoni tas-salarji biex jintużaw għall-kalkolu tal-valuri attwarjali previsti fir-Regolament tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Komunitajiet

    ĠU 226, 31.12.1965, p. 3309–3309 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1965-1966 P. 86 - 86

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/10/2005; Imħassar b' 32005R1734

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1965/174/oj

    31965R0174



    Official Journal 226 , 31/12/1965 P. 3309 - 3309
    Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0028
    Danish special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0077
    Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0028
    English special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0086
    Greek special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0096
    Spanish special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0112
    Portuguese special edition Chapter 01 Volume 1 P. 0112


    Ir-Regolament Nru 174/65/KEE, 14/65 Euratom tal-Kunsill

    tat-28 ta' Diċembru 1965

    li jistabbilixxi t-tabelli tal-mortalità u tad-diżabilità u tal-liġi ta' varjazzjoni tas-salarji biex jintużaw għall-kalkolu tal-valuri attwarjali previsti fir-Regolament tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Komunitajiet

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

    Il-Kunsill tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea:

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistibbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA) [1] dwar ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' l-impieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 39 ta' l-Anness VIII ta' dawk ir-Regolamenti tal-Persunal;

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Temporanju dwar ir-Regolamenti tal-Persunal;

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni ta' l-attwarji maħtura mill-Kunsilli:

    Billi huma l-Kunsilli li jadottaw it-tabelli tal-mortalità u tad-diżabilità u l-liġi ta' varjazzjoni tas-salarji biex jintużaw għall-kalkolu tal-valuri attwarjali previsti fir-Regolamenti tal-Persunal u fl-Anness VIII tagħhom:

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Meta jiġu kkalkulati l-valuri attwarjali li hemm previsti fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u fl-Anness VIII tagħhom għandhom jintużaw dawn li ġejjin:

    (a) It-Tabelli tal-mortalità u d-diżabilità Huebeck-Fischer (Richttafeln für die Pensionsversicherung 1956, René Fischer Verlag-Weissenburg/Bayern),

    (b) Il-liġi ta' varjazzjoni tas-salarji bbażata fuq ir-rata ta' 1.88 % kull sena (R30 = 175).

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b'effett retrospettiv mill-1 ta' Jannar 1962.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Diċembru 1965.

    Għall-Kunsill

    IL-PRESIDENT

    E. Colombo

    [1] ĠU C 45, ta' l-14.6.1962, pġ. 1385/62.

    --------------------------------------------------

    Top