This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31965L0469
Council Directive 65/469/EEC of 25 October 1965 amending the Council Directive on the approximation of the rules of the Member States concerning the colouring matters authorized for use in foodstuffs intended for human consumption
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 1965 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-materjali koloranti awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 1965 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-materjali koloranti awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem
ĠU 178, 26.10.1965, pp. 2793–2796
(DE, FR, IT, NL) Edizzjoni(jiet) speċjali oħra
(DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1965-1966 P. 82 - 85
No longer in force, Date of end of validity: 19/01/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1333
Official Journal 178 , 26/10/1965 P. 2793 - 2796
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0081
Danish special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0074
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0081
English special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0082
Greek special edition: Chapter 03 Volume 1 P. 0193
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0032
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 1 P. 0032
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 1965 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-materjali koloranti awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (65/469/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi d-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 1962 [3] dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-materjali koloranti għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu kkorreġuti u amplifikati; Billi, b’mod partikolari, ir-riċerka li qiegħda titwettaq fil-preżent sabiex tasal għal stima eżatta tal-materjali koloranti elenkati fl-Anness II mad-Direttiva tat-23 ta’ Ottubru 1962 ma tistax titlesta fil-perjodu taż-żmien ta’ tliet snin wara n-notifika ta’ dik id-Direttiva iffissat fl-Artikolu 2; billi dan il-perjodu taż-żmien għandu għalhekk jiġi mtawwal sal-31 ta’ Diċembru 1966; Billi f’ċerti Stati Membri ġew iffaċċjati diffikulajiet serji meta kienu qegħdin jiġu applikati, rigward il-kontenut taċ-ċomb, il-kriterji ġenerali tal-purezza stabbiliti fit-Taqsima A(1)(a) ta’ l-Anness III mad-Direttiva tat-23 ta’ Ottubru 1962; billi l-Istati Membri għandhom għalhekk jitħallew jawtorizzaw sal-31 ta’ Diċembru 1966 l-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel il-materjali koloranti li ma jikkorrispondux ma’ dawk il-kriterji; Billi d-definizzjoni tal-karamella, kif mogħtija fl-Anness I mad-Direttiva tat-23 ta’ Ottubru 1962, twassal għall-esklużjoni ta’ l-użu ta’ ċerti varjetajiet ta’ dan il-prodott għall-għoti tal-kulur lill-oġġetti ta’ l-ikel; billi din l-esklużjoni mhix iġġustifikata, ġaladarba dawn il-prodotti ma jipperikolawx is-saħħa tal-bniedem jekk il-kompożizzjoni tagħhom tissodisfa ċerti kriterji speċifiċi tal-purezza; Billi l-prodotti li ugwalment ma jagħmlux ħsara għas-saħħa tal-bniedem u li huma ta’ użu ġenerali ġew imħollija barra mill-lista tal-karotenojdi u l-ksantofilli u mill-lista tal-prodotti awtorizzati li jiddilwu jew iħollu l-materjali koloranti; Billi, finalment, l-orċein kif iddefinit fl-Anness I mad-Direttiva tat-23 ta’ Ottubru 1962 mhux fl-użu ġenerali bħala materjal koloranti; billi, mill-banda l-oħra, l-orċein issulfonat huwa fl-użu ġenerali f’ċerti Stati Membri sabiex jagħti l-kulur lill-oġġetti ta’ l-ikel; billi dawn l-Istati Membri għandhom jiġu mħollija jżommu temporanjament ir-regoli tagħhom li jirrigwardaw dan il-prodott bla ħsara għad-dispożizzjonijiet stabbiliti għall-prodotti koperti bl-Artikolu 2 tad-Direttiva tat-23 ta’ Ottubru 1962; ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 1. "L-Artikolu 2 1. Sal-31 ta’ Diċembru 1966 l-Istati Membri jistgħu jżommu d-dispożizzjonijiet tar-regoli eżistenti nazzjonali tagħhom li jirrigwardaw il-materjali koloranti elenkati fl-Anness II. 2. Qabel id-data ffissata fil-paragrafu 1 il-Kunsill jista’, skond l-Artikolu 100 tat-Trattat, jieħu deċiżjoni dwar proposta għal direttiva li tawtorizza l-użu ta’ dawn il-materjali koloranti. L-awtorizzazzjoni tista’ tiġi konċessa biss jekk, wara investigazzjoni xjentifika, dawn il-materjali koloranti jiġu ppruvati li ma jagħmlux ħsara għas-saħħa u jekk l-użu tagħhom huwa meħtieġ għal raġunijiet ekonomiċi. Fejn il-Kunsill ma jkunx ħa azzjoni qabel id-data ffissata fil-paragrafu 1, għandu japplika l-Artikolu 12." 2. "L-Aċidu ċitriku L-Aċidu tartariku L-aċidu lattiku Il-Ġelatina Il-Pektini L-Ammonju, l-Alġinati tas-Sodju u tal-Potassju L-esteri ta’ l-aċidu askorbiku ta’ l-aċidi xaħmin mingħajr friegħi C14, C16 u C18 (awtorizzati esklussivament għall-materjali koloranti elenkati skond in-Nri E 160 u E 161 fl-Anness I)." 3. "2. Bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 1966 jawtorizzaw l-użu fl-oġġetti tal-ikel il-materjali koloranti elenkati fl-Anness I li ma jissodisfawx il-kriterji ġenerali tas-tal-purezza stabbiliti fit-Taqsima (A)(1)(a) fl-Anness III, rigward il-kontenut taċ-ċomb." 4. "2. Meta tapplika l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 2(2), id-data ffissata fl-Artikolu 2(1) għandha tiġi mibdula bid-data tan-notifika riferita fil-paragrafu ta’ qabel." L-Artikolu 2 Għandhom isiru l-emendi li ġejjin għall-Anness I mad-Direttiva: E 141 Fil-kolonna intestata "CI" għandha tiddaħħal iċ-ċifra "75810". E 150 It-test fil-kolonna intestata "Il-Formola jew id-deskrizzjoni kimika" għandu jiġi miktub fil-kliem li ġej: "Prodott miksub esklussivament bit-tisħin tas-sukrosi jew ta’ zokkor ieħor li jittiekel, jew prodotti amorfi somor, li jinħallu fl-ilma, miksuba mill-azzjoni kkontrollata tas-sħana fuq iz-zokkor li jittiekel fil-presenza wieħed mill-komposti kimiċi jew iktar li ġejjin: - l-aċidu aċetiku, l-aċidu ċitriku, l-aċidu fosforiku, l-aċidu sulfuriku u d-diossidu tal-kubrit; - l-ammonju, l-idrossidi tas-sodju u tal-potassju u l-gass ta’ l-ammonju; - l-ammonju, il-karbonati tas-sodju u tal-potassju, il-fosfati, is-solfati u s-sulfiti." E 160 Taħt il-(a): - fil-kolonna intestata "Schultz" għandha tiddaħħal iċ-ċifra "1403"; - fil-kolonna intestata "CI" għandhom jiddaħħlu ċ-ċifri "1249a" u "75130"; - fil-kolonna intestata "DFG" għandha tiddaħħal iċ-ċifra "108"; - fil-kolonna intestata "Il-Formola jew id-deskrizzjoni kimika" il-għamla tal-kliem għandha tkun "Il-Prodotti predominentement ta’ forma trans". Taħt il-(b): - fil-kolonna intestata "Schultz" għandha tiddaħħal iċ-ċifra "1738"; - fil-kolonna intestata "CI" għandhom jiddaħħlu ċ-ċifri "(1241)" u "75120"; - fil-kolonna intestata "DFG" għandha tiddaħħal iċ-ċifra "109". Taħt id-(d): - fil-kolonna intestata "CI" għandha tiddaħħal iċ-ċifra "75125", - fil-kolonna intesatata "Il-Formola u d-deskrizzjoni kimiċi" il-għamla tal-kliem għandha tkun "Il-Prodotti predominantement ta’ forma trans". Wara d-(d) għandu jiżdied dan li ġej: L-isem komuni | Schultz | CI | DFG | Il-Formola jew id-deskrizzjoni kimika | (e)Il-Beta-apo-8’ il-karotonal (C 30) | — | — | — | Prodotti predominantement ta’ forma trans | (f)L-Etilester tal-beta-apo-8’ – l-aċidu karotenojku (C 30) | — | — | — | Prodotti predominantement ta’ forma trans | E 161 Fil-kolonna intestata "Il-Formola jew id-deskrizzjoni kimika" il-għamla tal-kliem għandha tkun: "Il-ksantofilli huma d-derivati ketoniċi u/jew idroksiliċi tal-karoteni." Taħt id-(d) fil-kolonna intestata "CI" għandha tiddaħħal iċ-ċifra "75135". Wara l-(f) għandu jiġi miżjud dan li ġej: "(g) Il-Kantaksantin". E 163 Fil-kolonna intestata "Il-Formola jew id-deskrizzjoni kimika" il-għamla tal-kliem ta’ l-aħħar paragrafu għandu jkun kif ġej: "L-antoċjanini jistgħu jinkisbu biss mill-frott li jittiekel jew mill-ħaxix ta’ l-ikel bħall-frawli, iċ-ċawsli, iċ-ċirasa, il-għanbaqar, il-lampun, it-tut, il-passolina sewda, il-passolina ħamra, il-kaboċċi ħamra, il-basal l-aħmar, il-cranberries, il-mirtill, il-brinġiel, il-għeneb u s-sebuk." E 172 Fil-kolonna intestata "Schultz" għandhom jitħassru ċ-ċifri "1276" u "1311". L-Artikolu 3 Il-materjali koloranti li ġejjin għandhom jiġu miżjuda ma’ dawk elenkati fl-Anness II(1) tad-Direttiva: I-Isem komuni | Schultz | CI | DFG | Il-Formola jew id-deskrizzjoni kimika | L-Orċein issulfonat | — | 1758 | — | Il-Melħ tal-kalċju ta’ l-orċein issulfonat | L-Artikolu 4 Għandhom isiru l-emendi li ġejjin għall-Anness III mad-Direttiva: - L-ewwel paragrafu tat-taqsima A għandu jiġi ssostitut b’li ġej: "Għajr jekk ipprovdut b’mod ieħor fil-kriterji speċifikati fit-Taqsima B il-materjali koloranti riferiti fl-Anness I huma meħtieġa li jissodisfaw il-kriterji tal-purezza: li ġejjin:" - Wara n-Nru E 141 għandu jiġi miżjud dan li ġej: "E 150 - il-karamella In-nitroġenu-ammonja: | mhux iktar minn 0,5 % stabbilit skond il-metodu Tillmans-Mildner [4] | Id-diossidju tal-kubrit: | mhux iktar minn 0,1 % stabbilit skond il-metodu Monier-Williams E. W. [5] | Il-pH | mhux inqas minn 1,8 | Il-Fosfati: | mhux iktar minn 0,5 % espressi bħala P2O5" | - Taħt in-Nru E 181 il-kliem "ikkomputati fuq il-bażi ta’" għandu jiġi ssostitwit bil-kliem "espressi bħala". L-Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom hekk jemendaw il-liġijiet tagħhom skond id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq hekk illi sal-31 ta’ Diċembru 1966 li l-miżuri l-ġodda japplikaw għall-materjali koloranti u għall-oġġetti ta’ l-ikel imqiegħda fis-suq. L-Artikolu 6 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ Ottubru 1965. Għall-Kunsill Il-President E. Colombo [1] ĠU 117, tas-6.11.1964, p. 2819/64. [2] ĠU 63, tat-13.4.1965, p.965/65. [3] ĠU 115, tal-11.11.1962, p. 2645/62. [4] "Beythien-Diemair, Laboratoriumsbuch, is-7 Edizzjoni, p. 151. [5] ""Il-mod kif jiġi stabbilit id-diossidju tal-kubrit fl-ikel"", Dip. tas-Saħħa Pubblika u tas-Suġġetti Mediċi Nru 48, il-Ministeru tas-Saħħa, Londra 1927. --------------------------------------------------