Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31964L0432

    Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta'Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità

    ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977–2012 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1963-1964 P. 164 - 184

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Revokat u sostitwit bi 32016R0429

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1964/432/oj

    31964L0432



    Official Journal 121 , 29/07/1964 P. 1977 - 2012
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 1 P. 0065
    Danish special edition: Series I Chapter 1963-1964 P. 0154
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 1 P. 0065
    English special edition: Series I Chapter 1963-1964 P. 0164
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 1 P. 0108
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 1 P. 0077
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 1 P. 0077


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tas-26 ta'Ġunju 1964

    dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità

    (64/432/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 ta' l-istess,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2];

    Billi r-Regolament tal-Kunsill Nru 20 dwar it-twaqqif progressiv ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-majjal [3] hu diġà fis-seħħ u regolament simili għandu jiġi adottat għaċ-ċanga u vitella u fejn dawn ir-regolamenti jikkonċernaw ukoll il-kummerċ ta' l-annimali ħajjin;

    Billi Regolament Nru 20 jissostitwixxi it-tradizzjonijiet numerużi ta' protezzjoni fil-fruntiera sistema waħda mfassla partikolarment biex tiffaċilita kummerċ ġewwa l-Komunità, fejn ir-regolament li għandu jiġi adottat għaċ-ċanga u vitella hu wkoll imfassal li jelimina ostakli f'ċertu kummerċ;

    Billi, sakemm il-kummerċ ta' annimali bovini ġewwa l-Komunità u ħnieżer hu mfixkel minn differenzi bejn rekwiżiti tas-saħħa ta' l-Istat Membri, l-implimentazzjoni tar-regolamenti hawn fuq imsemmija mhux ser ikollhom l-effett mixtieq;

    Billi, sabiex jitneħħew dawk id-differenzi, iridu jittieħdu miżuri fil-qafas tal-politika agrikola komuni u f'linja mar-regolamenti diġà adottati jew bi preparazzjoni fuq it-twaqqif progressiv t'organizzazzjoni komuni tas-swieq; billi d-disposizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali ta' l-Istati Membri trid għalhekk tkun approssimata;

    Billi d-dritt ta' l-Istati Membri skond l-Artikolu 36 tat-Trattat biex ikomplu jiġu applikati projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq importazzjoni, esportazzjoni t'oġġetti fi transitu ġustifikati fuq bażi ta' protezzjoni ta' saħħet u ħajjet il-bniedem u l-annimali madankollu ma teżentahomx mill-obbligi li japprossimaw id-disposizzjonijiet fuq liema dawk il-projbizzjonijiet u restrizzjonijiet huma bbażati, safejn id-differenzi bejn dawk id-disposizzjonijiet ixekklu l-implimentazzjoni u l-funzjoni tal-politika agrikola komuni;

    Billi, fil-kuntest ta'ċerti approssimazzjonijiet, il-pajjiż li qed jesporta hu mitlub li jassigura li annimali bovini u ħnieżer għat-trobbija, produzzjoni jew qatla intenzjonati għall-kummerċ ġewwa l-Komunità, il-postijiet minn fejn jiġu dawk l-annimali u huma trasportati bil-baħar u l-mezz ta' trasport użat jissodisfa rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimal sabiex jiġi assigurat li l-annimali m'humiex sorsi ta' epidemji jew mard li jittieħed;

    Billi, sabiex Stati Membri jistgħu jkunu żguri li dawn ir-rekwiżiti huma sodisfatti, trid issir disposizzjoni għall-ħruġ minn veterinarju uffiċjali għall-ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanja l-annimali fid-destinazzjoni tagħhom;

    Billi Stati Membri jrid ikollhom id-dritt li jipprojbixxu l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom ta'annimali bovini u ħnieżer jekk jinstab li jkunu qed ibagħtu jew suspettati li jbagħtu minn epidemija jew mard li jittieħed, jekk jistgħu jxerdu ċertu mard mingħajr fil-fatt ma jsofru minnu jew jekk ma jaqblux mad-disposizzjonijiet dwar is-saħħa ta' l-annimal tal-Komunità;

    Billi m'hemm l-ebda raġuni li tħalli Stati Membri milli jipprojbixxu l-introduzzjoni t'annimali bovini u ħnieżer fit-territorju tagħhom iktar minn dawk ta' saħħa ta' l-annimal u billi, għalhekk, il-kunsinjant għandu fuq it-talba tiegħu stess jew tar-rappreżentant tiegħu jkun permess li jirritorna l-annimali lill-pajjiż ta' esportazzjoni sakemm ma jkun hemm raġunijiet għall-kuntrarju;

    Billi, f'każ ta'projbizzjoni jew restrizzjoni, ir-raġunijiet għalhekk għandhom ikunu magħrufa lill-kunsinnatur ta' l-annimali jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtorità ċentrali kompetenti tal-pajjiż ta'l-esportazzjoni sabiex ikunu konxji mir-raġunijiet għaliex ċerti miżuri kienu imposti;

    Billi f'każ ta' tilwima bejnu u l-awtorità ta' l-Istati Membri tad-destinazzjoni għall-ġustifikazzjoni għall-projbizzjoni jew restrizzjoni, il-kunsinnatur għandu jkun jista' jikseb l-opinjoni t'espert veterinarju li hu jagħżel minn grupp imtella' mill-Kummissjoni;

    Billi f'ċerti każi u għall-ċerti kategoriji t'annimali jidher li d-disposizzjonijiet ġenerali ta' din id-Direttiva jistgħu jkunu mnaqqsa mingħajr ma jinvolvu riskju tas-saħħa, billi jippermettu Stati Membri konsenjanti li jagħtu derogi ġenerali jew speċjali;

    Billi, f'ċerti oqsma li jippreżentaw problemi speċjali, id-disposizzjonijiet fl-Istati Membri ma jistgħux ikunu approssimati sakemm ikun sar studju iktar fil-fond;

    Billi proċedura ta' emendi simplifikati tista' tiġi provduta għall-Annessi B sa D peress li dawk ir-regolamenti miġbura f'dawk l-Annessi huma ta' natura teknika u li mistennija jinbidlu; billi l-Kummissjoni għandha għalhekk tkun fdata li tagħmel ċerti emendi wara konsultazzjonijiet ma' l-Istati Membri;

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Din id-Direttiva għandha tapplika ġewwa l-Komunità għall-kummerċ ta' annimali bovini u ħnieżer għat-trobbija, produzzjoni jew qatla.

    Artikolu 2

    Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

    (a) "azjenda" tfisser stabbiliment agrikolu jew stabbilimenti ta' negozjanti uffiċjalment imħarsa li qegħdin fit-territorju ta' Stat Membru, li fih annimali għat-trobbija, produzzjoni jew qatla huma regolarment miżmuma jew imrobbija;

    (b) "annimali għall-qatla" tfisser annimali bovini jew ħnieżer intenzjonati li jkunu meħuda mal-wasla f'pajjiż ta' destinazzjoni diretta għall-biċċerija, jew għas-suq li jagħmel parti mill-biċċerija skond dawk ir-regolamenti ta' l-annimali kollha li jistgħu jitneħħew, partikolarment wara s-suq, fil-biċċerija biss approvata għal dan l-għan mill-awtorità ċentrali kompetenti. Fl-aħħar każ, l-annimali jridu jinqatlu f'dik il-biċċerija mhux iktar tard minn tnejn u sebgħin siegħa wara l-wasla fis-suq;

    (ċ) "annimali għat-trobbija jew produzzjoni" tfisser annimali bovini u ħnieżer iktar minn dawk imsemmija f'(b), li jinkludu dawk intenzjonati għat-trobbija, ħalib jew produzzjoni tal-laħam, jew bl-għan li jittieħdu;

    (d) "annimali bovini li m'għandhomx tuberkolożi" tfisser annimali bovini li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Anness A (I) (1);

    (e) "merħla ta' annimali bovini li uffiċjalment m'għandhomx tuberkulożi" tfisser merħla ta' annimali bovini li tissodisfa l-kondizzjonijiet imniżżla fl-Anness A (I) (2);

    (f) "annimali bovini li m'għandhomx bruċellosi" tfisser annimali bovini li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla f'Anness A (II) (1);

    (g) "merħla t'annimali bovini li m'għandhomx bruċellosi uffiċjali" tfisser merħla t'annimali bovini li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla f'Anness A (II) (2);

    (h) "merħla t'annimali bovini li m'għandhomx bruċellosi" tfisser merħla t'annimali bovini li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla f'Anness A (II) (A) (3);

    (i) "ħnieżer li m'għandhomx bruċellosi" tfisser ħnieżer li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Anness A (II) (B);

    (k) “ merħla ta'ħnieżer li m'għandhomx bruċellosi” tfisser merħla ta'ħnieżer li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Anness A (II) (B) (2);

    (l) "żona ħielsa epiżotika" tfisser żona ta' 20 km f'dijametru li fiha, skond sejbiet uffiċjali, għal mill-inqas tletin ġurnata qabel it-tagħbija kien hemm:

    (i) l-ebda każ ta'mard tas-saqajn jew tal-ħalq, f'każ ta' annimali bovini;

    (ii) l-ebda każ ta' mard tas-saqajn jew ħalq, deni tal-ħnieżer jew epidemija tal-paraliżi tal-ħnieżer (marda Teschen) fil-każ tal-ħnieżer;

    (m) "mard notifikat bil-fors" tfisser mard imniżżel fl-Anness E;

    (n) "veterinarju uffiċjali" tfisser veterinarju nominat mill-awtorità ċentrali kompetenti ta' l-Istat Membru;

    (o) "pajjiż esportatur" tfisser l-Istat Membru li minnu annimali bovini u ħnieżer huma mibgħuta lill-Stat Membru ieħor;

    (p) "pajjiż ta'destinazzjoni" tfisser Stat Membru li fih annimali bovini u ħnieżer huma mibgħuta minn Stat Membru ieħor.

    Artikolu 3

    1. Kull Stat Membru jrid jassigura li annimali bovini u ħnieżer biss li jilħqu l-kondizzjonijiet ġenerali mniżżla fil-paragrafu 2, tittieħed konsiderazzjoni fejn xierqa tad-disposizzjonijet ta' paragrafu 7, u wkoll kondizzjonijiet speċjali ffissati għall-ċerti kategoriji ta' annimali bovini u ħnieżer fil-paragrafi 3 sa 6, huma mibgħuta mit-territorju tagħhom għall-Stat Membru ieħor.

    2. Annimali bovini u ħnieżer koperti minn din id-Direttiva jridu:

    (a) juru l-ebda sinjal kliniku ta' mard fil-ġurnata tat-tagħbija;

    (b) kienu miksuba minn ishma li jaderixxu uffiċjalment il-kondizzjonijiet segwenti:

    (i) ikun qiegħed fiċ-ċentru ta' żona libera epiżotika;

    (ii) għandu, minn ta' l-inqas tliet xhur qabel il-konsenja, ikun liberu minn mard tas-saqajn u l-ħalq u bovini bruċellosi fil-każ ta' annimali bovini u minn mard ta' l-ilsien u d-dwiefer, bruċellosi bovini u porċini, deni tal-ħanżir u paralisi tal-porċini li tittieħed (mard Teschen) fil-każ tal-ħnieżer;

    (iii) għandu, mill-inqas tletin ġurnata qabel il-kunsinna, ikun ħieles minn mard notifikat obbligatorjament li huma epidemji jew jittieħdu għall-ispeċi ta' annimal diskussi;

    (ċ) f'każ ta' annimali għat-trobbija u produzzjoni, li baqgħu fl-azjenda msemmi f'2 (b) matul it-tletin ġurnata qabel it-tagħbija. Il-veterinarju uffiċjali jista' jiċċertifika li l-annimali baqgħu miżmuma matul it-tletin ġurnata qabel it-tagħbija, fil-każ ta' annimali identifikati bil-mod provdut fil-subparagrafu (d) u mpoġġija taħt ħarsien ta' veterinarju uffiċjali, li jkun għalhekk possibbli li jiċċertifika li huma jappartjenu lill-azjenda;

    (d) ikunu identifikati minn marka uffiċjali jew uffiċjalment approvata fil-widna jew, fil-każ tal-ħnieżer, minn timbru ta' identifikazzjoni permanenti;

    (e) ikunu mibgħuta mill-azjenda lejn il-post propju għat-tagħbija:

    (i) mingħajr ma jiġu f'kuntatt ma' annimali bid-difer maqsum ħlief għall-annimali bovini u ħnieżer li jħarsu l-kondizzjonijiet imniżżla għall-kummerċ ġewwa l-Komunità;

    (ii) segregati f'annimali għat-trobbija jew produzzjoni u annimali għall-qatla;

    (iii) f'vetturi tat-trasport jew containers tal-merkanzija li jkunu ġew imnaddfa u disinfettati b'disinfettant awtorizzat uffiċjalment fil-pajjiż li jesporta;

    (f) ikunu mgħobbija għat-trasport lejn il-pajjiż destinat bi qbil mal-kondizzjonijiet imniżżla fis-subparagrafu (e) f'post speċifikat fiċ-ċentru ta' żona libera epiżotika;

    (g) wara li jitgħabbew ikunu mibgħuta direttament u mill-iktar fis possibbli għall-fruntiera tal-pajjiż esportatur;

    (h) (ħ) ikunu akkumpanjati matul it-trasportazzjoni lejn il-pajjiż ta' destinazzjoni minn ċertifikat tas-saħħa b'konformità ma' l-Anness F (Mudelli I u IV) li ser ikun imtella' fil-ġurnata tat-tagħbija, għall-inqas fil-lingwa tal-pajjiż destinatarju, u jkun validu għal għaxart ijiem.

    3. Annimali bovini għat-trobbija jew produzzjoni jridu wkoll:

    (a) ikunu vaċċinati minn ta' l-inqas ħmistax-il ġurnata u mhux iktar minn erba' xhur qabel it-tagħbija kontra tipi A, O u Ċ tal-mard virus ta' l-ilsien u d-dwiefer li juża tilqim tal-virus diżattivat approvat u kontrollat mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż esportatur;

    (b) jiġu minn merħla bovina uffiċjalment libera mit-tuberkolożi, ikunu ħielsa mit-tuberkolożi u partikolarment ikunu rrispondew ħażin għall-eżamijiet magħmula lilhom tat-tuberkolożi intradermali bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' Annessi A u B;

    (ċ) jiġu minn merħla bovina uffiċjalment liberi mill-bruċellosi, ikunu ħielsa mill-bruċellosi, u partikolarment ikunu wrew livell iktar baxx minn 30 unit internazzjonali ta' agglutinazzjoni kull millilitru meta jingħataw eżami ta' għas-sero-agglutinazzjoni li jħares id-disposizzjonijiet ta' l-Annessi A u Ċ;

    (d) fil-każ tal-baqar tal-ħalib, li ma juru l-ebda evidenza klinika ta' mastitis; b'żieda, wara analiżi b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' l-Anness D il-ħalib tagħhom ma jridx ikun wera l-ebda sinjal ta' karatterisitika ta' kondizzjoni ta' infjammazzjoni jew ta' mikro-organiżmi patoġeniċi speċifiċi.

    4. Ħnieżer għat-trobbija jew produzzjoni jridu iktar 'il quddiem jiġu minn merħla libera mill-bruċellosi, huma stess ikunu ħielsa mill-bruċellosi, u partikolarment ikunu wrew livell ta' bruċella inqas mit-30 unità internazzjonali ta' agglutinazzjoni kull millimetru meta mogħtija test tas-sero-agglutinazzjoni b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' l-Annessi A u Ċ; it-test tas-sero-agglutinazzjoni hu meħtieġ biss għall-ħnieżer li jiżnu iktar minn 25 kilogramm.

    5. Annimali għall-qatla ma jridux ikunu wkoll annimali bovini jew ħnieżer li għandhom jinqatlu skond programm ta' eradikazzjoni ta' epidemiji jew mard li jittieħed ta' l-Istat Membru.

    6. Annimali bovini għall-qatla, jekk ikollhom iktar minn erba' xhur, iridu wkoll:

    (a) ikunu ġew imlaqqma mhux inqas minn ħmistax-il ġurnata qabel u mhux iktar tard minn erba' xhur qabel it-tagħbija kontra tipi A, O u Ċ għall-virus tal-mard ta' l-ilsien u d-dwiefer, jiġi wżat tilqim għall-virus diżattivat approvat u kontrollat mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż esportatur; għaldaqstant, il-perjodu ta' validità tat-tilqim irid ikun estiż għal tnax-il xahar fil-każ ta' annimali bovini li jerġgħu jiġu mlaqqma fl-Istati Membri fejn ċerti annimali huma mlaqqma kull sena u fejn huma maqtula sistematikament meta huma jieħdu l-marda tas-saqajn u u l-ħalq;

    (b) jekk huma ma jiġux minn merħla uffiċjalment libera mit-tuberkolożi, ikunu rrispondew ħażin għat-test magħmul lilhom għat-tuberkolosi intradermali magħmul b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' l-Annessi A u B;

    (ċ) jiġu minn merħla bovina uffiċjalment liberi mill-bruċellosi, ikunu ħielsa mill-bruċellosi, u partikolarment ikunu wrew livell iktar baxx minn 30 unità internazzjonali ta' agglutinazzjoni kull millilitru meta jingħataw eżami ta' ser-agglutinazzjoni f'konformità mad-disposizzjonijiet ta' l-Annessi A u Ċ;

    7. Is-segwenti ser ikun ukoll approvat mill-kummerċ ġewwa l-Komunità: annimali għat-trobbija jew produzzjoni jew annimali għall-qatla miksuba minn suq uffiċjalment approvat għall-kunsinna lill-Stat Membru ieħor, sakemm dan is-suq jilħaq il-kondizzjonijiet segwenti:

    (a) hu sorveljat minn veterinarju uffiċjali;

    (b) hu stazzjonat fiċ-ċentru ta' żona libera epiżotika u f'post fejn l-ebda suq tal-bhejjem m'hu miżmum fl-istess ġurnata;

    (ċ) hu wżat wara disinfettazzjoni jew għall-annimali għat-trobbija jew produzzjoni jew għall-annimali għall-qatla li jilħqu r-rekwiżiti tal-kummerċ ġewwa l-Komunità kif imniżżel fil-paragrafi 2 sa 6 u fl-Artikolu 4, provdut li dawn il-kondizzjonijiet japplikaw għall-ispeċi ta' annimal diskussi. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 (e) iridu partikolarment ikunu jaqblu meta l-annimali jkunu mibgħuta lejn is-suq. Qabel ma jittieħdu mill-azjenda jew suq jilħqu r-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu għall-post tat-tagħbija, dawn l-annimali jistgħu jittieħdu f'post ta' ġabra sorveljat uffiċjalment jekk ta' l-aħħar jissodisfaw l-kondizzjonijiet ffissati għas-swieq.

    Annimali miksuba f'dawn is-swieq iridu jintbagħtu dirett lejn is-suq jew punt ta' ġabra għall-punt propju tat-tagħbija b'ċertu mod li d-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 (e) u (ġ) huma sodisfatti, u jkunu esportati lejn il-pajjiż destinat.

    Il-perjodu matul liema l-ġbir ta' dawn l-annimali jsir barra l-azjenda oriġinali, partikolarment fis-suq, punt tal-ġabra għat-tagħbija jista' jingħadd fi tletin ġurnata fil-paragrafu 2(ċ) imma m'għandux jaqbeż l-erbat ijiem.

    8. Il-pajjiż li jesporta jrid jinnomina dawk is-swieq b'referenza għalihom fil-paragrafu 7 li huma approvati għall-annimali għat-trobbija jew produzzjoni u għall-annimali għall-qatla. Irid jinnotifika lill-awtoritajiet ċentrali kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni bis-swieq approvati.

    9. Il-pajjiż li jesporta jrid jistabbilixxi l-proċedura għal sorveljanza uffiċjali tas-swieq u punt tal-ġbir kif referit fil-paragrafu 7 u jrid jassigura li din is-sorveljanza titwettaq.

    10. Fil-każ provdut għalih fil-paragrafu 7, intestaturi korrispondenti għandhom isiru fuq ċertifikati tas-saħħa, bi qbil ma' l-Anness F (Mudelli I u IV).

    11. Il-pajjiż li jesporta jrid jiddetermina l-proċedura għal sorveljanza uffiċjali ta' l-irziezet tan-negozjanti u jassigura li din is-sorveljanza hi mwettqa.

    12. Jekk azjenda jew żona fejn jinsab hu l-każ ta' restrizzjonijiet uffiċjali wara firxa ta' epidemji li jittieħdu u jinfetta għall-ispeċi ta' l-annimali diskussi, iż-żmien imwaqqaf fil-paragrafu 2 (b) (ii) u (iii) u l-Artikolu 2 (e) għandhom jitwettqu mid-data li fiha dawn ir-restrizzjonijiet ta' projbizzjoni kienu tneħħew uffiċjalment.

    Artikolu 4

    1. L-annimali kollha intenzjonati għall-kummerċ ġewwa l-Komunità kellhom jinżammu fit-territorju ta' l-Istat Membru li qed jesporta qabel il-ġurnata tat-tagħbija:

    (a) għal mhux inqas minn sitt xhur fil-każ ta' annimali għat-trobbija jew produzzjoni;

    (b) imma mhux inqas minn tliet xhur fil-każ ta' l-annimali għall-qatla.

    Jekk dawn l-annimali huma rispettivament inqas minn sitta jew tliet xhur fiż-żmien huma kellhom jibqgħu fit-territorju ta' l-Istat Membru li qed jesporta sa mit-twelid.

    2. Fil-każi kollha li għalihom japplika l-paragrafu 1, għandhom isiru daħliet f'ċertifikati tas-saħħa, kif jirrikjedi l-Anness F (Mudelli I u IV).

    Artikolu 5

    Jekk it-tilqim imsemmi fl-Artikolu 3 (3) (a) u (6) (a) m'humiex manifatturati fl-Istat Membru, għandhom jinkisbu minn Stat Membru ieħor, minbarra fejn fatti magħrufa xjentifiċi ġodda jew nuqqas ta' tilqim li sa dak iż-żmien kien kunsidrat addattat jagħmilha meħtieġa li jinkiseb vaċċinar minn barra l-Komunità ekonomika Ewropea. Fil-każ ta' tifrix ta' epidemji ta' l-ilsien u d-dwiefer iktar minn tipi A, O u Ċ jew varjanti ta' dawn it-tipi, kontra liema t-tilqim kurrenti użat jippermetti protezzjoni mhux xierqa jew xejn affattu, kull Stat Membru jista' jieħu miżuri ta' emerġenza meħtieġa biex jaddatta formula ta' tilqim u jużahom kif xieraq. Fl-istess ħin għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni b'dan kollu. Il-Kummissjoni tista' tagħmel arranġamenti biex isiru diskussjonijiet dwar il-miżuri meħuda u li jridu jittieħdu.

    Artikolu 6

    1. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Istati Membri u l-Kummissjoni l-lista ta' postijiet ta' fruntiera li jridu jintużaw għall-introduzzjoni ta' annimali bovini u ħnieżer lejn it-territorju tagħhom.

    Bla ħsara għall-osservanza tad-disposizzjonijiet relatati mas-saħħa ta' l-annimal, kanali tas-suq u l-mezzi kollha tat-trasport disponibbli għall-użu jridu jiġu kkunsidrati sabiex ikun stabbilit liema posti ta' fruntiera għandhom jiġu użati.

    2. Kull pajjiż ta' destinazzjoni jista' jirrikjedi lill-kunsinjant jew rappreżentant tiegħu li jinnotifika minn qabel bid-dħul fit-territorju tiegħu ta' kunsinna ta' annimali bovini jew ħnieżer, u t-tip, natura u numru ta' annimali, il-post ta' fruntiera u l-ħin tal-wasla antiċipat. Jekk dan ma jistax isir, tirrikjedi din in-notifika li ssir qabel iktar minn tmienja u erbgħin siegħa qabel il-wasla tal-kunsinna fit-territorju tiegħu.

    3. Kull pajjiż ta' destinazzjoni jista' jipprojbixxi l-introduzzjoni ta' annimali bovini u ħnieżer lejn it-territorju tiegħu jekk ikun sar eżami fil-post ta' fruntiera minn veterinarju uffiċjali juri:

    (a) li l-annimali huma affetwati, jew suspettati li huma effetwati, jew li huma kontaminati minn marda notifikata obbligatorja;

    (b) li d-disposizzjonijiet ta' Artikolu 3 u 4 ma kinux osservati għar-rigward dawn l-annimali.

    Il-pajjiż ta' destinazzjoni jista' jieħu miżuri meħtieġa, li jinkludu kwarantina, biex jaċċertaw li l-posizzjoni għar-rigward ta' annimali suspettati li jkunu affettwati minn jew li jkunu kontaminati minn marda notifika obbligatorja jew li tista' tifrex din il-marda.

    Deċiżjonijiet meħuda skond l-ewwel u t-tieni sentenza, għat-talba tal-kunsinnatur jew rappreżentant tiegħu, jawtorizza r-ritorn ta' l-annimali, sakemm dan m'hux kuntrarju għall-konsiderazzjonijiet tas-saħħa.

    4. Jekk l-introduzzjoni ta' annimali kien projbit fuq kull bażi mniżżla fil-paragrafu 3 (a) u l-pajjiż li jesporta jew pajjiż ta' transitu, skond il-każ xi jkun, ma jawtorizzax ir-ritorn tagħhom fi żmien tmien siegħat, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż tad-destinazzjoni tista' tordna li l-annimali jiġu maqtula jew meqruda.

    5. Annimali għall-qatla għandhom jinqatlu mill-iktar fis possibbli wara l-wasla fil-biċċerija, bi qbil mar-rekwiżiti għas-saħħa ta' l-annimali. Annimali għall-qatla li kienu mibgħuta direttament mal-wasla fil-pajjiż ta' destinazzjoni lejn suq biswit il-biċċerija skond liema regolamenti li l-annimali kollha jistgħu jitneħħew, partikolarment wara s-suq, biċċerija approvata biss għal dan l-għan mill-awtorità ċentrali kompetenti jridu jinqatlu fil-biċċerija mhux iktar tard minn tnejn u sebgħin siegħa wara l-wasla fis-suq.

    L-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' destinazzjoni tista' fid-dawl ta' konsiderazzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimal tindika l-biċċerija lejn liema dawn l-annimali jridu jintbagħtu.

    6. Jekk, wara l-introduzzjoni lejn it-territorju tal-pajjiż ta' destinazzjoni ta' annimali għat-trobbija jew produzzjoni, jiġu fid-deher fatti li kienu ġġustifikaw l-applikazzjoni ta' l-ewwel sentenza ta' paragrafu 3, l-awtorità ċentrali kompetenti tal-pajjiż li jesporta jrid, għat-talba ta' l-awtorità ċentrali kompetenti tal-pajjiż ta' destinazzjoni tagħmel investigazzjonijiet meħtieġa u tinnotifika lil dik l-awtorità bir-riżultati ta' ċerti investigazzjonijiet mingħajr dewmien.

    7. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skond il-paragrafi 3 sa 5 iridu jiġu kkomunikati lill-kunsinjatur jew rappreżentant tiegħu, flimkien mar-raġunijiet għal ċerta deċiżjoni. Dawn id-deċiżjonijiet raġunati għandhom mat-talba, ikunu komunikati lilu mill-ewwel bil-kitba b'indikazzjoni ta' dak li jappella kontrihom miftuħ skond leġislattiva kurrenti u l-forma u ħin li fih huma għandhom jinbdew. Id-deċiżjonijiet iridu wkoll jiġu komunikati lill-awtoritajiet ċentrali kompetenti tal-pajjiż li qed jesporta.

    Artikolu 7

    1. Pajjiżi ta' destinazzjoni jistgħu jagħtu lill-wieħed jew aktar pajjiżi li jesportaw awtorizzazzjonijiet ġenerali jew awtorizzazzjonijiet ristretti f'każi speċifiċi għall-introduzzjoni fit-territorju tagħhom jew:

    A. Annimali bovini għat-trobbija, produzzjoni jew qatla:

    (a) liema, permezz ta' deroga minn Artikolu 3 (3) (a) jew 6 (a), ma kinux imlaqqma kontra mard ta' l-ilsien u d-dwiefer, jekk l-ebda każ ta' mard ta' l-ilsien u d-dwiefer ma kien uffċjalment rekordjat fil-pajjiż ta' esportazzjoni u fil-pajjiżi ta' transitu għal mill-inqas sitt xhur wara d-data tat-tagħbija;

    (b) liema, permezz ta' deroga minn Artikolu 3 (3) (a) jew (6) (a) irċevew trattament serum kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, mhux iktar tard minn għaxart ijiem mit-tagħbija, b'serum kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer approvata u kontrollata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta' esportazzjoni u awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' destinazzjoni.

    B. Annimali bovini għat-trobbija jew produzzjoni liema, b' deroga minn Artikolu 3 (3) (ċ), jiġu minn merħla ħielsa mill-bruċellosi.

    Ċ. Annimali bovini għall-qatla:

    (a) liema, permezz ta' deroga minn Artikolu 3 (6) (b), irrispondew posittivament għal test ta' tuberkulin intradermali;

    (b) liema, permezz ta' deroga minn Artikolu 3 (60 (ċ), urew livell indaqs ta' bruċellosi jew għola minn 30 unità internazzjonali ta' agglutinazzjoni kull millimetru meta mogħtija t-test ta' sero-agglutinazzjoni.

    2. Meta pajjiż ta' destinazzjoni jagħti awtorizzazzjoni ġenerali skond il-paragrafu 1, dan għandu mill-ewwel jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan.

    3. Meta pajjiż ta' destinazzjoni jagħti kull awtorizzazzjoni skond il-paragrafu 1, awtorizzazzjoni korrispondenti trid, fil-każ ta' operazzjonijiet ta' transitu, ikunu miksuba minn pajjiżi transiti konċernati.

    4. Il-pajjiżi esportaturi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiġuraw li ċ-ċertifikati tas-saħħa, kampjuni ta' liema huma mogħtija fl-Anness F (Mudelli I u II), isemmu li użu ta' waħda mill-possibbiltajiet provduti fil-paragrafu I kien sar.

    Artikolu 8

    Sad-dħul fis-seħħ ta' ċerti disposizzjonijiet kif jista' jiġi adottat mill-Komunità Ekonomika Ewropea, din id-Direttiva m'hix ser taffettwa d-disposizzjonijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw għal:

    (a) annimali bovini u ħnieżer li kienu trattati b'antibiotiċi, oestroġeni jew tireostatiċi;

    (b) il-prevenzjoni ta' trikinosi, fuq il-kondizzjoni li dawk id-disposizzjonijiet m'humiex applikati b'mod diskriminatorju, b'rigward partikolarment għall-implimentazzjoni ta' tiftix sistematiku biex jirrivela trichina fl-esportazzjoni lejn Stati Membri.

    Artikolu 9

    1. Stat Membru jista' jieħu l-miżuri segwenti jekk hemm periklu ta' epidemiji ta' l-annimali li jinfirxu bħala riżultat ta' l-introduzzjoni lejn it-territorju ta' l-annimali bovini jew ħnieżer minn Stat Membru ieħor:

    (a) fil-każ ta' firxa ta' epidemija epiżotika fl-Istat Membru, tipprojbixxi temporarjament jew tirrestrinġi l-introduzzjoni ta' annimali bovini jew ħnieżer mill-partijiet affettwati ta' l-Istati Membri;

    (b) jekk epidemija epiżotika tiġi mifruxa jew jekk hi firxa oħra ta' epidemija ta' l-annimali serjament li tittieħed u infettata, tipprojbixxi temporarjament jew tirrestrinġi l-introduzzjoni ta' annimali bovini u ħnieżer minn kull parti jew territorju ta' dak l-Istat.

    2. Miżuri meħuda minn Stat Membru skond il-paragrafu 1 iridu jkunu komunikati fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet preċiżi għal ċerti miżuri.

    3. Jekk l-Istat Membru konċernat jikkunsidra li l-projbizzjoni jew restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 m'humiex ġustifikati, dan jista' japplika lill-Kummissjoni għall-ftuħ immedjat ta' diskussjonijiet.

    Artikolu 10

    1. Drittijiet ta' l-appell eżistenti skond il-leġislazzjoni kurrenti fl-Istati Membri kontra deċiżjonijiet meħuda skond din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jiġu affetwati minn din id-Direttiva.

    2. Kull Stat Membru għandu jagħti lill-kunsinnatur dwar liema annimali bovini u ħnieżer ċerti miżuri huma provduti għalihom fl-Artikolu 6 (3) kienu meħuda, id-dritt li jiksbu, qabel iktar miżuri ma jittieħdu mill-awtorità kompetenti iktar mill-qatla jew qerda ta' annimali jekk essenzjali għall-konsiderazzjonijiet ta' annimali jew saħħa pubblika, l-opinjoni ta' espert veterinarju biex jistabbilixxi jekk il-kondizzjonijiet ta' l- Artikolu 6 (3) kienu milħuqa.

    Il-veterinarju espert għandu ikun ta' nazzjonalità ta' Stat Membru iktar mill-pajjiż li jesporta jew pajjiż ta' destinazzjoni.

    Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi fuq proposta mill-Istati Membri, għandha tistabbilixxi grupp ta' esperti veterinarji li jiġu mqabbda li jifformulaw ċertu opinjonijiet. Wara li tikkonsulta l-Istati Membri għandha tipprovdi regolamenti ġenerali li għandhom jiġu applikati, partikolarment għar-rigward tal-proċedura għall-formulazzjoni ta' dawn l-opinjonijiet.

    Artikolu 11

    Jekk id-disposizzjonijiet tal-Komunità li jittrattaw l-importazzjoni ta' annimali bovini u ħnieżer lejn pajjiżi terzi ma japplikawx fiż-żmien meta d-Direttiva tidħol fis-seħħ, jew pendenti milli jsiru applikabbli. Disposizzjonijiet nazzjonali li jittrattaw annimali bovini u ħnieżer importati minn dawk il-pajjiżi mhux ser ikunu favorevoli iktar minn dawk governati mill-kummerċ ġewwa l-Komunità.

    Artikolu 12

    L-Istati Membri ser iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jaqblu ma' din id-Direttiva u l-Annessi tagħha fi żmien tnax-il xahar wara n-notifika tagħha u għandhom mill-ewwel jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

    Artikolu 13

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Ġunju 1964.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. Héger

    [1] ĠU Nru 61, 19.4.1963, p. 1254/63.

    [2] ĠU Nru 121, 29.7.1964, p. 2009/64.

    [3] ĠU Nru 30, 20.4.1962, p. 945/62.

    --------------------------------------------------

    ANNESS A

    I. Merħliet ta' annimali bovini ħielsa mit-tuberkolożi

    1. Annimal bovin hu kkunsidrat li jkun ħieles mit-tuberkolożi jekk ma juri l-ebda sinjali ta' tuberkolożi jew reazzjoni ta' tuberċilin intradermali test magħmul bi qbil ma' l-Anness B mhux iktar tard minn tletin ġurnata qabel it-tagħbija, jew l-ebda reazzjoni speċifika, u meta hu minn merħla bovina ħielsa uffiċjalment mit-tuberkolosi fit-tifsira ta' l-paragrafu 2.

    2. Merħla bovina hi kkunsidrata li tkun uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolsi jekk:

    (a) l-annimali kollha huma ħielsa minn sinjali tat-tuberkolożi kliniċi;

    (b) l-annimali kollha ta' iktar minn sitt ġimgħat irreaġixxew fin-negattiv minn ta' l-inqas għall-żewġ testijiet tat-tuberkulin intradermali mwettqa skond l-Anness B, l-ewwel wieħed sitt xhur wara t-twettiq tad-disinfettant tal-merħla, it-tieni sitt xhur wara u l-bqija f'intervalli ta' sena jew sentejn fil-każ ta' l-Istati Membri li l-merħla bovina kollha tagħhom hi taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali u għandha rata ta' infezzjoni ta' tuberkolożi inqas minn 1 %;

    (ċ) l-ebda annimal bovin ma kien introdott mingħajr ċertifikat minn veterinarju uffiċjali li juri li l-annimal irreaġixxa fin-negattiv għat-test magħmul ta' tuberċilin intradermali skond il-kriterji magħmula fl-Anness B 21 (a) u li ġej minn merħla uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi.

    II. Annimali bovini ħielsa mill-bruċellosi u ħnieżer u bovini u merħliet tal-ħnieżer

    A. Annimali bovini u merħliet

    1. Annimal bovin hu kkunsidrat li jkun ħieles mill-bruċellosi meta ma juri l-ebda sinjal kliniku ta' epidemija u jkun wera livell ta' bruċella inqas minn dik ta' 30 unità internazzjonali ta' agglutinazzjoni kull millimetru meta mogħti test ta' sero-agglutinazzjoni li jaqbel mad-disposizzjonijiet ta' l-Anness Ċ mhux iktar minn tletin ġurnata qabel it-tagħbija u li ġej minn merħla uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi fit-tifsira ta' paragrafu 2. B'żieda, fil-każ tal-barrin, l-isperma ma jridx ikollha agglutinini bruċelliċi.

    2. Merħla bovina hi kkunsidrata li tkun ħielsa uffiċjalment mill-bruċellosi jekk:

    (a) ma jkollha l-ebda annimal bovin li kien vaċċinat kontra l-bruċellosi bl-użu ta' vaċċin ħaj;

    (b) l-annimali bovini kollha kienu ħielsa minn sinjali kliniċi ta' bruċellosi minn ta' l-inqas għal sitt xhur;

    (ċ) l-annimali bovini kollha li għandhom iktar minn tnax-il xahar:

    (aa) urew livell ta' bruċella inqas minn dik ta' 30 unità internazzjonali ta' agglutinazzjoni kull millimetru meta mogħtija intervalli ta' sitt xhur żewġ testijiet sero-agglutinazzjoni uffiċjali li jaqblu m'Anness Ċ; l-ewwel test sero-agglutinazzjoni jista' jiġi sostitwit bi tliet testijiet taċ-ċirku magħmul f'intervalli ta' tliet xhur provdut, iżda, li t-tieni test sero-agglutinazzjoni jitwettaq minn ta' l-inqas sitt ġimgħat wara t-tielet test taċ-ċirku;

    (bb) huma spezzjonati kull sena, biex jistabbilixxu li l-bruċellosi m'hix preżenti permezz tat-tliet testijiet taċ-ċirku magħmula b'intervalli minn ta' l-inqas kull tliet xhur; meta t-test taċ-ċirku ma jistax isir, żewġ testijiet sero-agglutinazzjoni ser isiru kull sena, b'intervall ta' sitt xhur; fl-Istati Membri li l-merħa bovina tagħhom kollha tkun taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali u jkollha rata ta' infezzjoni ta' bruċellin inqas minn 1 %, żewġ testijiet taċ-ċrieki biss huma meħtieġa kull sena jew, jekk dan ma jistax isir, test wieħed ta' sero-agglutinazzjoni.

    (d) l-ebda annimal bovin ma kien introdott mingħajr ċertifikat minn veterinarju uffiċjali li juri li l-bruċellosi tiegħu kienet ta' livell inqas minn 30 unità internazzjonali ta' agglutinazzjoni kull millilitru meta mogħti test sero-agglutinazzjoni mhux iktar minn tletin ġurnata qabel kien meħud fil-merħla u, b'żieda, li jkun minn merħla bovina uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi.

    3. Merħla bovina hi kkunsidrata li tkun ħielsa mill-bruċellosi jekk:

    (a) permezz ta' deroga mill-paragrafu 2 (a), hi jkollha annimali bovini ta' bejn ħames u tmien xhur fl-età li kienu mlaqqma b'vaċċin ħaj Buck 19;

    (b) l-annimali bovini kollha jilħqu l-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 2 (b), (ċ) u (d); annimali bovini inqas minn tletin xahar jistgħu għalhekk juru livell ta' bruċellosi daqs jew għola minn 30 unità internazzjonali ta' agglutinazzjoni kull millilitru imma inqas minn 80 unità internazzjonali ta' agglutinazzjoni kull millilitru, il-fissazzjoni kompleta tar-reazzjoni tkun negattiva.

    B. Ħnieżer u merħliet tal-ħnieżer

    1. Ħanżir hu kkunsidrat li jkun ħieles mill-bruċellosi meta juri l-ebda sinjal kliniku ta' l-epidemija u juri livell ta' bruċellosi inqas minn 30 unità internazzjonali ta' agglutinazzjoni kull millilitru u fissazzjoni kompleta negattiva meta jkun mogħti test ta' sero-agglutinazzjoni li jaqbel ma' l-Anness Ċ mhux iktar minn tletin ġurnata qabel it-tagħbija u, b'żieda, jkun ġej minn merħla ħielsa mill-bruċellosi skond it-tifsira tal-paragrafu 2; it-test sero-agglutinazzjoni għandu jsir biss fuq ħnieżer li jiżnu iktar minn 25 kilogramm.

    2. Merħla tal-ħnieżer hi kkunsidrata li tkun ħielsa mill-bruċellosi jekk:

    (a) minn ta' l-inqas għall-sena l-ebda każ ta' bruċellosi fil-ħnieżer u l-ebda sinjal li l-epidemija tista' tkun preżenti ma jkunu rekordjati dwarha. Jekk dawk is-sinjali huma osservati, kliniċi, batterjoloġiċi u, jekk meħtieġ, testijiet seroloġiċi għandhom isiru skond sorveljanza uffiċjali sabiex tistabbilixxi jekk is-sintomi humiex bruċellosi jew le;

    (b) tkun stazzjonata fiċ-ċentru ta' żona ta' 20 km dijametru li fiha l-ebda każ ta' bruċellosi fil-ħnieżer ma kien uffiċjalment rekordjat għal minn ta' l-inqas sena;

    (ċ) annimali bovini miżmuma kontemporanjament fl-azjenda huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi.

    --------------------------------------------------

    ANNESS B

    Standards għall-manifattura u użu ta' tuberkulini

    1. Testijiet tat-tuberkulin sorveljati uffiċjalment għandhom isiru bil-PPD (bovin) tuberkulin jew tuberkulin preparat fuq sintetiku medju u sħana konċentrata.

    2. Għall-kontroll tat-tuberkulin PPD, livell tas-soltu ta' tuberkulin li jaqbel mal-PPD internazzjonali tas-Staatens Seruminstitut f'Kopenhagen irid jintuża.

    Dan il-livell tas-soltu ta' tuberkulin għandu jkun provdut mis-Centraal Diergeneeskundig Instituut, Afdeling Rotterdam.

    3. Għall-kontroll tat-tuberkulini magħrufa bħala "sintetiċi" tuberkulini, livell tas-soltu li jaqbel mal-livell tas-soltu internazzjonali ta' tuberkulin antik tas-Staatens Seruminstitut f'Kopenhagen għandu jkun użat.

    Dan il-livell tas-soltu ta' tuberkulin għandu jkun provdut mill-Paul-Ehrlich-Instut fi Frankfurt-am-Main.

    4. Tuberkulini għandhom ikunu preparati b'waħda mill-merħliet BK tat-tip bovina indikat hawn taħt:

    (a) An5

    (b) Vallee

    (ċ) Behring.

    5. Il-pH ta' tuberkulini għandu jkun bejn 6.5 u 7.

    6. Fenol biss b'konċentrazzjoni ta' 0.5 % jista' jkun użat bħala preservattiv fit-tuberkulini.

    7. Sakemm it-tuberkulini huma preservati f'temperatura ta' madwar 4 °C, jistgħu jintużaw sa l-aħħar tal-perjodi segwenti:

    (a) Likwidu PPD tuberkulini: sitt xhur

    PPD lifolizzat tuberkulini: ħames snin;

    (b) Tuberkulini magħrufa bħala "sintetiċi", mhux imħallta: ħames snin

    imħallta: sentejn.

    8. L-istituzzjonijiet ta' l-Istat imniżżla hawn taħt għandhom ikunu responsabbli għal testijiet uffiċjali ta' tuberkulini fil-pajjiżi rispettivi tagħhom:

    (a)Ġermanja: | Paul-Ehrlich-istituzzjoni, Frankfurt-am-Main |

    (b)Belġju: | Institut national de recherches veterinaries, Brussel |

    (ċ)Franza | Laboratoire Central de Recherche Veterinaires, Alfort |

    (d)Gran Dukat tal-Lussemburgu: | Istituzzjoni tal-pajjiż proveditur |

    (e)Italja: | Instituto Superiore di Sanità, Roma |

    (f)Olanda: | Centraal Diergeneeskundig Inetituut, Afdeling Rotterdam. |

    9. Testijiet uffiċjali għandhom isiru jew minn tuberkulini fil-fliexken lesti għall-użu, jew minn kunsinna kompleta ta' tuberkulin qabel ma jkun ippakkjat provdut li jkun magħmul fil-fliexken sussegwentement fil-preżenza ta' rappreżentant ta' l-awtorità kompetenti.

    10. PPD tuberkulin għandu jkun ittestjat minn metodi bioloġiċi u minn metodu kliniku.

    11. Tuberkulini għandhom ikunu sterili.

    12. Test ta' innokwità ta' tuberkulin, li jistabbilixxi li mhux tossiku u l-assenza ta' propertajiet irritanti, għandhom isiru kif ġej:

    (a) Mhux tossiċi: testijiet għandhom isiru fuq ġrieden u fuq fniek ta' l-Indja.

    Ġrieden: | Injezzjoni ta' 0.5ml ta' tuberkulin taħt il-ġilda ta' żewġt iġrieden li jiżnu 16 sa 20g kull wieħed. Jekk, fi żmien sagħtejn, ma jkun hemm l-ebda sinjal ta' intossikazzjoni jista' jkun konkluż li il-prodott m'għandux fenol eċċessiv. |

    Ħnieżer tal-guinea: | Il-fniek ta' l-Indja għandhom jiżnu bejn 350 u 500g. L-ammont ta' tuberkulin injettat għandu jkun ta' 1ml kull 100g ta' piż ħaj. Wieħed miż-żewġ metodi deskritti hawn taħt għandhom ikunu użati: |

    (aa) Tuberkulin hu injettat fil-ġilda abdominali ta' żewġ fniek ta' l-Indja. It-tuberkulin jista' jiġi kkunsidrat li jkun sodisfaċenti jekk il-fniek ta' l-Indja trattati b'dan il-mod juru, għal mhux iktar minn jumejn, infiltrazzjoni qawwija li terġa' tkun assorbita mit-tielet jum mingħajr ma tipproduċi nekrosi u ma tkunx aktar viżibbli wara sitt ijiem. Jekk ikun hemm nekrosi fil-ġilda abdominali, jew jekk l-infiltrazzjoni ma tmurx fi żmien sitt ijiem, it-tuberkulin ikun rifjutat.

    (bb) It-tuberkulin hu injettat intraperitonealment fiż-żewġt ifniek ta' l-Indja. L-annimali huma osservati għal sitt ġimgħat li matulhom m'għandu jkun hemm l-ebda sintomu speċifiku ta' telf ta' piż.

    Fl-aħħar tas-sitt ġimgħat l-annimali huma maqtula u ssir verifika li ma jkunx hemm l-ebda lezjoni tuberkulari; partikolarment, inċiżjonijiet istoloġiċi huma magħmula fl-milsa, fwied u pulmuni. L-istess proċedura hi segwita għal kull annimal li jmut qabel it-tmiem taż-żmien stipulat.

    (b) Nuqqas ta' proprjetajiet irritanti: inokulazzjoni intradermali ta' 2500 unità internazzjonali (IU) ta' tuberkulin f'volum ta' 0.1 ml hu magħmul fuq ġilda mqaxxra tal-ġnub taż-żewġt ifniek ta' l-Indja. Ma jrid ikun hemm l-ebda reazzjoni wara erbgħin ġurnata.

    13. Tuberkulini għandhom ikunu analizzati klinikalment sabiex ikun determinat l-ammont eżatti ta' fenol u biex ikun stabbilit jekk preżervattiv ieħor hux preżenti jew le.

    14. Test kontra sensitizzazzjoni għat-tuberkulin għandu jsir kif ġej:

    Tlett ifniek ta' l-Indja li qatt ma kienu użati għal testijiet xjentifiċi huma mogħtija, f'intervalli ta' ħamest ijiem, tlett injezzjonijiet intradermali ta' 500 unità internazzjonali ta' tuberkulin f'volum ta' 0.1 ml. Il-fniek ta' l-Indja huma ttestjati ħmistax-il ġurnata wara minn injezzjoni intradermali ta' l-istess ammont ta' tuberkulin. Huma ma jridux juru reazzjoni differenti minn dik tal-fniek ta' l-Indja ta' l-istess piż li qatt ma kienu użati għal testijiet xjentifiċi magħmula għall-għanijiet ta' kontroll bl-istess ammont ta' tuberkulin.

    15. Test ta' attività għandu jsir minn metodu kliniku u minn metodi bioloġiċi.

    (a) Metodu kimiku: dan il-metodu jista' jintuża għall-PPD u hu bbażat fuq il-preċipitazzjoni ta' tuberkulo-proteini minn aċidu trikloraċetiku. Il-kontenut ta' nitroġenu hu stabbilit minn distilazzjoni Kjeldahl. Il-fattur ta' konverżjoni tan-nitroġenu totali PPD hu 6.25.

    (b) Metodi bioloġiċi: dawn il-metodi jistgħu jintużaw għat-tuberkulini preparati fuq sintetiku medju u għall-PPD; huma bbażati fuq tqabbil mal-livelli tas-soltu ta' tuberkulini li jridu jiġu ttestjati.

    16. Il-livell tas-soltu internazzjonali għat-tuberkulin qadim fih 100000 unità internazzjonali kull millilitru.

    17. Il-PPD internazzjonali hu mqassam fi stat liofilizzat, unità waħda internazzjonali = 0.00002 mg ta' proteini – tuberkulin. L-ampolla fiha 2 mg ta' proteini – tuberkulin.

    Tuberkulini sottomessi mill-manifatturi għall-ittestjar mill-istituzzjonijiet statali mniżżla fil-paragrafu 8 irid ikollhom l-istess attività bħat-tuberkulini tal-livell tas-soltu, i.e. irid ikollhom 100000 unità internazzjonali ta' kull millitru.

    18. (a) (a) Test tal-potenza fuq fniek ta' l-Indja:

    Fniek ta' l-Indja albino li jiżnu bejn 400 u 600g għandhom ikunu użati.

    Dawn il-fniek ta' l-Indja għandhom ikunu f'saħħithom u eżaminati minn palpazzjoni biex jiġi stabbilit jekk, fil-waqt ta' l-inokulazzjoni tat-tuberkulin, it-ton muskolari tagħhom baqgħax normali minkejja s-sensitizzazzjoni ta' qabel.

    (aa) Il-fniek ta' l-Indja għandhom ikunu sensitizzati minn injezzjoni ta' inokulazzjoni ta' madwar 0.5 mg ta' tuberkolożi baċilli ħajja f'emulsjoni minn ilma msajjar bil-melħ taħt il-ġilda tal-koxxa jew il-ħofra ta' l-għonq.

    Ir-razza tat-tip bovina, provduta fuq talba mill-Paul-Ehrlich-Institut fi Frankfurt-am-Main trid tkun użata għal dan l-għan. Doża eċċessiva trid tkun evitata sabiex il-fniek ta' l-Indja jżommu l-piż tagħhom sakemm jiġu użati;

    (bb) Irrispettivament mill-metodu ta' titrattazzjoni użat, dejjem trid issir stima bbażata fuq it-tqabbil mal-livelli tas-soltu ta' tuberkulin tat-tuberkulin li għandu jkun ittestjat; ir-riżultat għandu jkun magħmul f'unità internazzjonali kull ml.

    (b) Testjar tal-potenza fuq annimali bovini

    Meta testijiet huma fuq annimali bovini r-reazzjonijiet miksuba fuq annimali bovini tuberkulari mit-tuberkulin li għandu jkun ittestjat għandu jkun identiku ma' dawk il-prodotti bl-istess ammonti ta' livell tas-soltu ta' tuberkulin.

    19. Testijiet ta' tuberkulin għandhom isiru minn injezzjoni intradermali waħda jew fl-għonq jew fl-ispalla.

    20. L-ammont ta' tuberkulin li jrid ikun injettat għandu jkun ta' 5000 unità internazzjonali ta' PPD jew tuberkulin sintetiku.

    21. Ir-riżultat ta' test ta' tuberkulin intradermali irid jinqara wara tnejn u sebgħin siegħa u stmat skond il-metodu segwenti:

    (a) Reazzjoni negattiva: jekk tkun osservata nefħa limitata biss, b'żieda ta' mhux iktar minn 2 mm fil-ħxuna tal-qabda tal-ġilda mingħajr sinjali kliniċi bħal tidlik konsistenti, għaraq, nekrosi, uġieġ jew infjammazzjoni tat-tubi linfatiċi f'dak ir-reġjun u tan-nodi linfatiċi;

    (b) Reazzjoni pożittiva: jekk sinjali kliniċi bħal dawk imsemmija f'(a) huma osservati jew jekk hemm żieda ta' iktar minn 2 mm fil-ħxuna tal-ġilda.

    --------------------------------------------------

    ANNESS Ċ

    Bruċellosi bovina

    A. Testijiet ta' agglutinazzjoni tas-serum

    1. Il-livell tas-soltu ta' agglutinazzjoni ta' serum irid jaqbel mal-livell tas-soltu ta' serum preparat mil-Laboratorju Veterinarju, Weybridge, Surrey, Ingilterra.

    L-ampola jrid ikollha 1000 unità ta' agglutinazzjoni internazzjonaqli (IU) miksuba minn lifolizzazzjoni ta' 1 ml ta' serum bovin.

    2. Il-livell tas-soltu ta' serum għandu jkun provdut mill-Bundesgesundheitsamt, Berlin.

    3. Il-grad ta' bruċella ta' agglutinazzjoni f'serum trid tkun espressa f'unità internazzjonali kull ml (i.e. Serum X = 80 IU/ml).

    4. Qari ta' agglutinazzjoni ta' serum bil-mod fit-tubi iridu jittieħdu f'50 % jew f'75 % agglutinazzjoni, l-antiġen użat li kien titrat skond kondizzjonijiet identiċi kontra l-livell tas-soltu tas-serum.

    5. Il-valur ta' agglutinazzjoni ta' antiġeni varji nb'relazzjoni mal-livell tas-soltu tas-serum għandu jkun skond il-limiti li ġejjin:

    - - Jekk il-qari hu magħmul għall-50 %: bejn 1/600 u 1/1000;

    - - Jekk il-qari hu magħmul għall-75 %: bejn 1/500 u 1/750.

    6. Weybridge Strain Nru 99 u USDA 1119 jew kull strain ieħor ta' sensitività indaqs iridu jintużaw għall-preparazzjoni ta' l-antiġen għall-użu f'tubu ta' agglutinazzjoni (metodu bil-mod).

    7. Il-mezzi tal-kultura użati għaż-żamma ta' l-istrain fil-laboratorju u għall-produzzjoni ta' l-antiġen għandu jkun dak li ma jinkoraġġixxix dissoċjazzjoni ta' batterja (S minus R); agar tal-patata għandu preferibbilment ikun użat.

    8. L-emulsjoni batterika għandha ssir minn salmura fisjoloġika (NaC1 8 75 %) fenolizzata b'5 %. Formol ma għandux jintuża.

    9. L-istituzzjonijiet uffiċjali indikati hawn taħt għandhom ikunu responsabbli għat-testijiet ta' antiġeni uffiċjali:

    (a)Ġermanja: | Bundesgesundheitsamt, Berlin |

    (b)Belġju: | Institut national de recherches vétérinaries, Brussel |

    (ċ)Franza: | Laboratoire certralde recherches veterinaries, Alfort |

    (d)Gran Dukat tal-Lussemburgu: | Istituzzjoni tal-pajjiż proveditur |

    (e)Italja: | Instituto Superiore di sanità, Roma |

    (f)Olanda: | Centraal Diergeneeskundig Instituut, Afdeling Rotterdam |

    10. Antiġeni jistgħu jitqassmu fl-Istat sakemm provdut li l-fattur imħallat li jrid jintuża hu indikat fuq it-tabella tal-flixkun.

    11. Sabiex jitwettqu testijiet sero-agglutinazzjoni, mill-inqas tliet taħlitiet għandhom ikunu preparati għal kull serum. Taħlitiet ta' serum suspettat għandu jsir b'ċertu mod li l-qari tar-reazzjoni fil-limitu ta' l-infezzjoni hu magħmul fit-tubu medjan. Jekk hemm reazzjoni pożittiva f'dan it-tubu, is-serum suspettat ikollu minn ta' l-inqas 30 unità internazzjonali ta' agglutinazzjoni kull millitru.

    B. Test taċ-ċirku

    12. It-test taċ-ċirku għandu jsir fuq kontenuti ta' kull lenbija tal-ħalib minn kull razzett.

    13. Il-livell tas-soltu ta' antiġen li għandu jintuża għandu jiġi minn wieħed mill-istituzzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 9 (a) u (f).

    14. L-antiġen jista' jkun immarkat biss b'ematossilin jew tetrażoljum; ematossilin għandu jkun preferibbilment użat.

    15. It-test ta' reazzjoni għandu jsir f'tubi ta' dijametru ta' 8 sa 10 mm.

    16. It-test ta' reazzjoni għandu jsir bl-użu ta' 1 ml ta' ħalib li għalih 0 705 ml ta' wieħed mill-marki ta' l-antiġeni li jkunu saru.

    17. It-taħlita tal-ħalib u antiġen għandhom ikunu inkubati f'37 °C għal mhux inqas minn ħamsa u erbgħin minuta u mhux iktar minn sittin minuta.

    18. It-test ta' reazzjoni għandu jsir bejn wieħed u ieħor tmintax-il siegħa wara l-ħlib u stima skond il-kriteria segwenti:

    (a)reazzjoni negattiva: | ħalib ikkulurit, krema bla kulur; |

    (b)Reazzjoni pożittiva: | ħalib u krema kkuluriti l-istess jew ħalib bla kulur u krema kkulurita. |

    19. Formol ma għandux ikun miżjud mal-kampjun. L-uniku prodott li jista' jkun miżjud hu klorur merkjuriku f'soluzzjoni ta' 0 72 % u, f'dan il-każ, il-proporzjon bejn l-ammont ta' ħalib u t-taħlita ta' klorur merkuriku trid tkun ta' 10 sa 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS D

    analiżi tal-ħalib

    1. Għandhom isiru l-analiżi kollha tal-ħalib f'laboratorji uffiċjali jew uffiċjalment approvati.

    2. Kampjuni tal-ħalib iridu jittieħdu bi qbil mal-kondizzjonijiet segwenti:

    (a) il-bżieżel iridu l-ewwel jiġu disinfettati b'70 % alkol.

    (b) tubi iridu jinżammu f'pożizzjoni mmejla waqt li jkunu qed jimtlew.

    (ċ) kampjuni tal-ħalib iridu jittieħdu fil-bidu tal-ħalba tal-ħalib, wara li jitneħħew l-ewwel kwantitajiet minn kull biżżula.

    (d) għandu jittieħed kampjun minnhom kull tliet xhur; il-ħalib minn dawn il-kampjuni ma jridx jitħallat.

    (e) kull kampjun irid ikollu minn ta' l-inqas 10 ml ta' ħalib.

    (f) jekk preżervattiv hu meħtieġ għandu jintuża aċidu boriku ta' 0 75 %.

    (g) kull tubu jrid ikollu tabella li tagħti l-istruzzjonijiet segwenti:

    - - in-numru tal-marka tal-widna jew mezzi oħra ta' identifikazzjoni ta' l-annimal;

    - - it-tliet xhur li matulhom ikun ttieħed il-kampjun;

    - - minn fejn ikun ittieħed il-kampjun;

    (h) kampjuni għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument li jagħti l-informazzjoni segwenti:

    - - l-isem u l-indirizz tal-veterinarju uffiċjali;

    - - l-isem u l-indirizz tal-propjetarju;

    - - il-mezzi ta' identifikazzjoni ta' l-annimal;

    - - l-istadju tal-ħalib.

    3. Analiżi tal-ħalib għandha ssir mhux iktar tard minn tletin ġurnata qabel it-tagħbija u trid dejjem tinkludi test bioloġiku u Test tal-Ġenb Abjad (TĠA) jew Test Mastitis tal-Kalifornja (TMK). Ir-riżultat ta' dawn iż-żewġ testijiet għandhom ikunu negattivi, bla ħsara għal li ġej:

    (a) jekk ir-riżultat ta' test baterioloġiku hu pożittiv - għalkemm m'hemm l-ebda karatterisitika ta' kondizzjonijiet ta' infjammazzjoni imma r-riżultat tat-TĠA (jew it-TMK) hu negattiv, it-tieni test baterioloġiku għandu jsir minn ta' l-inqas għaxart ijiem wara, fiż-żmien it-tletin jum terminu provdut hawn fuq. It-tieni test għandu jistabbilixxi li:

    (aa) il-mikro-organiżmi patoġeniċi jkunu għebu;

    (bb) m'hemm l-ebda preżenza ta' antibiotiċi.

    B'żieda, li n-nuqqas ta' infjamazzjoni trid tiġi stabbilita minn TĠA ieħor (jew TMK ieħor) li għandhom ikunu negattivi.

    (b) jekk it-test batterjoloġiku hu negattiv waqt li TĠA (jew TMK) hu pożittiv, test sħiħ sitoloġiku għandu jsir li għandu jkun negattiv.

    4. It-test batterjoloġiku jrid jinkludi:

    (a) it-tqegħid ta' ħalib ġo dixx Petri fuq agar tad-demm ta' annimali bovini jew ngħaġ;

    (b) it-tqegħid tal-ħalib ġo TKT jew mezzi Edwards.

    L-iskop tat-test batterjoloġiku għandu jidentifika l-mikro-organismi patoġeniċi kollha u ma għandux ikun kostrett għal sejbien ta' patoġeniċi speċifiċi streptococci jew staphylococci. Għal din ir-raġuni, l-identifikazzjoni ta' kolonji miksuba minn żrigħ fil-mezzi hawn fuq imsemmija għandhom isiru b'metodi tradizzjonali ta' differenzi batterjoloġiċi bħall-użu ta' Chapman medju biex jidentifika staphylococci u ta' mezzi selettivi varji għas-sejbien ta' entero-batterja.

    5. It-test sitoloġiku komplet hu intenzjonat li jsib, fejn meħtieġ, karatteristika ta' kondizzjoni ta' infjamazzjoni indipendenti ta' kull sintomu kliniku.

    L-eżistenza ta' kondizzjoni ta' infjamazzjoni hi stabbilita meta l-għadd ta' lewkoċiti meħud skond il-metodu Breed jilħaq miljun lewkoċiti kull millilitru u l-proporzjon ta' lewkoċiti mononukleari sa polinukleari hu inqas minn 0 75.

    --------------------------------------------------

    ANNESS E

    Il-mard li ġej huma notifikabbli obbligatorjament:

    (a) Mard Bovin:

    Rabja

    Tuberkolosi

    Bruċellosi

    Il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer

    Traċina

    Imxija fil-bhejjem

    Pleuro-pneumonia

    (b) Mard tal-ħnieżer:

    Rabja

    Bruċellosi

    Traċina

    Il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer

    Deni tal-ħnieżer klassiku u Afrikan

    Epidemiji ta' paraliżi fuq il-ħnieżer (Mard Teschen).

    --------------------------------------------------

    ANNESS F

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top