Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.
Documento 31962R0026
EEC Council: Regulation No 26 applying certain rules of competition to production of and trade in agricultural products
Ir-Regolament Nru 26 li japplika ċerti regoli tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni u għall-kummerċ ta’ prodotti agrikoli
Ir-Regolament Nru 26 li japplika ċerti regoli tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni u għall-kummerċ ta’ prodotti agrikoli
ĠU 30, 20.4.1962, pagg. 993–994
(DE, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(DA, EN, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
Non più in vigore, Data di fine della validità: 23/08/2006; Imħassar b' 32006R1184
Official Journal 030 , 20/04/1962 P. 0993 - 0994
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0003
Danish special edition: Series I Chapter 1959-1962 P. 0120
English special edition: Series I Chapter 1959-1962 P. 0129
Greek special edition: Chapter 03 Volume 1 P. 0035
Spanish special edition: Chapter 08 Volume 1 P. 0029
Portuguese special edition Chapter 08 Volume 1 P. 0029
Ir-Regolament Nru 26 li japplika ċerti regoli tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni u għall-kummerċ ta’ prodotti agrikoli IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u 43 ta’ dan it-Trattat, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew, Billi bis-saħħa ta' l-Artikolu 42 tat-Trattat waħda mill-kwistjonijiet li trid tiġi deċiża fl-ambitu tal-politika agrikola komuni hija jekk ir-regoli dwar il-kompetizzjoni stabiliti fit-Trattat għandhomx japplikaw għall-produzzjoni u għall-kummerċ fil-prodotti agrikoli, u għalhekk dawn id-diżposizzjonijiet t’hawn taħt iridu jiġu ssupplimentati fid-dawl ta' l-iżviluppi f’din il-politika; Billi l-proposti sottomessi mill-Kummissjoni għall-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika agrikola komuni juru illi ċerti regoli dwar il-kompetizzjoni għandhom japplikaw mill-ewwel għall-produzzjoni u l-kummerċ ta’ prodotti agrikoli sabiex jiġu eliminati l-prattiki li jmorru kontra l-prinċipji tas-suq komuni u li huma ta’ ħsara għall-kisba tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat u sabiex tiġi pprovduta bażi għall-istabbiliment fil-ġejjieni ta' sistema ta' kompetizzjoni adattata għall-iżvilupp tal-politika agrikola komuni; Billi r-regoli dwar il-kompetizzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-ftehim, mad-deċiżjonijiet u mal-prattiki msemmija fl-Artikolu 85 tat-Trattat u dwar l-abbuż minn pożizzjonijiet dominanti jridu jiġu applikati għall-produzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti agrikoli, sakemm l-applikazzjoni tagħhom ma twaqqafx il-funzjonament ta' l-organizzazzjonijiet nazzjonali tas-swieq agrikoli jew ma theddidx il-ksib tal-miri tal-politika agrikola komuni; Billi għandha tingħata attenzjoni speċjali fil-każ ta' l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa li huma involuti b’mod partikolari fil-produzzjoni jew il-marketing konġunt tal-prodotti agrikoli jew li għandhom x’jaqsmu ma’ l-użu ta' faċilitajiet konġunti, għajr jekk din l-azzjoni konġunta teskludi l-kompetizzjoni jew thedded il-ksib tal-miri ta' l-Artikolu 39 tat-Trattat; Billi, sabiex jiġi evitat sew li jiġi kompromess l-iżvilupp ta’ politika agrikola komuni u sew biex tiġi żgurata ċ-ċertezza fil-liġi u t-trattament mhux diskriminatorju ta' l-impriżi konċernati, il-Kummissjoni għandu jkollha kompetenza esklussiva, suġġetta għar-reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, li tistabbilixxi jekk il-kondizzjonijiet ipprovduti fiż-żewġ reċitazzjonijiet preċedenti rigward il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiki msemmija fl-Artikolu 85 tat-Trattat, humiex issodisfati; Billi, sabiex tiffaċilita li jiġi meħud kont tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat li jirrigwardaw l-agrikoltura, u b’mod partikolari dawk ta' l-Artikolu 39, il-Kummissjoni għandha, fi kwistjonijiet ta' "dumping", tistma l-kawżi kollha tal-prattiki li dwarhom jitressaq ilment u b’mod partikolari l-livell tal-prezz li bih il-prodotti minn sorsi oħra jiġu importati fis-suq konċernat; billi hija trid, fid-dawl ta' l-istima tagħha, tagħmel rakkomandazzjonijiet u tawtorizza miżuri protettivi hekk kif ipprovdut fl-Artikolu 91(1) tat-Trattat; Billi, sabiex jiġu implimentati, bħala parti mill-iżvilupp tal-politika agrikola komuni, ir-regoli dwar l-għajnuniet għall-produzzjoni u għall-kummerċ fil-prodotti agrikoli, il-Kummissjoni għandha tkun f’pożizzjoni illi tfassal lista tal-għajnuniet eżistenti, ġodda u proposti, sabiex tagħmel osservazzjonijiet xierqa lill-Istati Membri u sabiex tipproponilhom miżuri xierqa, ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 Mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Artikoli 85 sa 90 tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet magħmula għall-implimentazzjoni tagħhom għandhom, bla ħsara għall-Artikolu 2 ta’ hawn taħt, japplikaw għall-ftehim, għad-deċiżjonijiet u għall-prattiki kollha miftiehma li għalihom hemm referenza fl-Artikoli 85(1) u 86 tat-Trattat li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni jew il-kummerċ tal-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness II tat-Trattat. L- Artikolu 2 1. L-Artikolu 85(1) tat-Trattat ma għandux japplika għal dak il-ftehim, deċiżjonijiet u prattiki li għalihom hemm referenza fl-Artikolu preċedenti li jifformaw parti integrali minn organizzazzjoni tas-suq nazzjonali jew li huma meħtieġa għall-kisba tal-miri ddikjarati fl-Artikolu 39 tat-Trattat. B’mod partikolari, dan m'għandux japplika għall-ftehim, għad-deċiżjonijiet u għall-prattiki tal-bdiewa, l-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew l- assoċjazzjonijiet ta' dawn l-assoċjazzjonijiet li jappartjienu għal Stat Membru wieħed u li jirrigwardaw il-produzzjoni jew il-bejgħ ta' prodotti agrikoli jew l-użu ta' faċilitajiet konġunti għall-ħażna, għat-trattament jew għall-ipproċessar ta' prodotti agrikoli, u li dwarhom ma hemm l-ebda obbligu li jintalbu prezzijiet identiċi, għajr jekk il-Kummissjoni ssib illi l-kompetizzjoni hija b’hekk eskluża jew li l-miri ta' l-Artikolu 39 tat-Trattat huma mhedda. 2. Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u tisma’ lill-impriżi jew lill-assoċjazzjonijiet ta' l-impriżi konċernati u lil kull persuna naturali jew legali oħra li tikkonsidra xierqa, il-Kummissjoni għandu jkollha l-kompetenza esklussiva, suġġetta għar-reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, li tistabilixxi, permezz ta' deċiżjoni li għandha tiġi ppubblikata, liema ftehim, deċiżjonijiet jew prattiki jissodisfaw il-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1. 3. Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha li tistabilixxi dan jew fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq it-talba ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew ta’ impriża jew ta’ assoċjazzjoni ta' impriżi interessati. 4. Il-pubblikazzjoni għandha tiddikjara l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni; għandha tieħu kont ta’ l-interess leġittimu ta' l-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. L- Artikolu 3 1. Bla ħsara għall-Artikolu 46 tat-Trattat, l-Artikolu 91(1) tiegħu għandu japplika għall-kummerċ fil-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness II tat-Trattat. 2. B’qies xieraq għad-diżposizzjonijiet tat-Trattat dwar l-agrikoltura, u b’mod partikolari dawk ta' l-Artikolu 39, il-Kummissjoni għandha tistma l-kawżi kollha tal-prattiki lmentati minnhom, b’mod partikolari l-livell tal-prezz li bih il-prodotti minn sorsi oħra jiġu importati fis-suq konċernat. Fid-dawl ta' l-istima tagħha, hija għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet u tawtorizza miżuri protettivi kif ipprovdut fl-Artikolu 91(1) tat-Trattat; L- Artikolu 4 Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 93(1) u ta' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 93(3) tat-Trattat għandhom japplikaw għall-għajnuniet mogħtija għall-produzzjoni jew għall-kummerċ tal-prodotti mniżla fil-lista fl-Anness II tat-Trattat. L- Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 1 sa 3, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1962. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' April 1962. Għall-Kunsill Il-President M. Couve de Murville --------------------------------------------------