Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22025D2117

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 183/2025 tal-11 ta’ Lulju 2025 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2025/2117]

ĠU L, 2025/2117, 6.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2117/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2117/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2117

6.11.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 183/2025

tal-11 ta’ Lulju 2025

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2025/2117]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2620 tat-30 ta’ Lulju 2024 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti biex il-gassijiet serra jitqiesu li saru marbuta kimikament b’mod permanenti fi prodott (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2493 tat-23 ta’ Settembru 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 rigward l-aġġornament tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21aly (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2951):

“21alz.

32024 R 2620: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2620 tat-30 ta’ Lulju 2024 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti biex il-gassijiet serra jitqiesu li saru marbuta kimikament b’mod permanenti fi prodott (ĠU L, 2024/2620, 4.10.2024).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 21apj (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066):

“—

32024 R 2493: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2493 tat-23 ta’ Settembru 2024 (ĠU L, 2024/2493, 27.9.2024).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament Delegat (UE) 2024/2620 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2493 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Lulju 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON


(1)   ĠU L, 2024/2620, 4.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2620/oj.

(2)   ĠU L, 2024/2493, 27.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2493/oj.

(*1)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2117/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top