This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22025D0618
Decision of the EEA Joint Committee No 260/2024 of 6 December 2024 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement [2025/618]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 260/2024 tas-6 ta’ Diċembru 2024 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2025/618]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 260/2024 tas-6 ta’ Diċembru 2024 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2025/618]
ĠU L, 2025/618, 24.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/618/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2025/618 |
24.4.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 260/2024
tas-6 ta’ Diċembru 2024
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2025/618]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/177 tal-11 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 93/49/KEE u 93/61/KEE u d-Direttivi ta’ Implimentazzjoni 2014/21/UE u 2014/98/UE f’dak li għandu x’jaqsam mal-pesti tal-pjanti fuq iż-żrieragħ u fuq il-materjal riproduttiv tal-pjanti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet fitosanitarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet fitosanitarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Parti 1 ta’ Kapitolu III tal-Anness I ta’ mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż segwenti jiżdied mal-punti 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE), 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE), 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE) u 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE):
|
2. |
Il-punti 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE) u 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE) huma emendati kif ġej:
|
Artikolu 2
It-test tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/177 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Diċembru 2024, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, fis-6 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Anders H. EIDE
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/618/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)