Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D3032

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 228/2024 tat-23 ta’ Settembru 2024 li temenda l-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE, dwar l-abolizzjoni ta’ ostakoli tekniċi għall-kummerċ fl-inbid [2024/3032]

ĠU L, 2024/3032, 19.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3032/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3032/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3032

19.12.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 228/2024

tat-23 ta’ Settembru 2024

li temenda l-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE, dwar l-abolizzjoni ta’ ostakoli tekniċi għall-kummerċ fl-inbid [2024/3032]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1216 tat-22 ta’ April 2024 li jikkonferixxi l-protezzjoni fuq l-isem “Wiener Gemischter Satz” (PDO) skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1228 tat-23 ta’ April 2024 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem “Ruster Ausbruch” (DOP) (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid. Il-leġiżlazzjoni dwar l-inbid ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba’ paragrafu tal-introduzzjoni tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tridx tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

Jenħtieġ għalhekk li l-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 8zj (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/698) tal-Appendiċi 1 tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE:

“8zk.

32024 R 1216: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1216 tat-22 ta’ April 2024 li jikkonferixxi l-protezzjoni fuq l-isem “Wiener Gemischter Satz” (DOP) skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/1216, 29.4.2024).

8zl.

32024 R 1228: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1228 tat-23 ta’ April 2024 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem “Ruster Ausbruch” (PDO) (ĠU L, 2024/1228, 30.4.2024).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1216 u (UE) 2024/1228 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Anders H. EIDE


(1)   ĠU L, 2024/1216, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1216/oj.

(2)   ĠU L, 2024/1228, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1228/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3032/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top