This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22024D0515
Decision of the EEA joint Committee No 272/2021 of 24 September 2021 amending Protocol 31 to the EEA Agreement, on cooperation in specific fields outside the four freedoms [2024/515]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 272/2021 tal-24 ta’ Settembru 2021 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet [2024/515]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 272/2021 tal-24 ta’ Settembru 2021 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet [2024/515]
ĠU L, 2024/515, 22.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/515/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/515 |
22.2.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 272/2021
tal-24 ta’ Settembru 2021
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet [2024/515]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE f’azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-Azzjoni Preparatorja fuq ir-Riċerka dwar id-Difiża. |
|
(2) |
Huwa xieraq li din il-kooperazzjoni tkompli wara l-31 ta’ Diċembru 2020, irrispettivament minn meta din id-Deċiżjoni tkun adottata jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, jekk ikun hemm, jiġix innotifikat wara l-10 ta’ Lulju 2021. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat biex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2021, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“14. |
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar avviż skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Rolf Einar FIFE
(*1) Ma hemm indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA għad-Deċiżjoni Nru 272/2021 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE biex titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fl-azzjoni preparatorja tal-Unjoni fuq ir-riċerka dwar id-difiża
Din id-Deċiżjoni testendi l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti biex titkompla l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA tal-Unjoni għal azzjoni preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-Difiża. L-Istati tal-EFTA jaħsbu li kwistjonijiet ta’ difiża jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, u għalhekk li l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ma testendix il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim dwar iż-ŻEE biex tinkludi kwistjonijiet ta’ difiża lil hinn mill-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA f’dik l-azzjoni preparatorja. L-Istati tal-EFTA jisħqu wkoll li l-Iżlanda u l-Liechtenstein ma għandhomx jipparteċipaw, jew jikkontribwixxu finanzjarjament, għal din l-azzjoni preparatorja.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/515/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)