This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22024D0053
Decision of the EEA Joint Committee No 70/2021 of 5 February 2021 amending Annex XIX (Consumer protection) to the EEA Agreement [2024/53]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2021 tal-5 ta’ Frar 2021 li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/53]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2021 tal-5 ta’ Frar 2021 li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/53]
ĠU L, 2024/53, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/53/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/53 |
11.1.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 70/2021
tal-5 ta’ Frar 2021
li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/53]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u ta' servizzi diġitali (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (2) għaandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Id-Direttiva (UE) 2019/771 tħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022, id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li hija inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE (3), u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022. |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 7d (id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u fil-punt 7f (ir-Regolament (KE) Nru 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 7l (id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
3. |
It-test tal-punt 7e (id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022. |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttivi (UE) 2019/770 u (UE) 2019/771 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Frar 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 172/2019 tal-14 ta’ Ġunju 2019 (4), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2021.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Clara GANSLANDT
(1) ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1.
(2) ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28.
(3) ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12.
(*1) Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/53/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)