EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024A01414

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u ta’ prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

ST/12902/2023/INIT

ĠU L, 2024/1414, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree/2024/1414/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree/2024/1414/oj

Related Council decision
Related Council decision
European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1414

27.5.2024

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u ta’ prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

u

IR-REPUBBLIKA TAL-KOSTA TAL-AVORJU, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Kosta tal-Avorju”;

minn hawn ’il quddiem imsejħin individwalment “Parti” u flimkien “Partijiet”,

BILLI hemm relazzjonijiet mill-qrib ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Kosta tal-Avorju, b’mod partikolari fil-qafas tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, u rrivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005, kif ukoll fil-qafas tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika interim bejn il-Côte d’Ivoire, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f’Abidjan fis-26 ta’ Novembru 2008 u fi Brussell fit-22 ta’ Jannar 2009;

BILLI l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew intitolata “L-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (FLEGT) – Proposta għal Pjan ta’ Azzjoni tal-UE” tal-21 ta’ Mejju 2003 tikkostitwixxi l-ewwel pass fil-ġlieda kontra l-problema urġenti tal-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u l-kummerċ assoċjat miegħu;

KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, adottata mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tat-3 sal-14 ta’ Ġunju 1992, b’mod partikolari tal-prinċipju 10 tagħha dwar l-importanza tal-aċċess għall-informazzjoni, tas-sensibilizzazzjoni fost il-pubbliku u tal-parteċipazzjoni tiegħu fit-trattament ta’ kwistjonijiet ambjentali, u tal-prinċipju 20 tagħha dwar ir-rwol vitali tan-nisa fil-ġestjoni tal-ambjent u fl-iżvilupp, kif ukoll tal-prinċipju 22 tagħha dwar ir-rwol vitali tal-popolazzjonijiet u tal-komunitajiet indiġeni u ta’ komunitajiet lokali oħra fil-ġestjoni tal-ambjent u fl-iżvilupp;

BILLI tqiesu d-dikjarazzjoni ta’ prinċipji li mhumiex legalment vinkolanti, iżda huma awtorevoli, għal kunsens dinji dwar il-ġestjoni, iż-żamma u l-użu ekoloġikament sostenibbli tat-tipi kollha ta’ foresti, adottata bl-istess mod mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tat-3 sal-14 ta’ Ġunju 1992 u r-Riżoluzzjoni, strument mhux legalment vinkolanti, dwar it-tipi kollha ta’ foresti, adottata fis-17 ta’ Diċembru 2007 mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti;

WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni Afrikana dwar il-Konservazzjoni tan-Natura u tar-Riżorsi Naturali, adottata fil-11 ta’ Lulju 2003 f’Maputo;

WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), b’mod partikolari l-ħtieġa għal permessi ta’ esportazzjoni tas-CITES jew ċertifikati tal-oriġini maħruġa mill-partijiet fis-CITES, għal kampjuni tas-siġar tal-foresti elenkati fl-Annessi II jew III tagħha;

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-importanza mogħtija mill-Partijiet lill-prinċipji u lir-regoli li jirregolaw il-kummerċ multilaterali, b’mod partikolari d-drittijiet u l-obbligi previsti fil-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 u fil-ftehimiet multilaterali l-oħra elenkati fl-Anness 1A tal-Ftehim li stabbilixxa l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ iffirmat ġewwa Marrakech fil-15 ta’ April 1994, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu applikati b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju;

WARA LI KKUNSIDRAW ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (1);

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-kontribut tal-implimentazzjoni ta’ ftehim ta’ sħubija volontarja FLEGT fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, fl-isforzi li għandhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti inklużi l-konservazzjoni, iż-żieda tal-ħażniet tal-karbonju u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti (REDD+);

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU r-rwol tal-foresti fil-mitigazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima u jfakkru, f’dan il-kuntest, fil-Ftehim ta’ Pariġi adottat fit-12 ta’ Diċembru 2015 bħala parti mill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu dwar it-teħid ta’ miżuri għall-konservazzjoni u, fejn xieraq, it-titjib ta’ bjar u ta’ riżervi ta’ gassijiet serra, fost oħrajn il-foresti;

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenji biex jinġiebu fi tmiem u jitreġġgħu lura d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-ħamrija sal-2030, li jinsabu fid-Dikjarazzjoni ta’ Glasgow dwar il-Foresti u l-Użu tal-Art, iffirmata mill-Partijiet fl-okkażjoni tas-Summit Globali dwar il-Klima (COP26) li sar fl-Iskozja mill-31 ta’ Ottubru sat-13 ta’ Novembru 2021;

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn u d-determinazzjoni tal-Partijiet favur l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti stabbiliti fil-programm 2030, u b’mod partikolari l-kontribut li l-implimentazzjoni ta’ ftehim ta’ sħubija volontarja FLEGT se tagħti għall-kisba tal-għanijiet 5 u 15 bil-mira, rispettivament, li jinkisbu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-bniet, kif ukoll il-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, it-twaqqif tad-deforestazzjoni u t-teħid ta’ miżuri biex jiġi indirizzat it-traffikar ta’ prodotti illegali derivati minn speċijiet selvaġġi;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-isforzi magħmula mill-Kosta tal-Avorju biex tistabbilixxi sistema ta’ verifika tal-legalità bl-għan li tiżgura li l-injam u l-prodotti derivati kollha jikkonformaw mal-qafas legali u japplikaw għas-suq nazzjonali u għall-esportazzjonijiet tal-injam u tal-prodotti derivati li ġejjin mill-Kosta tal-Avorju;

BILLI tqiesu l-importanza mogħtija mill-Partijiet lill-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, mingħajr diskriminazzjoni, fost oħrajn tas-soċjetà ċivili, tas-settur privat kif ukoll tal-popolazzjoni lokali, u lis-suċċess tal-politiki ta’ governanza tal-foresti, b’mod partikolari permezz tal-konsultazzjonijiet u tal-informazzjoni għall-pubbliku;

BILLI tqiesu l-Politika tal-Preservazzjoni, tar-Restawr u tal-Estensjoni tal-Foresti tal-Kosta tal-Avorju u l-liġi tal-foresti Ivorjana mmirati lejn il-preservazzjoni tal-bijodiversità, il-kisba ta’ kopertura tal-foresti ta’ 20 % sal-2030, iż-żamma ta’ klima favorevoli għall-iżvilupp ta’ attivitajiet soċjoekonomiċi u agrikoli u l-konformità mal-impenji internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju;

BILLI dan il-Ftehim jikkostitwixxi wieħed mill-pilastri ċentrali tal-programm għat-titjib tal-governanza tal-foresti fil-Kosta tal-Avorju, prinċipalment fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Foresti, tal-liġi dwar il-qasam tal-artijiet rurali, tal-Kodiċi tax-Xogħol, tal-Kodiċi dwar l-Ambjent, tal-leġiżlazzjoni doganali u tal-leġiżlazzjoni kummerċjali kif ukoll ta’ dispożizzjonijiet regolamentari nazzjonali u internazzjonali oħra fil-qasam tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tal-kummerċ tal-injam;

BILLI l-leġiżlazzjoni tal-foresti tal-Kosta tal-Avorju tistabbilixxi r-regoli dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tiddefinixxi qafas li jiffavorixxi l-implimentazzjoni tal-Politika tal-Preservazzjoni, tar-Restawr u tal-Estensjoni tal-Foresti;

BILLI t-trattati internazzjonali dwar l-ambjent u l-forestrija rratifikati mill-Kosta tal-Avorju jiffurmaw parti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li min-naħa tagħha sservi bħala bażi għat-tfassil u għall-implimentazzjoni tal-politika tal-foresti tal-pajjiż;

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID il-prinċipji tar-rispett reċiproku, tas-sovranità, tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni tal-Partijiet u jirrikonoxxu l-benefiċċji li jirriżultaw minn dan il-Ftehim,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

a)

“awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji”: il-korp magħżul jew imwaqqaf mill-Kosta tal-Avorju biex joħroġ u jivvalida l-liċenzji FLEGT;

b)

“liċenzja FLEGT”: dokument maħruġ mill-Kosta tal-Avorju, stampat jew b’mod elettroniku, li jiċċertifika li l-injam jew il-prodotti derivati minn spedizzjoni maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni huma prodotti u vverifikati f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ u ma’ dan il-Ftehim;

c)

“awtoritajiet kompetenti”: l-awtoritajiet magħżula mill-Istati Membri tal-Unjoni biex jirċievu, jivverifikaw u jaċċettaw il-liċenzji FLEGT;

d)

“injam u prodotti derivati”: il-prodotti elenkati fl-Anness I;

e)

“injam u prodotti derivati fi tranżitu”: l-injam u l-prodotti derivati kollha li joriġinaw minn pajjiż terz li jidħlu fit-territorju tal-Kosta tal-Avorju taħt il-kontroll doganali u joħorġu minnu bl-istess mod filwaqt li jżommu l-pajjiż tal-oriġini tagħhom u mingħajr ma jkunu ġew ipproċessati jew kummerċjalizzati;

f)

“injam prodott legalment”: l-injam u l-prodotti derivati maħsuda jew importati u l-prodotti f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju stipulata fl-Anness II; fil-każ ta’ injam importat, tfisser prodotti tal-injam maħsuda, prodotti u esportati f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż tal-ħsad u mal-proċeduri deskritti fl-Anness III;

g)

“kodiċi SA”: kodiċi ta’ massimu ta’ sitt ċifri li jidher fin-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija stabbilita mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, magħmula fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983, u kif sussegwentement emendata;

h)

“spedizzjoni”: kwantità ta’ injam u prodotti derivati koperta minn liċenzja FLEGT, mibgħuta mill-Kosta tal-Avorju minn speditur u ppreżentata f’uffiċċju doganali tal-Unjoni biex titpoġġa f’ċirkolazzjoni ħielsa;

i)

“esportazzjoni”: l-azzjoni tal-ħruġ jew tat-teħid ’il barra tal-injam u tal-prodotti derivati mit-territorju doganali tal-Kosta tal-Avorju;

j)

“importazzjoni fl-Unjoni”: ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni skont l-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (2), tal-injam u tal-prodotti derivati li ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala “merkanzija ta’ natura mhux kummerċjali” kif definita fl-Artikolu 1, il-punt (21), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (3);

k)

“rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa”: proċedura doganali tal-Unjoni li tikkonferixxi l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni lil merkanzija li ma tkunx mill-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Artikolu 2

Suġġett

1.   L-għan ta’ dan il-Ftehim, f’konformità mal-impenn komuni tal-Partijiet li jiġġestixxu b’mod sostenibbli t-tipi kollha ta’ foresti, huwa, minn naħa waħda, li jipprovdi qafas legali biex jiżgura li l-injam u l-prodotti derivati kollha hekk kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (d), u importati fl-Unjoni mill-Kosta tal-Avorju jkunu ġew prodotti legalment u, min-naħa l-oħra, li jippromwovi l-kummerċ ta’ dan l-injam u tal-prodotti derivati kif ukoll l-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sostenibbiltà.

2.   Dan il-Ftehim jipprovdi wkoll bażi għal djalogu u kooperazzjoni bejn il-Partijiet sabiex jiffaċilita u jippromwovi l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu, kif ukoll biex isaħħaħ l-applikazzjoni tal-liġi tal-foresti u l-governanza.

Artikolu 3

L-iskema ta' liċenzjar FLEGT

1.   Hija stabbilita skema ta’ liċenzji FLEGT bejn il-Partijiet. Din tistabbilixxi grupp ta’ proċeduri u ta’ rekwiżiti biex jiġi vverifikat u ċċertifikat, permezz tal-liċenzji FLEGT, li l-injam u l-prodotti derivati mibgħuta lejn l-Unjoni jkunu ġew prodotti legalment. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 u ma’ dan il-Ftehim, l-Unjoni għandha taċċetta tali spedizzjonijiet mill-Kosta tal-Avorju għall-importazzjoni lejn l-Unjoni biss jekk ikunu koperti minn liċenzji FLEGT.

2.   L-iskema ta’ liċenzji FLEGT għandha tapplika għall-injam u għall-prodotti derivati kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (d).

3.   Il-Partijiet għandhom jaqblu li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimentaw l-iskema ta’ liċenzji FLEGT.

Artikolu 4

Awtorità li toħroġ il-liċenzji

1.   Il-Kosta tal-Avorju għandha taħtar l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji u għandha tikkomunika d-dettalji ta’ kuntatt tagħha lill-Kummissjoni Ewropea. Il-Partijiet għandhom jippubblikaw din l-informazzjoni.

2.   L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji għandha toħroġ liċenzji FLEGT li jkopru l-ispedizzjonijiet ta’ injam prodott legalment fil-Kosta tal-Avorju u maħsub għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont il-proċeduri deskritti fl-Anness V.

3.   L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji għandha toħroġ liċenzji FLEGT biss għall-ispedizzjonijiet tal-injam u tal-prodotti derivati li jkunu ġew soġġetti għal verifika li tkun ikkonfermat il-legalità tagħhom kif previst fl-Artikolu 8.

4.   F’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza, l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji għandha żżomm u tippubblika l-proċeduri tagħha għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT. Hija għandha żżomm ukoll aġġornati r-reġistri tal-ispedizzjonijiet kollha koperti minn liċenzji FLEGT u, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data, tagħmilhom aċċessibbli, għall-finijiet ta’ awditi indipendenti kif previst fl-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim u tal-osservazzjoni indipendenti kif stabbilit fl-Anness III.

Artikolu 5

Awtoritajiet kompetenti

1.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tgħarraf lill-Kosta tal-Avorju bid-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti. Il-Partijiet għandhom jippubblikaw din l-informazzjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li kull trasportazzjoni tkun koperta b’liċenzja FLEGT valida qabel ma jirrilaxxaw dik it-trasportazzjoni għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-ispedizzjoni jista’ jiġi sospiż u l-ispedizzjoni tista’ tinżamm jekk ikun hemm dubji fir-rigward tal-validità tal-liċenzja FLEGT.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu u jippubblikaw kull sena reġistrazzjoni ta’ liċenzji FLEGT li jkunu rċevew.

4.   F’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-awditur indipendenti magħżul mill-Kosta tal-Avorju l-aċċess għad-data u għad-dokumenti rilevanti.

5.   L-injam u l-prodotti derivati mill-ispeċijiet elenkati fl-Annessi tal-Konvenzjoni CITES u koperti minn liċenzja FLEGT għandhom ikunu soġġetti, mad-dħul tagħhom fl-Unjoni, biss għall-verifika meħtieġa mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (4). Fi kwalunkwe każ, il-liċenzja FLEGT tipprovdi l-assigurazzjoni li dawn il-prodotti ġew maħsuda legalment.

Artikolu 6

Liċenzji FLEGT

1.   Il-liċenzji FLEGT għandhom jinħarġu mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji sabiex jiċċertifikaw li l-injam u l-prodotti derivati ġew prodotti legalment.

2.   Il-liċenzji FLEGT għandhom jiġu stabbiliti skont il-mudell li jidher fl-Appendiċi 1 tal-Anness V. Huma miktuba bil-Franċiż.

3.   Il-Partijiet jistgħu, bi ftehim komuni, jistabbilixxu sistema elettronika għall-ħruġ, għat-trażmissjoni u għar-riċezzjoni tal-liċenzji FLEGT.

4.   Il-proċedura għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-liċenzji FLEGT huma deskritti fl-Anness V.

Artikolu 7

Injam prodott legalment

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, qed tingħata definizzjoni ta’ “injam prodott legalment” fl-Artikolu 1, il-punt (f), u din qed tiġi speċifikata fl-Anness II. Dan l-Anness jiddeskrivi l-leġiżlazzjoni Ivorjana li trid tiġi rispettata sabiex l-injam u l-prodotti derivati jkunu koperti b’liċenzja FLEGT. Dan l-Anness jinkludi wkoll dokumentazzjoni li fiha l-prinċipji, il-kriterji u l-indikaturi li jservu bħala prova tal-konformità ma’ din il-leġiżlazzjoni.

Artikolu 8

Verifika tal-legalità tal-injam u tal-prodotti derivati

1.   Il-Kosta tal-Avorju għandha tistabbilixxi sistema li tivverifika li l-injam u l-prodotti derivati maħsuba għall-ispedizzjoni jkunu ġew prodotti legalment u li l-ispedizzjonijiet ivverifikati bħala tali biss jiġu esportati lejn l-Unjoni (aktar ’il quddiem imsejħa “sistema ta’ verifika tal-legalità” jew SVL). Is-SVL tinkludi proċeduri u kontrolli tal-konformità biex tiżgura li l-ebda injam ta’ oriġini illegali jew mhux magħrufa ma jidħol fil-katina tal-provvista. Billi tuża din is-sistema, il-Kosta tal-Avorju tivverifika wkoll il-legalità tal-injam u tal-prodotti derivati importati.

2.   Is-SVL hija deskritta fl-Anness III.

Artikolu 9

Rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta’ konsenji koperti minn liċenzja FLEGT

1.   Il-proċeduri li jirregolaw ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni ta’ spedizzjonijiet koperti b’liċenzja FLEGT huma deskritti fl-Anness IV.

2.   Meta l-awtoritajiet kompetenti jkollhom bażi valida biex jissuspettaw li liċenzja FLEGT ma tkunx valida jew awtentika jew ma tikkorrispondix għall-ispedizzjoni li suppost tkun qed tkopri, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-proċeduri previsti fl-Anness IV.

3.   F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil jew diffikultajiet persistenti fil-konsultazzjonijiet li jikkonċernaw il-liċenzji FLEGT, dan in-nuqqas ta’ qbil jew id-diffikultajiet jistgħu jiġu ppreżentati lill-Kumitat Konġunt dwar l-Implimentazzjoni (KKI) stabbilit skont l-Artikolu 19.

Artikolu 10

Osservatur indipendenti

1.   Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar il-ħtieġa li jużaw is-servizzi ta’ awditur indipendenti f’intervalli miftiehma b’mod komuni sabiex jiżguraw il-prestazzjoni tajba u l-effettività tas-SVL tal-Kosta tal-Avorju, kif definit fl-Anness VI.

2.   Il-Kosta tal-Avorju għandha timpjega awditur indipendenti, b’konsultazzjoni mal-Unjoni, għall-kompiti elenkati fl-Anness VI.

3.   L-awditur indipendenti għandu jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu lill-Partijiet permezz ta’ rapporti, skont il-proċedura deskritta fl-Anness VI. Ir-rapporti tal-awditur indipendenti għandhom jiġu ppubblikati skont il-proċeduri previsti fl-Anness VI.

4.   Il-Partijiet għandhom jiffaċilitaw ix-xogħol tal-awditur indipendenti, b’mod partikolari billi jiżguraw li dan ikollu aċċess għall-informazzjoni meħtieġa biex iwettaq il-ħidma tiegħu. Madankollu, il-Partijiet jistgħu, f’konformità mal-liġijiet rispettivi tagħhom dwar il-protezzjoni tad-data, jastjenu milli jiżvelaw kwalunkwe informazzjoni li mhumiex awtorizzati li jikkomunikaw.

Artikolu 11

Irregolaritajiet

Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miktub, f’konformità mal-Artikolu 21 ta’ dan il-Ftehim, jekk jissuspettaw jew ikunu sabu evidenza ta’ ċirkomvenzjoni jew irregolaritajiet fl-iskema ta’ liċenzji FLEGT, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

a)

kummerċ frawdolenti, b’mod partikolari permezz tar-ridirezzjonar tal-flussi kummerċjali mill-Kosta tal-Avorju lejn l-Unjoni permezz ta’ pajjiż terz meta jidher li din saret bl-intenzjoni li tiġi evitata t-talba ta’ liċenzja;

b)

liċenzji FLEGT li jkopru injam u prodotti derivati li fihom injam minn pajjiż terz u li huma suspettati li huma prodotti illegalment;

c)

frodi fil-ksib jew użu ta’ liċenzji FLEGT.

Artikolu 12

Data tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT

1.   Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin, fil-qafas tal-KKI, malli jqisu li jkunu għamlu t-tħejjijiet kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni kompluta tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT.

2.   Il-Partijiet għandhom jordnaw evalwazzjoni indipendenti tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT ibbażata fuq il-kriterji definiti fl-Anness VII. L-evalwazzjoni indipendenti għandha tiddetermina jekk is-SVL li fuqha hija bbażata l-iskema ta’ liċenzji FLEGT taqdix b’mod adegwat il-funzjonijiet tagħha.

3.   Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-KKI, il-Partijiet għandhom jaqblu fuq data tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT.

4.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar din id-data bil-miktub f’konformità mal-Artikolu 21 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 13

Applikazzjoni tas-SVL għall-injam u l-prodotti derivati mhux esportati lejn l-Unjoni

Permezz tas-SVL, il-Kosta tal-Avorju tivverifika l-legalità tal-injam u tal-prodotti derivati maħsuba kemm għall-konsum nazzjonali kif ukoll għall-esportazzjoni lejn swieq barra mill-Unjoni.

Artikolu 14

Skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni

1.   Fil-qafas tal-KKI, il-Partijiet għandhom japprovaw skeda għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.   Il-KKI għandu jevalwa l-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim skont l-iskeda approvata.

Artikolu 15

Miżuri ta’ sostenn

1.   L-oqsma li fihom huma meħtieġa miżuri ta’ akkumpanjament, b’mod partikolari riżorsi tekniċi u finanzjarji kumplimentari, għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u għall-ġlieda kontra l-kawżi u l-fatturi tal-użu illegali tal-foresti huma msemmija fl-Anness VIII.

2.   Il-Kosta tal-Avorju għandha tiżgura li l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim tkun integrata fl-istrumenti nazzjonali tal-ippjanar u fil-baġit nazzjonali tagħha.

3.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-attivitajiet assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim jiġu kkoordinati mal-programmi u l-inizjattivi ta’ żvilupp eżistenti jew futuri, b’mod partikolari dawk relatati mar-REDD+.

4.   Il-provvista ta’ kwalunkwe riżorsa meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha titwettaq f’konformità mal-proċeduri tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha għall-ipprogrammar tal-kooperazzjoni mal-Kosta tal-Avorju, kif ukoll mal-proċeduri baġitarji tal-Kosta tal-Avorju.

Artikolu 16

Involviment tal-partijiet ikkonċernati

1.   Il-Kosta tal-Avorju għandha tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-impriżi u t-trade unions fis-settur privat, u l-popolazzjonijiet lokali permezz tat-tmexxija tradizzjonali.

2.   Il-Kosta tal-Avorju għandha tiżgura li l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ dan il-Ftehim isiru b’mod trasparenti bil-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

3.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li jitqies il-ġeneru, b’mod partikolari li r-rwol tan-nisa u tal-bniet fil-governanza tal-foresti u fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim jiġi rikonoxxut aħjar.

4.   L-Unjoni għandha tikkonsulta regolarment lill-partijiet ikkonċernati tagħha dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, filwaqt li tqis l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998.

Artikolu 17

Salvagwardji soċjali

1.   Sabiex jiġu minimizzati l-effetti negattivi possibbli fuq il-partijiet ikkonċernati identifikati fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1, b’mod partikolari fuq il-popolazzjonijiet lokali, il-Partijiet jaqblu li jevalwaw l-impatt ta’ dan il-Ftehim fuq l-istil u l-kundizzjonijiet ta’ ħajja tagħhom.

2.   Il-Partijiet għandhom jimmonitorjaw l-effetti ta’ dan il-Ftehim fuq il-partijiet ikkonċernati identifikati fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1, b’mod partikolari l-popolazzjonijiet lokali, u għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex itaffu l-effetti negattivi tiegħu. Il-Partijiet jistgħu jaqblu dwar miżuri addizzjonali biex jindirizzaw kwalunkwe effett negattiv possibbli, abbażi ta’ metodu ta’ evalwazzjoni ta’ dan il-Ftehim li għandu jiġi maqbul bejniethom.

Artikolu 18

Miżuri ta’ inċentiv relatati mas-suq

Filwaqt li tqis l-obbligi internazzjonali tagħha, l-Unjoni għandha tippromwovi aċċess favorevoli għas-suq tagħha tal-injam u tal-prodotti derivati, b’mod partikolari permezz tat-tħeġġiġ ta’ politiki ta’ xiri pubbliċi u privati li jirrikonoxxu l-isforzi magħmula biex tiġi żgurata provvista ta’ injam u ta’ prodotti derivati prodotti legalment.

Artikolu 19

Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni

1.   Sabiex tiġi żgurata l-governanza ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt dwar l-Implimentazzjoni (KKI). Il-funzjonijiet u l-kompiti speċifiċi tal-KKI għandhom jinkludu l-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ dan il-Ftehim, id-djalogu u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Partijiet. Dawn il-funzjonijiet u l-kompiti huma deskritti fl-Anness X.

2.   Il-KKI għandu jiġi stabbilit fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Għal dan l-għan, kull Parti għandha tagħżel ir-rappreżentanti tagħha għall-KKI. Il-KKI għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ kunsens. Għandu jkun kopresedut minn żewġ uffiċjali għolja maħtura minn kull Parti fil-livell ta’ rappreżentant wieħed għal kull Parti.

3.   Il-KKI għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

4.   Il-KKI għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena matul l-ewwel sentejn u mill-inqas darba fis-sena minn hemm ’il quddiem, f’data u b’aġenda miftiehma bil-quddiem mill-Partijiet. Jistgħu jissejħu laqgħat addizzjonali fuq it-talba ta’ waħda miż-żewġ Partijiet.

5.   Il-KKI għandu jiżgura li xogħlu jkun trasparenti u li l-informazzjoni dwar xogħlu u d-deċiżjonijiet tiegħu jkunu disponibbli għall-pubbliku.

6.   Il-KKI għandu jippubblika rapport annwali. L-informazzjoni li trid tiġi inkluża f’dan ir-rapport tingħata fl-Anness IX.

Artikolu 20

Trasparenza u aċċess għall-informazzjoni pubblika

1.   Sabiex tittejjeb il-governanza, l-għoti ta’ informazzjoni lill-partijiet ikkonċernati huwa ċentrali għal dan il-Ftehim. L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata regolarment sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT, iżżid it-trasparenza u ttejjeb il-fiduċja tal-konsumaturi u tal-partijiet ikkonċernati, kif ukoll biex tiżgura l-akkontabbiltà tal-Partijiet. Id-dettalji tal-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata huma stipulati fl-Anness IX.

2.   Kull Parti għandha tistabbilixxi l-aktar mekkaniżmi ta’ komunikazzjoni xierqa (b’mod partikolari permezz tal-internet u tal-midja, billi tippubblika dokumenti jew rapporti, billi torganizza workshops) biex bihom ixxerred l-informazzjoni lill-pubbliku.

3.   B’mod partikolari, il-Partijiet għandhom jimpenjaw ruħhom biex jagħtu informazzjoni affidabbli, rilevanti u aġġornata lill-partijiet ikkonċernati differenti.

4.   F’konformità mal-liġijiet rispettivi tagħhom, il-Partijiet jaqblu li ma jxerrdux informazzjoni kunfidenzjali skambjata fil-qafas ta’ dan il-Ftehim. Il-Partijiet jastjenu milli jxerrdu lill-pubbliku informazzjoni skambjata fil-qafas ta’ dan il-Ftehim li tirrigwarda sigrieti kummerċjali u informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, u lanqas ma għandhom jippermettu lill-awtoritajiet, lill-persunal jew lill-kuntratturi rispettivi tagħhom ixerrdu din l-informazzjoni.

Artikolu 21

Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni

1.   Ir-rappreżentanti tal-Partijiet responsabbli għall-komunikazzjoni uffiċjali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu:

għall-Unjoni, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kosta tal-Avorju;

għall-Kosta tal-Avorju, il-Ministru għall-Foresti.

2.   Il-Partijiet għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim b’mod f’waqtu.

3.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkomunikaw mal-pubbliku b’mod koordinat u mhux kontradittorju dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 22

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huma applikati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk it-Trattati u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Kosta tal-Avorju.

Artikolu 23

Konsultazzjonijiet u medjazzjoni

1.   F’kull ħin, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jinftiehmu dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil jew kunflitt, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex isibu soluzzjonijiet permezz tal-konsultazzjonijiet u tal-medjazzjoni.

2.   Parti li tixtieq tibda konsultazzjoni għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra u lill-KKI dwar it-talba tagħha għall-konsultazzjoni, filwaqt li tispeċifika s-suġġett u tiġbor fil-qosor ir-raġunijiet.

3.   Il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew fi żmien 40 jum u għandhom jitqiesu li ġew konklużi fi żmien 90 jum mid-data tas-sottomissjoni tat-talba għall-konsultazzjoni, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor. Madankollu, f’każijiet urġenti, kull Parti tista’ titlob li l-konsultazzjonijiet jibdew fi żmien 5 ijiem u jiġu konklużi fi żmien 30 jum mit-talba, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor.

4.   Jekk il-konsultazzjoni ma twassalx għal riżoluzzjoni maqbula b’mod komuni tan-nuqqas ta’ qbil jew tal-kunflitt, il-Partijiet jistgħu jaqblu li jirrikorru għal medjatur. Minkejja din il-possibbiltà, kull Parti tista’ tirreferi l-kwistjoni għall-arbitraġġ b’mod dirett.

5.   Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar l-għażla ta’ medjatur fi żmien 15-il jum minn meta jintlaħaq ftehim dwar it-talba għall-medjazzjoni. Il-medjatur għandu jirċievi s-sottomissjonijiet mill-Partijiet u jorganizza sessjoni ta’ medjazzjoni. Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, fi żmien 60 jum mill-għażla tiegħu, il-medjatur għandu jippreżenta liż-żewġ Partijiet opinjoni dwar ir-riżoluzzjoni tan-nuqqas ta’ qbil jew tal-kunflitt f’konformità ma’ dan il-Ftehim.

6.   L-opinjoni tal-medjatur mhijiex legalment vinkolanti.

Artikolu 24

Arbitraġġ

1.   F’każ li l-konsultazzjoni u, fejn applikabbli, il-medjazzjoni ma jkunux wasslu għar-riżoluzzjoni tan-nuqqas ta’ qbil jew tal-kunflitt kif previst fl-Artikolu 23, kwalunkwe tilwima, kunflitt jew ilment li jirriżulta minn dan il-Ftehim jew relatat ma’ dan il-Ftehim, jew mal-eżistenza tiegħu, mal-interpretazzjoni tiegħu, mal-implimentazzjoni tiegħu, man-nuqqas ta’ infurzar tiegħu, mat-terminazzjoni jew mal-invalidità tiegħu, għandu jiġi solvut permezz tal-arbitraġġ f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-arbitraġġ tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ tal-2012.

a)

In-numru ta’ arbitri għandu jkun tlieta.

b)

Il-post tal-arbitraġġ huwa l-Aja, in-Netherlands.

c)

Il-lingwa li għandha tintuża fil-proċedura tal-arbitraġġ hija l-Franċiż.

2.   Kull Parti tista’ titlob l-istabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ billi tinnotifika lill-Parti l-oħra u lill-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ tal-2012 bit-talba tagħha bil-miktub.

3.   Id-deċiżjonijiet tat-tribunal tal-arbitraġġ għandhom ikunu legalment vinkolanti fuq il-Partijiet, li għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa biex jimplimentawhom in bona fide.

4.   Kull Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra u lill-KKI bil-miżuri meħuda biex tiġi implimentata d-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ. Il-KKI għandu janalizza l-miżuri meħuda u, jekk ikun meħtieġ, jista’ jirrakkomanda miżuri addizzjonali jew korrettivi biex jiżgura l-konformità mad-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ. Kull Parti tista’ titlob lit-tribunal tal-arbitraġġ biex jiddeċiedi dwar il-konformità mad-deċiżjoni tal-arbitraġġ oriġinali tiegħu.

5.   Il-KKI għandu jistabbilixxi l-proċeduri ta’ arbitraġġ sa fejn dawn ikunu differenti mir-regoli tal-arbitraġġ tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ tal-2012.

Artikolu 25

Diskontinwità

1.   Parti li tkun tixtieq tissospendi dan il-Ftehim għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan, filwaqt li tispeċifika r-raġunijiet. Il-kwistjoni għandha sussegwentement tiġi diskussa mill-Partijiet, filwaqt li jqisu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

2.   Kull Parti tista’ tissospendi l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin fejn il-Parti l-oħra:

a)

ma tissodisfax l-obbligi tagħha fil-qafas ta’ dan il-Ftehim;

b)

tonqos mill-obbligu tagħha li żżomm il-miżuri regolatorji u amministrattivi, kif ukoll il-mezzi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

c)

toħloq, permezz tal-azzjoni jew in-nuqqas ta’ azzjoni tagħha, riskji sinifikanti għall-ambjent, għas-saħħa jew għas-sikurezza tan-nies tal-Unjoni jew tal-Kosta tal-Avorju.

3.   Il-kundizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom jieqfu japplikaw 30 jum kalendarju wara n-notifika prevista fil-paragrafu 1.

4.   L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tissokta 30 jum kalendarju wara li l-Parti li tkun issospendietha tinforma lill-Parti l-oħra li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma għadhomx japplikaw.

Artikolu 26

Emendi

1.   Parti li tkun tixtieq temenda dan il-Ftehim għandha tippreżenta proposta lill-Parti l-oħra mill-inqas 90 jum kalendarju qabel il-laqgħa tal-KKI li jkun imiss. Dan tal-aħħar għandu jeżamina l-proposta u, jekk ikun hemm kunsens, jagħmel rakkomandazzjoni. Kull Parti għandha teżamina r-rakkomandazzjoni u, jekk tkun taqbel, tinforma lill-Parti l-oħra sabiex jiftiehmu dwar data għall-iffirmar tal-emenda. Wara din il-firma, kull Parti għandha tadottaha jew tirratifikaha skont il-proċeduri tagħha stess.

2.   Kwalunkwe emenda adottata jew ratifikata b’dan il-mod mill-Partijiet għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, fuq rakkomandazzjoni mill-KKI u fuq l-approvazzjoni mill-Partijiet, il-KKI jista’ jadotta emendi għall-Annessi ta’ dan il-Ftehim.

4.   In-notifika ta’ kwalunkwe emenda għandha tintbagħat lid-depożitarju ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 27

Żmien ta’ validità

B’effett mid-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Ftehim għandu jibqa’ validu għal 10 snin. Għandu jiġi estiż awtomatikament għal perjodi konsekuttivi ta’ 10 snin, sakemm Parti ma ttemmux f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 28.

Artikolu 28

Terminazzjoni

Kull Parti tista’ ttemm dan il-Ftehim permezz ta’ notifika bil-miktub lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim għandu jieqaf japplika 12-il xahar wara d-data ta’ din in-notifika.

Artikolu 29

Annessi

L-Annessi ta’ dan il-Ftehim jifformaw parti integrali minnu.

Artikolu 30

Testi Awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa mfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Iżvediż, b’dawn it-testi kollha ugwalment awtentiċi. Fil-każ ta’ xi diverġenza, għandu jipprevalixxi t-test Franċiż.

Artikolu 31

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara x-xahar li fih tkun saret l-aħħar notifika bil-miktub mill-Partijiet dwar it-tlestija tal-proċeduri rispettivi tagħhom meħtieġa għal dan l-għan.

2.   In-notifika għandha tintbagħat lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li għandu jkun id-depożitarju ta’ dan il-Ftehim.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti, debitament awtorizzati li jagħmlu dan, iffirmaw dan il-Ftehim.

Image 1

Image 2


(1)   ĠU UE L 347, 30.12.2005, p. 1.

(2)   ĠU UE L 269, 10.10.2013, p. 1.

(3)   ĠU UE L 343, 29.12.2015, p. 1.

(4)   ĠU KE L 61, 3.3.1997, p. 1.


ANNESSI

Anness I:

Lista ta’ injam u ta’ prodotti derivati soġġetti għal-liċenzja FLEGT

Anness II:

Definizzjoni ta’ injam prodott legalment

Anness III:

Deskrizzjoni tas-sistema ta’ verifika tal-legalità

Anness IV:

Kundizzjonijiet li jirregolaw ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni ta’ injam u ta’ prodotti derivati esportati mill-Kosta tal-Avorju u koperti minn liċenzja FLEGT

Anness V:

Proċedura għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-liċenzji FLEGT

Anness VI:

Termini ta’ referenza tal-awditur indipendenti

Anness VII:

Kriterji għall-evalwazzjoni indipendenti tas-sistema ta’ verifika tal-legalità (SVL)

Anness VIII:

Miżuri ta’ sostenn

Anness IX:

Informazzjoni ppubblikata

Anness X:

Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni

ANNESS I

LISTA TA’ INJAM U TA’ PRODOTTI DERIVATI SOĠĠETTI GĦAL-LIĊENZJA FLEGT

L-injam u l-prodotti derivati li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal-liċenzja FLEGT jekk ikunu maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Madankollu, meta l-leġiżlazzjoni Ivorjana tipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċertu injam u prodotti derivati, dawn ma jkunux eliġibbli għal liċenzja FLEGT.

Kodiċi SA

Deskrizzjoni tal-merkanzija

4403

Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew magħmul kwadru raff

4406

Travi tal-injam mimdudin (sleepers, cross-ties) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm.

4407

Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, kemm jekk inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf u kemm jekk le, ta' ħxuna iktar minn 6 mm

4408

Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin bit-tiflil ta’ injam laminat), għat-triplaj jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf, mhux eħxen minn 6 mm

44 09

Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta’ art bil-parkè, mhux immuntat) b’forma kontinwa (mudullun, gruvjat, irbattut, iċċanfrinat, ingastat V, imżebbeġ, iffurmat, ittundjat jew hekk) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le

 

ex ex. 44 09 21

44 10

Chipboards, bords tat-tip “oriented strand board” (OSB) u bords simili (pereżempju, waferboard) tal-injam jew ta’ materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-raża jew sustanzi organiċi oħrajn li jgħaqqdu

44 12

Plajwud, panewijiet miksijin bil-fuljetta u injam laminat simili

 

ex ex. 44 12 10

44 15

Kontenituri għal ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili; rukkelli tal-injam għall-kejbils. Palits, palits bil-kaxxa u twavel oħra tat-tagħbija, tal-injam; pallet collars tal-injam

44 17

Għodod, korpi tal-għodod, mankijiet tal-għodod, xkupi jew xkupilji u l-mankijiet tagħhom, tal-injam; forom ta’ bwiez jew żraben, tal-injam

44 18

Xogħol tal-mastrudaxxa u partijiet ta’ strutturi tal-kostruzzjoni, inklużi pannelli ċellulari, pannelli mmuntati għall-art, twavel tal-kisi (“shingles” u “shakes”) tal-injam

 

ex ex. 44 18 73

 

ex ex. 44 18 91

44 19

Oġġetti tal-mejda u tal-kċina, tal-injam

 

ex ex. 44 19 11

 

ex ex. 44 19 12

 

ex ex. 44 19 19

44 20

Intarsjar fl-injam u injam intarsjat; kaxxetti, kompartimenti u kaxxi għal ġojjelli u pożati, u oġġetti bħalhom, tal-injam; statwetti u ornamenti oħrajn, tal-injam; oġġetti tal-għamara tal-injam li ma jaqgħux taħt il-Kapitolu 94

44 21

Oġġetti oħrajn ta’ injam

 

ex ex. 44 21 91

94 03 30

Għamara tal-għuda ta’ tip użat f’uffiċċji

94 03 40

Għamara tal-għuda ta’ tip użat fil-kċina

94 03 50

Għamara tal-għuda ta’ tip użat fil-kamra tas-sodda

94 03 60

Għamara oħra tal-injam

94 03 91

Partijiet tal-injam

94 06 10

Bini prefabbrikat tal-injam

ANNESS II

DEFINIZZJONI TA’ INJAM PRODOTT LEGALMENT

1.   

Il-leġiżlazzjoni Ivorjana li għandha tiġi rrispettata sabiex tinkiseb liċenzja FLEGT jew ċertifikat pubbliku ta’ legalità

Il-liġijiet u t-testi regolamentari li ġejjin iridu jiġu rrispettati sabiex spedizzjoni ta’ injam u ta’ prodotti derivati tkun koperta minn liċenzja FLEGT jew minn ċertifikat ta’ legalità pubbliku:

L-att uniformi tal-OHADA tas-17 ta’ April 1997 dwar id-dritt tal-kumpaniji kummerċjali u tal-gruppi b’interess ekonomiku;

L-att uniformi tal-OHADA tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar id-drittijiet tas-soċjetajiet kooperattivi;

L-att uniformi tal-OHADA tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jikkonċerna l-liġi kummerċjali ġenerali;

Il-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa u t-testi sussegwenti tiegħu;

Il-Kodiċi Doganali u t-testi sussegwenti tiegħu;

Il-Kodiċi ta’ Assistenza Soċjali u t-testi ta’ implimentazzjoni tiegħu;

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, Kummerċjali u Amministrattiva;

Il-Liġi Nru 98-750 tat-23 ta’ Diċembru 1998 dwar l-art rurali u t-testi ta’ implimentazzjoni tagħha;

Il-Kodiċi tax-Xogħol u t-testi ta’ implimentazzjoni tiegħu;

Il-Kodiċi tal-Foresti u t-testi ta’ implimentazzjoni tiegħu, b’mod partikolari:

Id-Digriet Nru 2013-484 tat-2 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi d-dħul mill-foresti mhux fiskali fi ħdan il-Ministeru għall-Ilma u għall-Foresti;

Id-Digriet Nru 2019-978 tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar il-konċessjoni tal-ġestjoni tas-settur privat tal-foresti tal-Istat u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

Id-Digriet Nru 2019-979 tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-regoli għall-ippjanar tal-Agroforesti, għall-użu tal-pjantaġġuni agrikoli u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli fl-Agroforesti;

Id-Digriet Nru 2019-980 tad-29 ta’ Novembru 2019 dwar il-qtugħ tas-siġar għall-injam fis-settur nazzjonali tal-foresti;

Id-Digriet Nru 2021-438 tat-8 ta’ Settembru 2021 dwar il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-professjoni u għall-kisba tal-akkreditazzjoni bħala forestiera;

Id-Digriet Nru 2021-583 tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni u għall-użu ta’ żoni ekoloġiċi sensittivi;

Id-Digriet Nru 2021-585 tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet u r-regoli għat-trasformazzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-foresti;

Id-Digriet Nru 2021-587 tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-regoli għall-esportazzjoni u għall-importazzjoni tal-prodotti tal-foresti;

Id-Digriet Nru 2021-588 tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi l-proċedura u l-iskala tat-tranżazzjonijiet fil-qasam tal-foresti;

Id-Digriet Nru 2022-781 tat-12 ta’ Ottubru 2022 li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-kisba tal-akkreditazzjoni bħala operatur tal-foresti u tal-kisba tal-awtorizzazzjoni għall-qtugħ tas-siġar għall-injam;

L-Ordni Nru 33/MINAGRA tat-13 ta’ Frar 1992 li tafda lil SODEFOR bil-ġestjoni ta’ foresti klassifikati fis-settur tal-foresti tal-Istat,

L-Ordni Nru 861/MINEF/CAB tat-13 ta’ Diċembru 2019 dwar regoli għat-tfassil u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti u tal-agroforesti,

L-Ordni Interministerjali Nru 247/MINAGRI/MPMEF/MPMB tas-17 ta’ Ġunju 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-iskala ta’ kumpens għall-għelejjel meqruda,

L-Ordni Nru 007/MINEF/CAB tas-06 ta’ Jannar 2021 li tiddetermina l-kundizzjonijiet u r-regoli għar-reġistrazzjoni tal-foresti,

L-Ordni Nru 511/MINEF/DGFF/DPIF tad-19 ta’ Mejju 2023 li tispeċifika r-regoli għall-qtugħ tas-siġar fil-foresti mill-persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata, mill-persuni fiżiċi u tas-siġar barra mill-foresti,

L-Ordni Nru 512/MINEF/DGFF/DPIF tad-19 ta’ Mejju 2023 li tapprova l-istandards tekniċi għall-qtugħ tas-siġar għall-injam.

2.   

Riformi legali previsti matul il-fażi ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim

Matul il-fażi ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, għandhom jiġu previsti riformi regolatorji biex jitlesta l-qafas legali, b’mod partikolari biex:

jiġu definiti l-modalitajiet għat-tqassim tal-profitti li ġejjin mill-ġestjoni tal-foresti;

jiġu definiti d-dijametri minimi li jistgħu jintużaw tal-ispeċijiet tal-foresti naturali;

jiġu speċifikati l-modus operandi tal-unitajiet li jipproċessaw l-injam;

jiġu armonizzati u stabbiliti d-dokumenti għall-ġbir, għall-monitoraġġ, għall-kontroll u għaċ-ċirkolazzjoni tal-prodotti li ġejjin mill-qtugħ tas-siġar għall-injam;

jiġu stabbiliti l-korpi ta’ implimentazzjoni għas-SVL;

jittejjeb il-qafas legali li jirregola s-suq nazzjonali, speċjalment fir-rigward tal-aċċess għar-riżorsi, għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni;

jiġu ċċarati l-mezzi ta’ identifikazzjoni tas-sidien tar-riżorsi tal-foresti u tiġi ffaċilitata r-reġistrazzjoni tal-foresti, f’każijiet fejn iċ-ċertifikati jew it-titoli tal-art ma jkunux disponibbli;

jiġu pprovduti mudelli ta’ ftehim bejn is-sidien tar-riżorsi tal-foresti u l-operaturi tal-foresti;

jitkomplew il-proċeduri tal-ħolqien u tal-ġestjoni tal-foresti komunitarji;

tiġi riveduta s-sistema fiskali li tkopri l-qtugħ tas-siġar għall-injam, b’mod partikolari fil-qasam tal-foresti ta’ persuni fiżiċi u ta’ persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata;

jiġu pprovduti inċentivi tul il-katina tal-valur kollha biex jiġu mħeġġa l-protezzjoni tal-foresti u r-rikostituzzjoni tar-riżorsi tal-foresti, b’mod partikolari qafas legali u fiskali stimulanti u proċeduri simplifikati li jkopru l-forestrija, l-użu, it-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-foresti, b’mod partikolari dawk ġejjin minn foresti privati;

tiġi ċċarata l-applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-qtugħ tas-siġar għall-injam lil hinn mit-tmien parallel.

3.   

Skali ta’ legalità

L-iskali ta’ legalità jidentifikaw il-prinċipji, il-kriterji u l-indikaturi li jservu biex juru l-konformità mal-liġijiet u mat-testi regolamentari msemmija fil-punt 1 ta’ dan l-Anness. Sabiex dan l-Anness isir operattiv u sabiex jiġu żgurati rekwiżiti omoġenji ta’ verifika, il-Kosta tal-Avorju għandha tfassal manwal ta’ verifika li jidentifika d-dokumenti użati għall-verifika u li jikkorrispondu għall-indikaturi elenkati fl-iskali ta’ legalità (minn hawn ’il quddiem imsejħa “verifikaturi”). Dan il-manwal ġie approvat mill-KKI u ppubblikat fuq is-sit web tal-Ministeru responsabbli għall-foresti (ara wkoll l-Anness III).

Skala ta’ legalità 1 – Operaturi tal-foresti

1.

Prinċipju: L-operatur huwa legalment kostitwit u awtorizzat

1.1.

Kriterju: L-operatur huwa rreġistrat

1.1.1.

Indikatur: L-operatur huwa rreġistrat fir-Reġistru tal-kummerċ u tal-kreditu.

1.1.2.

Indikatur: L-operatur huwa ddikjarat lid-dipartiment tat-taxxa

1.1.3.

Indikatur: L-operatur huwa rreġistrat mal-korp responsabbli għas-sigurtà soċjali

1.2.

Kriterju: L-operatur huwa awtorizzat

1.2.1.

Indikatur: L-operatur huwa awtorizzat mill-amministrazzjoni tal-foresti

2.

Prinċipju: L-operatur għandu d-drittijiet ta’ aċċess għar-riżorsi tal-foresti

2.1.

Kriterju: L-operatur tal-foresti għandu d-drittijiet ta’ aċċess għar-riżorsi tal-foresti li jkopru l-attività u ż-żona tal-operazzjoni tiegħu

2.1.1.

Indikatur għall-użu tal-foresti fis-settur privat tal-Istat u fis-settur tal-foresti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali: L-operatur tal-foresti jingħata konċessjoni ta’ ġestjoni jew ta’ użu fil-qafas ta’ ftehim mas-Soċjetà għall-Iżvilupp tal-Foresti (SODEFOR)

2.1.2.

Indikatur għall-użu tal-foresti minn persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata u persuni fiżiċi u għall-użu tas-siġar barra l-foresti: L-operatur tal-foresti huwa s-sid tar-riżorsi tal-foresti jew jaġixxi abbażi ta’ kuntratt għal dak l-għan mas-sid

2.1.3.

Indikatur għall-qtugħ tas-siġar għall-injam f’żoni ta’ użu tal-foresti: L-operatur tal-foresti jingħata erja mill-foresta għall-użu u jaġixxi abbażi ta’ ftehim mas-sidien

3.

Prinċipju: L-operatur juża r-riżorsa tal-injam f’konformità mar-regolament fis-seħħ

3.1.

Kriterju: L-operatur tal-foresta għandu d-dokumenti għall-ippjanar tal-qtugħ tas-siġar għall-injam

3.1.1.

Indikatur għall-użu tal-foresti fis-settur privat tal-Istat u fis-settur tal-foresti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali: L-operatur tal-foresta għandu pjan għall-iżvilupp li jkopri l-konċessjoni tal-ġestjoni

3.1.2.

Indikatur għall-użu tal-foresti minn persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata u persuni fiżiċi u għall-użu tas-siġar barra l-foresti: L-operatur tal-foresti għandu pjan għall-iżvilupp issimplifikat, pjan għall-ġestjoni jew programm annwali għall-attivitajiet

3.2.

Kriterju: L-operatur għandu liċenzja għall-użu, jew iddikjara l-istatistika tal-użu tiegħu

3.2.1.

Indikatur għall-użu tal-foresti fis-settur privat tal-Istat u fis-settur tal-foresti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali: L-operatur għandu liċenzja għall-qtugħ tas-siġar għall-injam

3.2.2.

Indikatur għall-qtugħ tas-siġar għall-injam fil-foresti ta’ persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata, ta’ persuni fiżiċi u għall-użu tas-siġar barra l-foresti: Is-sid jew l-operatur tal-foresta għandu liċenzja għall-qtugħ tas-siġar għall-injam jew iddikjara l-istatistika tal-użu tal-foresti tiegħu

3.3.

Kriterju: L-operatur juża r-riżorsa tal-injam f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u mal-istandards tekniċi

3.3.1.

Indikatur għall-użu fis-settur privat tal-Istat u fis-settur tal-foresti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali: Il-maniġer jew l-operatur jikkonkretizza l-limiti tal-konċessjoni u tal-blokok, kif ukoll iż-żoni b’ekoloġija sensittiva u s-siti kulturali u ta’ qima tal-popolazzjonijiet kostali

3.3.2.

Indikatur għall-użu fil-qasam tal-foresti ta’ persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata u ta’ persuni fiżiċi: L-operatur jew is-sid jikkonkretizza l-quċċati u l-limiti tal-art

3.3.3.

Indikatur għall-foresti kklassifikati, għall-agroforesti u għall-foresti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali: Il-maniġer jew l-operatur għandu jfassal inventarju għall-użu

3.3.4.

Indikatur għall-foresti ta’ persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata jew ta’ persuni fiżiċi: L-operatur jagħmel inventarju għall-użu jew stħarriġ tas-siġar li għandhom jinqatgħu qabel l-użu

3.3.5.

Indikatur: L-operatur jirrispetta ż-żoni ekoloġiċi sensittivi

3.3.6.

Indikatur: L-operatur jirrispetta l-kwoti tal-użu tiegħu (volum jew numru ta’ pjanti awtorizzati għal kull speċi)

3.3.7.

Indikatur: L-operatur jirrispetta d-dijametri minimi tal-użu tal-ispeċi użati

3.3.8.

Indikatur: L-operatur jimmarka regolarment is-siġar li għandhom jinqatgħu, is-siġar maqtugħa u l-fdalijiet

3.4.

Kriterju: L-operatur jikkontribwixxi għar-restawr tal-kopertura tal-foresti u għaż-żamma tal-potenzjal tal-produzzjoni tal-foresta

3.4.1.

Indikatur għall-użu tal-foresti fis-settur privat tal-Istat u fis-settur tal-foresti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali: L-operatur jikkontribwixxi għar-restawr tal-kopertura tal-foresti u għaż-żamma tal-potenzjal tal-produzzjoni tal-foresta

3.4.2.

Indikatur għall-użu tal-foresti minn persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata u persuni fiżiċi u għall-użu tas-siġar barra l-foresti: is-sid jew l-operatur tal-foresti jikkontribwixxi għar-restawr tal-kopertura tal-foresti u għaż-żamma tal-potenzjal tal-produzzjoni tal-foresta

3.5.

Kriterju: L-operatur jirrispetta l-obbligi tat-taxxa tiegħu u jħallas it-tariffi tiegħu fil-qasam tal-foresti

3.5.1.

Indikatur: L-operatur tal-foresti ħallas it-taxxi u t-tariffi marbuta mal-qtugħ tas-siġar għall-injam

3.5.2.

Indikatur: L-operatur tal-foresti ħallas dawn it-tariffi forestali mhux fiskali lill-Ministeru responsabbli għall-foresti

4.

Prinċipju: L-operatur jikkonforma mar-regolamenti dwar it-trasport tal-injam

4.1.

Kriterju: L-operatur jikkonforma mar-regolamenti fis-seħħ dwar iċ-ċirkolazzjoni taz-zkuk.

4.1.1.

Indikatur għal kwalunkwe tip ta’ trasport taz-zkuk: L-operatur għandu jiddokumenta l-fluss taz-zkuk

5.

Prinċipju: L-operatur jikkonforma mal-obbligi ambjentali tiegħu

5.1.

Kriterju: L-operatur jimplimenta l-miżuri ta’ protezzjoni ambjentali f’konformità mar-regolament fis-seħħ

5.1.1.

Indikatur: L-operatur iwettaq l-attività tiegħu f’konformità mar-regolament ambjentali

6.

Prinċipju: L-operatur jikkonforma mal-obbligi soċjali tiegħu

6.1.

Kriterju: L-operatur jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tax-Xogħol u tal-ftehim kollettiv interprofessjonali

6.1.1.

Indikatur: L-operatur iżomm ir-reġistru ta’ min iħaddem tiegħu aġġornat

6.1.2.

Indikatur: L-operatur huwa aġġornat fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tal-impjegati tiegħu

6.1.3.

Indikatur: L-operatur jirrispetta t-tul massimu tax-xogħol

6.1.4.

Indikatur: L-operatur jirrispetta r-rekwiżiti tas-saħħa u tas-sikurezza fuq ix-xogħol applikabbli għall-attivitajiet tiegħu

6.1.5.

Indikatur: L-operatur iħallas lill-impjegati kollha tiegħu mill-inqas il-paga minima statutorja

6.1.6.

Indikatur: L-operatur jirrispetta l-età minima statutorja tax-xogħol

6.1.7.

Indikatur: L-operatur iqis il-kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati għan-nisa b’mod ġenerali u b’mod partikolari għan-nisa tqal

6.2.

Kriterju: L-operatur jirrispetta d-drittijiet tal-popolazzjonijiet lokali

6.2.1.

Indikatur għall-użu tal-foresti fis-settur privat tal-Istat u fis-settur tal-foresti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali: L-operatur jiżgura li d-drittijiet tal-użu tal-foresti jiġu rispettati

6.2.2.

Indikatur għall-użu tal-foresti minn persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata u persuni fiżiċi u għall-użu tas-siġar barra l-foresti: L-operatur tal-foresta jirrispetta d-drittijiet tas-sidien u d-drittijiet għat-tiswija tal-ħsara u għal benefiċċji oħrajn

Skema ta’ legalità 2 – Proċessuri

1.

Prinċipju: L-operatur huwa legalment kostitwit u awtorizzat

1.1.

Kriterju: L-operatur huwa rreġistrat

1.1.1.

Indikatur: L-operatur huwa rreġistrat fir-Reġistru tal-kummerċ u tal-kreditu.

1.1.2.

Indikatur: L-operatur huwa ddikjarat lid-dipartiment tat-taxxa

1.1.3.

Indikatur: L-operatur huwa rreġistrat mal-korp responsabbli għas-sigurtà soċjali

1.2.

Kriterju: L-operatur huwa awtorizzat

1.2.1.

Indikatur: L-operatur huwa awtorizzat mill-amministrazzjoni tal-foresti

2.

Prinċipju: L-operatur għandu d-drittijiet ta’ aċċess għar-riżorsi tal-foresti

Mhux applikabbli

3.

Prinċipju: L-operatur jipproċessa r-riżorsa tal-injam f’konformità mar-regolament fis-seħħ

3.1.

Kriterju: L-operatur jikkonforma mar-rekwiżiti statutorji tal-foresti

3.1.1.

Indikatur għall-attivitajiet tal-ipproċessar tar-residwi tal-injam u għall-attivitajiet tax-xogħol industrijali tal-injam: L-operatur għandu liċenzja annwali maħruġa mill-Ministru responsabbli għall-foresti

3.1.2.

Indikatur: L-operatur jirċievi l-injam bid-dokumenti li jiġġustifikaw l-oriġini legali tiegħu

3.1.3.

Indikatur għall-industrijalisti tal-injam: L-operatur jirrispetta l-kapaċità teoretika tal-ipproċessar

3.1.4.

Indikatur: L-operatur iżomm id-dokumenti ta’ traċċabbiltà tal-prodotti aġġornati matul il-proċess tal-ipproċessar

3.2.

Kriterju: L-operatur jirrispetta l-obbligi tat-taxxa tiegħu u jħallas it-tariffi tiegħu fil-qasam tal-foresti

3.2.1.

Indikatur: L-operatur ħallas it-taxxi u t-tariffi fiskali

3.2.2.

Indikatur: L-operatur ħallas it-tariffi forestali mhux fiskali lill-Ministeru responsabbli għall-foresti

4.

Prinċipju: L-operatur jikkonforma mar-regolamenti dwar it-trasport tal-injam

4.1.

Kriterju: L-operatur jikkonforma mar-regolament fis-seħħ dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-injam u tal-prodotti derivati

4.1.1.

Indikatur għat-tipi kollha ta’ trasport permezz tal-proċessuri: L-operatur jiddokumenta ċ-ċirkolazzjoni tal-injam u tal-prodotti derivati fil-livell nazzjonali

5.

Prinċipju: L-operatur jikkonforma mal-obbligi ambjentali tiegħu

5.1.

Kriterju: L-operatur jimplimenta l-miżuri ta’ protezzjoni ambjentali f’konformità mar-regolament fis-seħħ

5.1.1.

Indikatur: L-operatur iwettaq l-attività tiegħu f’konformità mar-regolament ambjentali

5.1.2.

Indikatur: L-operatur jirrispetta l-miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ ġestjoni ambjentali tiegħu u dawk stabbiliti mill-awtoritajiet ambjentali

6.

Prinċipju: L-operatur jikkonforma mal-obbligi soċjali tiegħu

6.1.

Kriterju: L-operatur jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tax-Xogħol u tal-ftehim kollettiv interprofessjonali

6.1.1.

Indikatur: L-operatur iżomm ir-reġistru ta’ min iħaddem tiegħu aġġornat

6.1.2.

Indikatur: L-operatur huwa aġġornat fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tal-impjegati tiegħu

6.1.3.

Indikatur: L-operatur jirrispetta t-tul massimu tax-xogħol

6.1.4.

Indikatur: L-operatur jirrispetta r-rekwiżiti tas-saħħa u tas-sikurezza fuq ix-xogħol applikabbli għall-attivitajiet tiegħu

6.1.5.

Indikatur: L-operatur iħallas lill-impjegati kollha tiegħu mill-inqas il-paga minima statutorja

6.1.6.

Indikatur: L-operatur jirrispetta l-età minima statutorja tax-xogħol

6.1.7.

Indikatur: L-operatur iqis il-kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati għan-nisa b’mod ġenerali u b’mod partikolari għan-nisa tqal

Skema ta’ legalità 3 – Importatur/esportatur/negozjant

1.

Prinċipju: L-operatur huwa legalment kostitwit u awtorizzat

1.1.

Kriterju: L-operatur huwa rreġistrat

1.1.1.

Indikatur: L-operatur huwa rreġistrat fir-Reġistru tal-kummerċ u tal-kreditu.

1.1.2.

Indikatur: L-operatur huwa ddikjarat lid-dipartiment tat-taxxa

1.1.3.

Indikatur: L-operatur huwa rreġistrat mal-korp responsabbli għas-sigurtà soċjali

1.2.

Kriterju: L-operatur huwa awtorizzat

1.2.1.

Indikatur għall-esportaturi u għan-negozjanti kollha: L-operatur huwa awtorizzat mill-amministrazzjoni tal-foresti

2.

Prinċipju: L-operatur għandu d-drittijiet ta’ aċċess għar-riżorsi tal-foresti

Mhux applikabbli

3.

Prinċipju: L-operatur jimporta jew jesporta l-injam f’konformità mar-regolament fis-seħħ

3.1.

Kriterju: L-operatur jikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji

3.1.1.

Indikatur għall-importaturi kollha: L-operatur għandu l-liċenzja għall-importazzjoni tal-prodotti tal-foresti

3.1.2.

Indikatur għall-importaturi kollha: L-importatur jiżgura l-legalità tal-prodotti tal-injam importati

3.1.3.

Indikatur għall-esportaturi kollha: L-operatur jiċċekkja l-pakketti tiegħu u jiddikjara regolarment il-prodotti li għandhom jiġu esportati lill-awtoritajiet kompetenti

3.2.

Kriterju: L-operatur jirrispetta l-obbligi tat-taxxa tiegħu u jħallas it-tariffi tiegħu fil-qasam tal-foresti

3.2.1.

Indikatur għall-esportaturi kollha: L-operatur iħallas it-taxxa u t-tariffi fiskali u doganali

3.2.2.

Indikatur: L-operatur ħallas it-tariffi forestali mhux fiskali lill-Ministeru responsabbli għall-foresti

4.

Prinċipju: L-operatur jikkonforma mar-regolamenti dwar it-trasport tal-injam

4.1.

Kriterju: L-operatur jikkonforma mar-regolament fis-seħħ taċ-ċirkolazzjoni tal-injam u tal-prodotti derivati għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni

4.1.1.

Indikatur għall-esportaturi kollha: L-operatur jiddokumenta ċ-ċirkolazzjoni tal-injam u tal-prodotti derivati

5.

Prinċipju: L-operatur jikkonforma mal-obbligi ambjentali tiegħu

5.1.

Kriterju: L-operatur jimplimenta l-miżuri ta’ protezzjoni ambjentali f’konformità mar-regolament fis-seħħ

5.1.1.

Indikatur għall-esportaturi u għall-importaturi: L-operatur iwettaq l-attività tiegħu f’konformità mar-regolament dwar il-konservazzjoni tal-fawna, tal-flora u tal-ispeċijiet mhedda bl-estinzjoni

5.1.2.

Indikatur għall-esportaturi: L-injam u l-prodotti derivati li għandhom jiġu esportati jiġu ttrattati f’konformità ma’ miżuri fitosanitarji speċifiċi

6.

Prinċipju: L-operatur jikkonforma mal-obbligi soċjali tiegħu

6.1.

Kriterju: L-operatur jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tax-Xogħol u tal-ftehim kollettiv interprofessjonali

6.1.1.

Indikatur: L-operatur iżomm ir-reġistru ta’ min iħaddem tiegħu aġġornat

6.1.2.

Indikatur: L-operatur huwa aġġornat fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tal-impjegati tiegħu

6.1.3.

Indikatur: L-operatur jirrispetta t-tul massimu tax-xogħol

6.1.4.

Indikatur: L-operatur jirrispetta r-rekwiżiti tas-saħħa u tas-sikurezza fuq ix-xogħol applikabbli għall-attivitajiet tiegħu

6.1.5.

Indikatur: L-operatur iħallas lill-impjegati kollha tiegħu mill-inqas il-paga minima statutorja

6.1.6.

Indikatur: L-operatur jirrispetta l-età minima statutorja tax-xogħol

6.1.7.

Indikatur: L-operatur iqis il-kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati għan-nisa b’mod ġenerali u b’mod partikolari għan-nisa tqal

ANNESS III

DESKRIZZJONI TAS-SISTEMA TA’ VERIFIKA TAL-LEGALITÀ

WERREJ

1.

Dispożizzjonijiet Ġenerali

2.

Il-komponenti tas-SVL

3.

Il-kamp ta’ applikazzjoni tas-SVL

3.1.

Sorsi ta’ injam koperti mis-SVL

3.2.

Swieq koperti mis-SVL

3.3.

Atturi involuti fis-SVL

3.4.

Attivitajiet koperti mis-SVL

4.

Il-kontroll u l-verifika

4.1.

Il-kontroll

4.1.1.

Kontroll tal-legalità

4.1.2.

Kontroll tat-traċċabbiltà

4.2.

Il-verifika

4.2.1.

Miri tal-verifika

4.2.2.

Aġenziji ta’ verifika

4.2.3.

Manwal ta’ verifika

4.2.4.

Kuntratt tal-awditjar

4.2.5.

Pjan u attivitajiet ta’ verifika

4.2.6.

Il-laqgħa tal-bidu

4.2.7.

Attivitajiet tal-verifika

4.2.8.

Il-laqgħa tal-għeluq

4.2.9.

Rappurtar tal-verifika

4.2.10.

Teħid ta’ deċiżjoni dwar il-legalità

4.2.11.

Teħid ta’ deċiżjoni dwar it-traċċabbiltà

4.2.12.

Awditi speċjali jew addizzjonali

5.

Ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati privati u pubbliċi

6.

Is-sistema tal-ġestjoni tad-data

7.

It-trattament ta’ każ ta’ nuqqas ta’ konformità

8.

Il-ħruġ tal-liċenzji FLEGT u taċ-ċertifikati ta’ legalità

9.

L-awditu indipendenti

10.

L-osservazzjoni indipendenti

11.

Is-sistema tal-ġestjoni tal-ilmenti

1.   Dispożizzjonijiet Ġenerali

Is-sistema ta’ verifika tal-legalità tal-Kosta tal-Avorju għandha l-għan li tiżgura l-legalità tal-injam u tal-prodotti derivati (minn hawn ’il quddiem imsejħin “injam” f’dan l-Anness). Il-kisba ta’ liċenzja FLEGT hija obbligatorja għall-esportazzjoni kollha tal-injam, f’konformità mal-lista ta’ prodotti stabbilita fl-Anness I, lejn il-pajjiżi tal-Unjoni. Għall-pajjiżi l-oħra, se jinħareġ ċertifikat pubbliku li jattesta l-legalità u t-traċċabbiltà tal-injam f’konformità mar-rekwiżiti tas-SVL.

Is-SVL hija bbażata fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Hija tintegra wkoll is-sistema ta’ kontroll statali f’kull stadju tal-katina tal-provvista, jiġifieri l-għoti tad-drittijiet u tat-titoli, l-użu, it-trasport, l-ipproċessar, l-esportazzjoni u l-importazzjoni kif ukoll il-kummerċ fis-suq nazzjonali.

Is-SVL ġiet żviluppata fil-qafas ta’ proċess b’diversi partijiet li jinvolvi l-amministrazzjonijiet ikkonċernati, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tas-settur privat u tal-popolazzjonijiet lokali permezz tat-tmexxija tradizzjonali.

2.   Il-komponenti tas-SVL

Is-SVL għandha tinkludi l-komponenti li ġejjin:

a)

id-definizzjoni ta’ injam prodott legalment, stabbilita fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim, tidentifika r-rekwiżiti legali u regolatorji li għandhom jiġu rispettati sabiex l-injam ikun jista’ jiġi kopert minn liċenzja FLEGT jew minn ċertifikat pubbliku ta’ legalità, fejn applikabbli. L-Anness II jinkludi wkoll skemi ta’ legalità li jidentifikaw il-prinċipji, il-kriterji u l-indikaturi għall-verifika tal-konformità mal-qafas legali u regolatorju;

b)

l-għanijiet tal-kontroll tal-legalità u tat-traċċabbiltà huma, minn naħa waħda, li jiġi żgurat li l-operaturi jkunu kostitwiti u awtorizzati legalment u li l-attivitajiet tagħhom ikunu legali, u, min-naħa l-oħra, li tiġi traċċata r-rotta tal-injam mill-post tal-qtugħ sal-punt tal-kummerċjalizzazzjoni jew tal-esportazzjoni. Din l-attività tkopri l-kontroll imwettaq mill-istrutturi kompetenti tal-Istat, kif previst fil-qafas legali u fid-dokumenti amministrattivi li fihom il-proċeduri dettaljati relatati mal-kontroll statali;

c)

il-verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà tiżdied mal-verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà u tgħin biex tiġi żgurata l-legalità tal-injam kummerċjalizzat u dik tal-injam esportat. Il-verifika timmira mhux biss lejn l-attivitajiet tal-operaturi iżda wkoll lejn dawk tal-istrutturi kompetenti tal-Istat fir-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikati u tal-kontroll. Dan l-istadju se jiġi żgurat minn aġenzija ta’ verifika privata waħda jew aktar awtorizzati mill-amministrazzjoni tal-foresti;

d)

l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji għandha toħroġ liċenzji FLEGT biss għal spedizzjonijiet ta’ injam destinati għas-suq tal-Unjoni f’konformità mal-proċeduri deskritti fl-Anness V u wara verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà kif deskritt f’dan l-Anness. Il-legalità tal-injam destinat għas-swieq tal-esportazzjoni barra mill-Unjoni jew għas-suq nazzjonali hija, minn naħa tagħha, evidenzjata minn ċertifikati pubbliċi speċifiċi maħruġa wkoll mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT wara verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà kif deskritt f’dan l-Anness;

e)

l-awditu indipendenti tas-sistema, li t-termini ta’ referenza tagħha huma stabbiliti fl-Anness VI, jivvaluta l-funzjonament, il-kredibbiltà u l-effiċjenza tas-SVL. Dan l-awditu għandu jitwettaq minn struttura indipendenti rreklutata mill-Kosta tal-Avorju b’konsultazzjoni mal-Unjoni;

f)

l-osservazzjoni indipendenti hija parti integrali tas-SVL. Hija mmexxija mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tipprovdi informazzjoni lill-partijiet ikkonċernati dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti legali u regolatorji bl-għan li tittejjeb il-governanza tas-settur;

g)

is-sistema tal-ġestjoni tal-ilmenti hija mekkaniżmu li jippermetti li l-ilmenti jew it-talbiet marbutin mal-verifika tal-legalità tal-injam jiġu rreġistrati u li jiġu pproċessati bl-għan li jkun hemm segwitu fiż-żmien stabbilit minn qabel. Permezz tad-djalogu, din is-sistema tippermetti lid-diversi partijiet jew atturi affettwati mis-SVL iressqu lment dwar it-twettiq tal-kontroll u tal-verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà kif ukoll dwar il-mekkaniżmu tal-ħruġ tal-liċenzji FLEGT.

Il-komponenti tas-SVL jistgħu jintwerew kif ġej:

Image 3

3.   Il-kamp ta’ applikazzjoni tas-SVL

3.1.   Sorsi ta’ injam koperti mis-SVL

Is-SVL għandha tkopri l-prodotti kollha msemmijin fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim u li ġejjin minn:

a)

is-settur tal-foresti ta’ persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi pubblika, li tinkludi: (i) is-settur tal-foresti privat tal-Istat li huwa magħmul minn foresti kklassifikati, agroforesti u foresti akkwistati jew maħluqa mill-Istat fis-settur rurali, u (ii) is-settur tal-foresti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li huwa magħmul minn foresti kklassifikati f’isem l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, foresti mogħtija mill-Istat u foresti akkwistati jew maħluqa mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-settur rurali;

b)

is-settur tal-foresti ta’ persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata li jikkonsisti f’foresti naturali jew maħluqa minn persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata fuq artijiet akkwistati regolarment u f’foresti komunitarji;

c)

is-settur tal-foresti ta’ persuni fiżiċi li jinkludi:

foresti naturali li jinsabu fuq artijiet li fuqhom dawn il-persuni jgawdu minn dritt ta’ proprjetà jew minn drittijiet konswetudinarji f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-art tal-Kosta tal-Avorju;

pjantaġġuni maħluqa fuq artijiet li fuqhom dawn il-persuni jgawdu minn dritt ta’ proprjetà, minn drittijiet konswetudinarji jew minn kuntratt ta’ kiri;

d)

siġar naturali u siġar imħawla barra foresta;

e)

injam importat. Madankollu, kif previst fil-punt 5 ta’ dan l-Anness, il-legalità tal-injam importat b’liċenzja FLEGT jew b’permess CITES għandha tiġi rikonoxxuta awtomatikament;

f)

id-deforestazzjoni u r-reklamazzjoni u r-riżorsi tal-foresti maqbuda. Madankollu, l-injam li ġej mid-deforestazzjoni u mir-reklamazzjoni u l-injam li jkun inqabad jew ġie kkonfiskat se jkun kopert mis-SVL mingħajr ma jkun eliġibbli għall-kisba ta’ liċenzja FLEGT.

Is-SVL ma tkoprix l-injam fi tranżitu peress li dan l-injam li joriġina minn pajjiż terz jidħol fit-territorju tal-Kosta tal-Avorju taħt il-kontroll doganali u jħallih fl-istess forma filwaqt li jżomm il-pajjiż tal-oriġini tiegħu u mingħajr ma jiġi pproċessat jew kummerċjalizzat. L-injam fi tranżitu għalhekk jibqa’ separat mill-katina tal-provvista koperta mis-SVL, mhuwiex soġġett għall-verifika tal-legalità permezz tas-SVL u mhuwiex kopert mill-iskema ta’ liċenzji FLEGT. Is-SVL lanqas ma tkopri l-prodotti lesti importati fil-Kosta tal-Avorju u esportati mill-ġdid.

3.2.   Swieq koperti mis-SVL

Is-SVL tkopri s-swieq li ġejjin:

a)

is-suq tal-Unjoni: is-SVL tippermetti l-verifika li l-injam maħsub biex jintbagħat jew jiġi kkummerċjalizzat lejn is-suq tal-Unjoni jkun ġie prodott legalment, inkluż l-injam importat. Din is-sistema tipprevedi proċeduri u kontrolli tal-konformità biex jiġi żgurat li l-ebda injam ta’ oriġini illegali jew mhux magħrufa ma jidħol fil-katina tal-provvista lejn l-UE. Liċenzja FLEGT tinħareġ wara l-verifika tal-konformità legali tal-injam destinat għas-suq tal-Unjoni;

b)

is-swieq barra mill-UE: is-SVL tippermetti l-verifika li l-injam maħsub għall-esportazzjoni lejn swieq barra l-Unjoni jkun ġie prodott legalment, inkluż l-injam importat. Ċertifikat ta’ legalità pubbliku jinħareġ wara l-verifika tal-konformità legali tal-injam destinat għal swieq barra mill-Unjoni;

c)

is-suq nazzjonali: is-SVL tippermetti l-verifika li l-injam maħsub għall-konsum nazzjonali jkun ġie prodott legalment, inkluż l-injam importat. Ċertifikat ta’ legalità pubbliku jista’ jinħareġ wara l-verifika tal-konformità legali tal-injam destinat għal dan is-suq.

3.3.   Atturi involuti fis-SVL

Is-SVL teħtieġ l-involviment tal-atturi li ġejjin:

a)

il-KKI huwa l-istruttura ta’ implimentazzjoni stabbilita mill-Partijiet f’dan il-Ftehim kif previst fl-Artikolu 19 u fl-Anness X ta’ dan il-Ftehim;

b)

is-sistema ta’ kontroll statali hija żgurata mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, inklużi l-istrutturi taħt il-kustodja tagħhom, mogħtija s-setgħa biex iwettqu operazzjonijiet ta’ kontroll tal-legalità u tat-traċċabbiltà u li r-responsabbiltà tagħhom hija li jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni identifikata fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim (ara l-punt 4.1 ta’ dan l-Anness);

c)

mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Kosta tal-Avorju għandha twaqqaf Kumitat Nazzjonali għall-Governanza tal-Foresti (CNGF), li s-segretarjat tekniku permanenti tiegħu għandu jiġi żgurat minn servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà. Dan is-servizz huwa maħtur mill-amministrazzjoni tal-foresti li tagħtih il-mezzi operattivi biex jiggarantixxi l-awtonomija tiegħi. Is-CNGF u s-servizz responsabbli mil-legalità tal-foresti u mit-traċċabbiltà li jipprovdi s-segretarjat tiegħu, se joħorġu mill-aġġornament tal-Kumitat Tekniku attwali għan-Negozjar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja FLEGT u tas-segretarjat tiegħu. Minbarra l-kompetenzi previsti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali ta’ Preservazzjoni, ta’ Restawr u ta’ Estensjoni tal-Foresti, is-CNGF jiżgura l-funzjonijiet tal-kumitat ta’ tmexxija tas-SVL u tas-sistema ta’ ġestjoni tal-ilmenti marbuta mas-SVL. Il-Kosta tal-Avorju tiżgura li d-diversi partijiet ikkonċernati fis-settur tal-foresti, b’mod partikolari s-setturi pubbliċi u privati, is-soċjetà ċivili u t-tmexxija tradizzjonali, ikunu parti mis-CNGF u jaqdu b’mod effiċjenti l-funzjonijiet tagħhom fir-rigward tas-SVL. Is-servizz responsabbli mil-legalità tal-foresti u mit-traċċabbiltà huwa struttura permanenti li tassisti lis-CNGF fil-kompiti tiegħu ta’ tmexxija u ta’ trattament tal-ilmenti, tamministra s-sistema tal-ġestjoni tad-data u tiffaċilita d-djalogu bejn id-diversi servizzi amministrattivi kkonċernati mis-SVL, b’mod partikolari permezz ta’ grupp ta’ ħidma li fih huma rrappreżentati;

d)

l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji hija struttura taħt il-kustodja tal-Ministeru responsabbli għall-foresti (ara l-paragrafu 8 ta’ dan l-Anness u l-Anness V ta’ dan il-Ftehim);

e)

l-awditi ta’ verifika għandhom jitwettqu minn aġenzija ta’ verifika waħda jew aktar, li huma entitajiet privati awtorizzati għal dan l-għan mill-amministrazzjoni tal-foresti matul il-fażi ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim (ara l-punt 4.2.2. ta’ dan l-Anness);

f)

l-operaturi kollha involuti tul il-katina tal-valur tal-injam huma koperti mis-SVL. L-iskemi ta’ legalità stabbiliti fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim huma mibnija abbażi ta’ tliet tipi ta’ operaturi, jiġifieri: (i) l-operaturi tal-foresti huma l-persuni ġuridiċi jew fiżiċi awtorizzati mill-Ministeru responsabbli għall-foresti biex jiġi żgurat il-qtugħ tas-siġar għall-injam. L-attivitajiet tal-qtugħ, tal-ipproċessar u tat-trasport tal-injam, kif ukoll kwalunkwe kampjunar ieħor tal-injam għal skopijiet kummerċjali jitqiesu bħala attivitajiet tal-qtugħ tas-siġar għall-injam; (ii) il-proċessuri tal-injam jiġbru l-produtturi tal-oġġetti materjali permezz tal-ipproċessar u tal-iżvilupp tal-materja prima tal-injam. Huma responsabbli wkoll għall-attivitajiet ta’ trasport tal-injam bejn l-impjanti tal-ipproċessar; (iii) in-negozjanti tal-injam tas-suq nazzjonali, l-importaturi u l-esportaturi tal-injam jiġbru l-operaturi li jikkummerċjalizzaw, jimportaw jew jesportaw l-injam;

g)

is-soċjetà ċivili hija involuta fis-SVL bħala osservatur indipendenti. Hija tinteraġixxi mal-atturi u mal-partijiet l-oħra fis-SVL, tipparteċipa bħala osservatur fl-attivitajiet ta’ verifika u għandha aċċess għall-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq ta’ din il-funzjoni ta’ osservazzjoni indipendenti (ara l-punt 10 ta’ dan l-Anness);

h)

l-awditur indipendenti jivvaluta l-eżekuzzjoni u l-effiċjenza tajbin tas-SVL (ara l-paragrafu 9 ta’ dan l-Anness u l-Anness VI ta’ dan il-Ftehim). L-awditi indipendenti jkopru r-rwol u l-attivitajiet tal-atturi sa fejn dawn jikkonċernaw lis-SAL. Sabiex jiġi ddeterminat jekk każijiet possibbli ta’ nuqqas ta’ konformità fil-livell tal-kontroll u fuq il-post humiex fil-fatt identifikati matul il-verifika, l-awditur indipendenti għandu jawditja l-attivitajiet rilevanti:

l-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ tat-titoli tal-użu, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni;

l-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli tal-legalità u tat-traċċabbiltà;

l-operaturi, il-proċessuri, l-importaturi, l-esportaturi u n-negozjanti.

Id-dijagramma li ġejja turi l-interazzjonijiet bejn dawn l-atturi differenti:

Image 4

3.4.   Attivitajiet koperti mis-SVL

Is-SVL tkopri l-attivitajiet kollha tal-operaturi tal-industrija bbażata fuq il-foresti, mill-għoti tat-titoli, l-użu, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni fis-suq nazzjonali sal-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I. Is-SVL tkopri wkoll l-attivitajiet tal-istrutturi kompetenti tal-Istat fir-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikati u tal-kontroll.

Is-SVL hija bbażata fuq id-definizzjoni ta’ injam prodott legalment (ara l-Anness II) li tipprovdi l-bażi għall-valutazzjoni tal-konformità legali tal-attivitajiet kollha marbutin mal-produzzjoni u mal-kummerċjalizzazzjoni tal-injam.

Is-SVL tinkludi livell ta’ kontroll imsaħħaħ b’livell ta’ verifika biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-legalità u tat-traċċabbiltà u biex jintwera kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti.

4.   Il-kontroll u l-verifika

Is-SVL hija maqsuma f’żewġ stadji. L-ewwel stadju jikkonċerna l-kontroll imwettaq mis-servizzi amministrattivi kompetenti (kontroll statali). It-tieni stadju jikkonċerna l-verifika mwettqa minn aġenzija ta’ verifika privata waħda jew aktar awtorizzati mill-amministrazzjoni tal-foresti u li l-attivitajiet tagħhom huma ssorveljati mis-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà.

4.1.   Il-kontroll

L-għan tal-kontroll tal-legalità huwa li jiġi żgurat li l-operaturi jkunu kostitwiti u awtorizzati legalment u li l-attivitajiet tal-industrija kollha bbażata fuq il-foresti u fuq l-injam ikunu legali.

L-għan tal-kontroll tat-traċċabbiltà huwa li tiġi traċċata r-rotta tal-injam mis-sit tal-użu jew tal-post tal-fruntiera (mid-dħul tal-injam fil-Kosta tal-Avorju) sal-punt tal-kummerċjalizzazzjoni fis-suq nazzjonali jew tal-esportazzjoni, filwaqt li jiġi ggarantit li l-katina tal-provvista tkun issiġillata.

Dan l-istadju jikkonċerna l-kontrolli tas-soltu mwettqa mill-istrutturi kompetenti tal-Istat u kif previst fil-qafas legali u fil-proċeduri ta’ kontroll. Għalhekk, il-kontrolli huma mmirati lejn l-operaturi kollha tal-industrija: l-operaturi, il-proċessuri, l-esportaturi, l-importaturi u n-negozjanti.

4.1.1.   Kontroll tal-legalità

Il-kontroll tal-legalità jkopri l-attivitajiet tas-servizzi amministrattivi awtorizzati li r-responsabbiltà tagħhom hija li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti legali u regolatorji identifikati fl-Anness II (ara t-tabella intitolata “Strutturi statali ewlenin involuti fil-kontroll tal-legalità skont it-tip ta’ operatur”).

Tabella Strutturi statali ewlenin involuti fil-kontroll tal-legalità skont it-tip ta’ operatur

 

Skema 1: Operatur tal-Foresti

Skema 2: Konvertitur

Skema 3: Esportatur/Importatur (Negozjanti)

Prinċipju 1: Il-kostituzzjoni legali u l-approvazzjonijiet

ikkontrollat b’mod partikolari mill-qrati kompetenti (qorti kummerċjali, qorti tal-ewwel istanza jew taqsima maqtugħa tal-qorti), mill-istruttura responsabbli għas-sigurtà soċjali u mill-amministrazzjonijiet fiskali, kummerċjali u tal-foresti

ikkontrollat b’mod partikolari mill-qrati kompetenti (qorti kummerċjali, qorti tal-ewwel istanza jew taqsima maqtugħa tal-qorti), mill-istruttura responsabbli għas-sigurtà soċjali u mill-amministrazzjonijiet fiskali, kummerċjali u tal-foresti

ikkontrollat b’mod partikolari mill-qrati kompetenti (qorti kummerċjali, qorti tal-ewwel istanza jew taqsima maqtugħa tal-qorti), mill-istruttura responsabbli għas-sigurtà soċjali u mill-amministrazzjonijiet fiskali, kummerċjali u tal-foresti

Prinċipju 2: Id-drittijiet ta’ aċċess għar-riżorsi tal-foresti

ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjonijiet tal-foresti u tal-art

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Prinċipju 3: Eżerċizzju ta’ attivitajiet f’konformità mar-regolament fis-seħħ

ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjonijiet tal-foresti u fiskali

ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjonijiet tal-foresti u fiskali

Ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjonijiet tal-foresti, fiskali u doganali

Prinċipju 4: Trasport tal-injam

ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjoni tal-foresti

ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjoni tal-foresti

ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjonijiet tal-foresti, doganali

Prinċipju 5: L-obbligi ambjentali

ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjonijiet tal-foresti u ambjentali

ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjonijiet tal-foresti u ambjentali

ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjonijiet tal-foresti, agrikoli u ambjentali

Prinċipju 6: L-obbligi soċjali

ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjoni tal-foresti, mill-istrutturi responsabbli għas-sigurtà soċjali, għall-iġjene u għas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u għall-impjieg

ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjoni tal-foresti, mill-istrutturi responsabbli għas-sigurtà soċjali, għall-iġjene u għas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u għall-impjieg

ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjoni tal-foresti, mill-istrutturi responsabbli għas-sigurtà soċjali, għall-iġjene u għas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u għall-impjieg

L-attivitajiet ta’ dan l-istadju jkopru b’mod partikolari l-ħruġ tad-dokumenti, il-kontrolli tad-dokumentazzjoni (il-validità u r-regolarità tad-dokument, il-konformità tad-data, eċċ.), il-kontrolli fuq il-post u kwalunkwe attività oħra ta’ kontroll mill-amministrazzjonijiet kompetenti.

Id-dettalji tal-proċeduri u tal-organizzazzjoni tal-kompetenzi għall-kontrolli tal-legalità u tat-traċċabbiltà qed jevolvu b’mod regolari biex jirriflettu l-prijoritajiet politiċi, l-organizzazzjoni tal-ministeri u bl-għan li l-proċeduri u d-dokumenti ta’ kontroll amministrattiv jiġu dematerjalizzati. Il-Kosta tal-Avorju għandha tiżgura li l-manwali, il-linji gwida u d-dokumenti amministrattivi l-oħra kollha li jkun fihom il-proċeduri ta’ kontroll imwettqa mid-diversi amministrazzjonijiet jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku billi jiġu ppubblikati fuq is-sit web iddedikat għal dan il-Ftehim. Dawn jinkludu, fost oħrajn, f’:

manwali ta’ proċeduri tal-amministrazzjonijiet ikkonċernati mis-SVL,

regoli u standards tekniċi definiti mill-amministrazzjonijiet ikkonċernati mis-SVL.

4.1.2.   Kontroll tat-traċċabbiltà

Is-sistema nazzjonali ta’ traċċabbiltà tippermetti li jiġi traċċat l-injam kollu mis-sit tal-użu jew tal-post tal-fruntiera (mid-dħul tal-injam fil-Kosta tal-Avorju), sal-post tal-kummerċjalizzazzjoni jew tal-esportazzjoni hekk kif ikun għaddej mill-istadji tat-trasport u tat-trasformazzjoni. Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà effettiva tal-injam matul il-katina tal-provvista kollha, is-sistema nazzjonali ta’ traċċabbiltà tippermetti li jiġu żgurati l-validità tad-data ddikjarata f’kull stadju u l-konsistenza ta’ din id-data minn stadju għall-ieħor.

Is-sistema nazzjonali ta’ traċċabbiltà għandha tiġi ffinalizzata mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. It-traċċabbiltà tiġi kkontrollata skont l-istadji ewlenin li ġejjin:

 

Stadju 0: kontroll tal-konfini tal-artijiet forestali

 

Stadju 1: esplorazzjoni/inventarju

 

Stadju 2: qtugħ u mmarkar tal-biċċa li tibqa’ fl-art u taz-zokk

 

Stadju 3: ippakkjar (tqattigħ fiż-żona tal-foresta)

 

Stadju 4: tagħbija tal-virguni

 

Stadju 5: trasport taz-zkuk lejn il-maħżen tal-virguni fil-fabbrika

 

Stadju 6: riċevuta taz-zkuk fil-maħżen tal-virguni fil-fabbrika

 

Stadju 7: preparazzjoni taz-zokk (wiri-qtugħ)

 

Stadju 8: dħul fil-katina tal-ipproċessar

 

Stadju 9: alterazzjonijiet

 

Stadju 10: monitoraġġ tal-produzzjoni (inkluż l-ippakkjar jekk applikabbli)

 

Stadju 11: monitoraġġ tal-kummerċjalizzazzjoni

Manwal ta’ kontroll tat-traċċabbiltà tal-injam jitfassal mill-amministrazzjoni tal-foresti Ivorjana u jiġi ppubblikat fuq is-sit web tagħha.

4.2.   Il-verifika

4.2.1.   Miri tal-verifika

L-istadju tal-verifika jiżdied mal-istadju tal-kontroll sabiex jiġu garantiti l-legalità u t-traċċabbiltà tal-injam importat, ikkummerċjalizzat jew esportat. Għalhekk, il-verifika hija mmirata mhux biss lejn l-operaturi iżda wkoll lejn l-istrutturi kompetenti tal-Istat għall-ħruġ taċ-ċertifikati u għall-kontroll.

Bħala regola ġenerali, il-verifika tal-legalità titwettaq mill-operatur u b’titolu tal-użu għal perjodu ta’ validità fiss u li jiġġedded, filwaqt li t-traċċabbiltà tiġi vverifikata permezz tal-ispedizzjoni. Madankollu, f’każijiet speċifiċi li se jiġu deskritti fil-manwal ta’ verifika msemmi fil-punt 4.2.3., huwa possibbli li l-verifika tal-legalità titwettaq permezz tal-ispedizzjoni jew li l-verifika tat-traċċabbiltà titwettaq permezz tal-operatur.

4.2.2.   Aġenziji ta’ verifika

L-awditi ta’ verifika għandhom jitwettqu minn aġenzija ta’ verifika waħda jew aktar awtorizzata mill-amministrazzjoni tal-foresti (minn hawn’ il quddiem imsejħa “aġenzija”). Din l-awtorizzazzjoni tagħti s-setgħa lil aġenzija biex twettaq verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà fil-qafas tas-SVL. Tali awtorizzazzjoni għandha tingħata, wara opinjoni ta’ kumitat konsultattiv b’diversi partijiet ikkonċernati, wara proċess miftuħ u trasparenti għal perjodu fiss u li jista’ jiġġedded.

Sabiex tikseb awtorizzazzjoni, l-Aġenzija trid tkun kapaċi turi l-kwalifiki li ġejjin:

esperjenza ppruvata fl-awditjar u fil-valutazzjoni tal-konformità fil-ġestjoni tal-foresti, fl-ipproċessar tal-injam, fit-traċċabbiltà tal-injam, fit-trasport, fil-loġistika, fid-dwana u fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-katina tal-provvista;

għarfien tajjeb tal-kummerċ nazzjonali, subreġjonali (il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent, ECOWAS) u internazzjonali tal-injam u tal-prodotti tal-injam u tas-settur tal-foresti kummerċjali;

għarfien tajjeb tal-industrija tal-foresti u l-injam fil-Kosta tal-Avorju;

kompetenzi eċċellenti ta’ komunikazzjoni orali u bil-miktub bil-Franċiż;

ħila ppruvata li taħdem ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet involuti.

Barra minn hekk, l-Aġenzija trid tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

turi l-imparzjalità tagħha u ma jkollhiex la kunflitti ta’ interess u lanqas interessi illegali mal-operaturi tal-foresti u mal-amministrazzjonijiet involuti fis-SVL;

tuża persunal kwalifikat u esperjenzat għall-awditjar.

Il-kompiti ewlenin tal-Aġenzija jinkludu:

it-twettiq ta’ awditi ta’ verifika dokumentarja tal-ewwel livell;

it-twettiq ta’ awditi ta’ verifika dokumentarja tat-tieni livell;

it-twettiq ta’ awditi ta’ verifika fuq il-post;

l-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-ftuħ u tal-għeluq;

it-tfassil tar-rapporti ta’ verifika u r-reġistrazzjoni ta’ dawn ir-rapporti fis-sistema tal-ġestjoni tad-data.

L-Aġenzija hija obbligata:

juri professjonaliżmu u integrità f’kull ħin u fiċ-ċirkostanzi kollha;

tibbaża l-konklużjonijiet tagħha fuq elementi fattwali u fuq evidenza, b’mod partikolari miksuba permezz ta’ investigazzjonijiet fuq il-post u analiżi dokumentarja;

tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati kollha u b’mod partikolari mal-organizzazzjonijiet attivi fl-osservazzjoni indipendenti tal-foresti;

tikkonforma mal-proċeduri u mal-prattiki preskritti fil-manwal ta’ verifika (ara l-punt 4.2.3.).

Is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà tal-amministrazzjoni tal-foresti jissorvelja l-attivitajiet tal-aġenziji ta’ verifika.

4.2.3.   Manwal ta’ verifika

Awditu ta’ verifika (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “awditu”) jinkludi sett ta’ attivitajiet ta’ verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà, soġġetti għal kuntratt tal-awditjar bejn operatur u aġenzija. Sabiex jiġu żgurati rekwiżiti omoġenji ta’ verifika, il-Kosta tal-Avorju għandha tistabbilixxi, fil-qafas ta’ proċess parteċipattiv, manwal ta’ verifika amministrattiv u tekniku (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “manwal ta’ verifika”) li fih huma elenkati l-verifikaturi. Dan il-manwal ta’ verifika jinkludi wkoll termini ta’ referenza, il-protokolli dettaljati u l-għodod ta’ verifika li jkopru l-kompiti differenti ta’ verifika. Dan għandu jiġi approvat mill-KKI u ppubblikat mill-Kosta tal-Avorju.

4.2.4.   Kuntratt tal-awditjar

L-operatur jidħol f’kuntratt ma’ aġenzija filwaqt li jiġi speċifikat l-ambitu tal-verifika. Il-verifika tal-legalità tista’ tkopri kemm l-operazzjonijiet kollha tal-operatur kif ukoll parti minnhom identifikati b’mod ċar skont titolu ta’ dritt ta’ aċċess għar-riżorsa (eż. l-operazzjonijiet marbuta ma’ konċessjoni speċifika). Min-naħa tagħha, il-verifika tat-traċċabbiltà tista’ tkopri biss l-ispedizzjonijiet tal-injam li ġejjin minn operaturi, titoli u operazzjonijiet li l-legalità tagħhom hija vverifikata.

Kuntratt tal-awditjar konkluż bejn l-operatur u l-aġenzija, li jiddefinixxi l-ambitu, il-kost u l-kundizzjonijiet tal-verifika, huwa meħtieġ qabel il-bidu tal-attivitajiet ta’ verifika. Kopja tal-kuntratt tal-awditjar issir disponibbli għall-amministrazzjonijiet u għall-awditur indipendenti permezz tar-reġistrazzjoni tal-kuntratt fis-sistema tal-ġestjoni tad-data. L-osservaturi indipendenti jistgħu jikkonsultaw l-kamp ta’ applikazzjoni, il-kost u l-kundizzjonijiet tal-verifika.

4.2.5.   Pjan u attivitajiet ta’ verifika

Wara l-iffirmar tal-kuntratt tal-awditjar, l-Aġenzija tħejji pjan ta’ verifika li jinkludi l-ħatra tat-tim, il-programm ta’ verifika u l-iskeda tal-attivitajiet. Dan il-pjan jiġi kkomunikat lill-operatur u d-dati tal-attivitajiet ta’ verifika jiġu miftiehma fil-laqgħa tal-ftuħ imsemmija fil-punt 4.2.6.

4.2.6.   Il-laqgħa tal-bidu

Fil-laqgħa tal-ftuħ, l-objettiv tal-awditu, l-ambitu tiegħu, l-iskeda u l-metodoloġija jiġu eżaminati mill-Aġenzija fil-preżenza tal-operatur, sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jistaqsi mistoqsijiet dwar il-metodi u t-tmexxija tal-attivitajiet ta’ verifika. Ir-rendikont tal-laqgħa u l-pjan ta’ verifika għandhom, bi ftehim mal-operatur, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-amministrazzjonijiet, tal-osservaturi indipendenti u tal-awditur indipendenti permezz tar-reġistrazzjoni tagħhom fis-sistema tal-ġestjoni tad-data.

4.2.7.   Attivitajiet tal-verifika

Sabiex tiġbor evidenza dwar ir-rispett għar-rekwiżiti ta’ legalità identifikati fl-iskali ta’ legalità msemmija fl-Anness II, l-Aġenzija għandha twettaq verifiki f’diversi livelli:

a)

verifika dokumentarja tal-ewwel livell: din hija l-verifika tal-preżenza u tal-konformità tad-dokumenti kollha identifikati fil-manwal ta’ verifika. Din għandha tinkludi: i) verifika tal-preżenza tad-dokumenti ta’ legalità kollha fis-sistema tal-ġestjoni tad-data. Fil-każ ta’ dokumenti neqsin, l-Aġenzija għandha titlob lill-operatur u, fejn xieraq, lill-amministrazzjoni kkonċernata, biex jimlew l-elementi neqsin; ii) verifika tal-konformità tad-dokumenti, b’mod partikolari l-konformità tat-timbri, tal-firem, tad-dati u ta’ elementi oħra tal-forma u tal-validità tad-data li tinsab f’dawn id-dokumenti, u iii) verifika tas-sistema interna ta’ traċċabbiltà tal-operatur bl-użu tal-funzjonalitajiet tas-sistema tal-ġestjoni tad-data;

b)

verifika dokumentarja tat-tieni livell: abbażi ta’ analiżi tar-riskju, l-awditu jinkludi verifika fil-fond tal-awtentiċità, tal-konformità u tal-validità tad-dokumenti. Din il-verifika dokumentarja fil-fond tinkludi: i) verifika tal-awtentiċità tad-dokumenti mal-amministrazzjonijiet u mal-istrutturi li jkunu ħarġu d-dokumenti kkonċernati; ii) verifika tar-rispett għall-proċedura tal-ħruġ tad-dokumenti, inkluża l-proċedura tal-ħruġ tat-titoli tal-użu, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni; iii) verifika profonda tad-data inkluża fil-verifikaturi, b’mod partikolari permezz ta’ kontroverifiki ma’ dokumenti oħra u iv) verifika profonda tas-sistema interna ta’ traċċabbiltà tal-operatur;

c)

verifika fuq il-post: abbażi ta’ analiżi tar-riskju, kull awditjar jinkludi żjara waħda jew aktar fuq il-post biex jiġi vverifikat jekk il-preżenza u l-konformità tal-verifikaturi fil-fatt jikkorrispondux għar-rispett fuq il-post tal-kundizzjonijiet ta’ legalità identifikati fid-definizzjoni ta’ injam prodott legalment imsemmija fl-Anness II.

L-analiżijiet tar-riskju msemmija fil-punti b) u c) jitmexxu mill-aġenzija. Huma jqisu r-riżultati tal-verifiki preċedenti (tal-istess awditjar u tal-awditi preċedenti), l-informazzjoni kkomunikata jew ippubblikata fil-qafas tal-osservazzjoni indipendenti, tal-ilmenti riċevuti fis-sistema ta’ ġestjoni tal-ilmenti, taċ-ċertifikati privati possibbli u tal-elementi identifikati bħala rilevanti għal dan mill-amministrazzjonijiet, mils-CNGF, mill-KKI jew mill-awditur indipendenti. Dan ifisser li l-attivitajiet u l-iskeda ta’ verifika miftiehma bejn l-operatur u l-Aġenzija fil-laqgħa tal-ftuħ jistgħu jiġu kkompletati minn attivitajiet u missjonijiet addizzjonali bbażati fuq l-elementi skoperti jew ikkomunikati wara dan l-istadju. Il-manwal ta’ verifika jiddeskrivi fid-dettall kif l-aġenzija twettaq dawn l-analiżijiet tar-riskju fl-istadji differenti tal-awditu. Is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jidentifika, fis-sistema tal-ġestjoni tad-data, id-data li għandha titqies fl-analiżi tar-riskju u jaġġornaha regolarment.

4.2.8.   Laqgħa tal-għeluq

Fil-laqgħa tal-għeluq, ir-riżultati u l-konklużjonijiet tal-verifika, b’mod partikolari kwalunkwe problema li setgħet ġiet identifikata, jiġu ppreżentati mill-Aġenzija lill-operatur. F’din l-okkażjoni, l-operatur ikollu l-opportunità li jistaqsi mistoqsijiet dwar ir-riżultati tal-verifika u li jipprovdi tweġibiet jew kjarifiki dwar l-elementi ppreżentati mill-Aġenzija. Ir-rendikont tal-laqgħa jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-amministrazzjonijiet, tal-osservaturi indipendenti u tal-awditur indipendenti permezz tar-reġistrazzjoni tiegħu fis-sistema tal-ġestjoni tad-data.

4.2.9.   Rappurtar tal-awditjar

L-Aġenzija tfassal rapport tal-awditjar skont il-mudell stabbilit fil-manwal ta’ verifika, li jinkludi deskrizzjoni ta’ kwalunkwe sejba ta’ nuqqas ta’ konformità eventwali u proposta għall-konklużjoni ta’ konformità jew nuqqas ta’ konformità tal-operazzjonijiet u tal-ispedizzjonijiet definiti fil-kuntratt tal-awditjar. Dan ir-rapport tal-awditjar proviżorju jintbagħat lill-operatur, li jista’ jipprovdi xi kjarifiki jew xi tweġibiet.

Wara l-ipproċessar tat-tweġibiet tal-operatur, ir-rapport finali u, fejn applikabbli, il-kummenti riċevuti mill-operatur jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-amministrazzjonijiet, tal-osservaturi indipendenti u tal-awditur indipendenti permezz tar-reġistrazzjoni tagħhom fis-sistema tal-ġestjoni tad-data.

4.2.10.   Teħid ta’ deċiżjoni dwar il-legalità

Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija jippermettu lis-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jieħu deċiżjoni dwar il-konformità jew in-nuqqas ta’ konformità billi jawtorizza jew le, skont il-każ, lill-operatur fis-sistema tal-ġestjoni tad-data skont il-kamp ta’ applikazzjoni tal-verifika mwettqa (ara l-punt 4.2.4.).

Jistgħu jitqajmu żewġ każijiet:

Jekk l-operatur ma jikkontestax il-konklużjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet ippreżentati fir-rapport tal-awditjar, is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jieħu deċiżjoni fi żmien li ma jaqbiżx is-sebat ijiem kalendarji. F’każ li s-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jiddeċiedi li ma jagħtix awtorizzazzjoni (nuqqas ta’ konformità), l-Aġenzija u l-operatur jiġu informati bl-argumenti li jappoġġaw din id-deċiżjoni fis-sistema tal-ġestjoni tad-data.

Jekk l-operatur jikkontesta l-konklużjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet ippreżentati fir-rapport tal-awditjar, jew għal kwalunkwe raġuni oħra meqjusa rilevanti mis-servizz responsabbli għal-legalità u għat-traċċabbiltà tal-foresti, dan tal-aħħar jista’ jipprevedi li jtawwal iż-żmien għat-teħid ta’ deċiżjoni. Is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jikkomunika dan iż-żmien estiż lill-operatur fis-sistema tal-ġestjoni tad-data jew bil-miktub fi żmien li ma jaqbiżx is-sebat ijiem kalendarji.

Id-deċiżjoni tas-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà tista’ tiġi appellata bl-użu tas-sistema ta’ ġestjoni tal-ilmenti deskritta fil-punt 11 (appell intern lis-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà, segwit, jekk meħtieġ, minn appell lis-CNGF).

F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità (nuqqas ta’ awtorizzazzjoni) u ladarba l-problema tan-nuqqas ta’ konformità tkun ġiet solvuta, l-operatur jista’ jerġa’ jidħol f’kuntratt ma’ aġenzija għal awditjar ta’ verifika speċjali biex jikkonferma r-riżoluzzjoni tal-każ tan-nuqqas ta’ konformità. Madankollu, jekk il-konferma tar-riżoluzzjoni tal-każ tan-nuqqas ta’ konformità ma teħtieġx verifika ġdida fuq il-post, is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jista’ jikkonfermaha mingħajr ma l-operatur ikollu rikors għal awditjar speċjali.

Il-konformità (awtorizzazzjoni) hija valida għal perjodu ta’ sena li wara t-tmiem tagħha l-operatur ikollu jidħol f’kuntratt ta’ awditjar ġdid li se jqis ir-riżultati tal-awditu preċedenti.

Matul il-perjodu ta’ validità tagħha, il-konformità tista’ tiġi sospiża jew annullata mis-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà, jekk ikun meħtieġ b’deċiżjoni tas-CNGF wara l-ipproċessar ta’ każ ta’ lment. Is-sospensjoni jew l-annullament tiġi deċiża abbażi ta’ informazzjoni ġdida, ilmenti, awditi speċjali (ara l-punt 4.2.12.) jew elementi rilevanti oħra. Ir-raġunijiet jiġu kkomunikati lill-operatur fis-sistema tal-ġestjoni tad-data. Jekk is-sistema tal-ġestjoni tad-data ma tkunx operattiva, din il-komunikazzjoni tiġi trażmessa bil-miktub lill-operatur.

4.2.11.   Teħid ta’ deċiżjoni dwar it-traċċabbiltà

Peress li l-Aġenzija tista’ tivverifika t-traċċabbiltà tal-ispedizzjonijiet tal-injam fi stadji differenti tal-katina tal-provvista biss fil-mument tal-awditu, ir-rapport jinkludi konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar it-traċċabbiltà ġenerali tal-operazzjonijiet validi fil-mument tal-awditu.

Wara l-wasla tal-applikazzjoni għal liċenzja FLEGT, is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jivverifika t-traċċabbiltà għall-ispedizzjoni koperta mill-applikazzjoni bl-użu tas-sistema tal-ġestjoni tad-data u filwaqt li jqis ir-rapport tal-Aġenzija.

Is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali lill-operatur jew jeħtieġ awditjar speċjali jew addizzjonali kif previst fil-punt 4.2.12.

4.2.12.   Awditi speċjali jew addizzjonali

Matul il-perjodu li għalih tkun ġiet ivverifikata l-legalità, l-operaturi kkonċernati huma obbligati jinformaw lis-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà b’kull modifika sinifikanti fis-sjieda, fl-istrutturi, fil-ġestjoni jew fl-operazzjonijiet ikkonċernati. Is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jista’ jitlob li l-operatur iwettaq awditjar speċjali jew addizzjonali abbażi ta’ din l-informazzjoni kif ukoll abbażi ta’ kwalunkwe element ieħor meqjus rilevanti.

Awditu addizzjonali jikkorrispondi għal awditjar ġdid kif deskritt fil-punti 4.2.4. sa 4.2.11. li jqis ir-riżultati rilevanti tal-awditu preċedenti. Awditu speċjali jippermetti l-verifika ta’ punti speċifiċi biex jikkompletaw ir-riżultati ta’ awditjar preċedenti (jiġifieri mwettaq inqas minn 12-il xahar qabel dan l-awditu speċjali). Awditu speċjali jippermetti wkoll il-konferma tar-riżoluzzjoni tal-każijiet tan-nuqqas ta’ konformità identifikati waqt awditjar preċedenti. Għalhekk, ir-riżultati ta’ awditjar speċjali huma validi biss għaż-żmien li jifdal tal-awditu inizjali li hu jikkompleta. Il-manwal ta’ verifika jinkludi l-arranġamenti dettaljati għal dawn l-awditi addizzjonali u speċjali.

Image 5

5.   Ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati privati u pubbliċi

Sabiex jiġu rikonoxxuti l-prattiki tajbin fis-settur tal-foresti, sistemi ta’ ċertifikazzjoni privati li jinkludu verifika tar-rispett lejn il-leġiżlazzjoni applikabbli jistgħu jintużaw fil-qafas tal-proċedura tal-valutazzjoni tar-riskju.

Għal dan l-għan, il-Kosta tal-Avorju tevalwa r-reġimi ta’ ċertifikazzjoni privati f’konformità mar-rekwiżiti tas-SVL u tistabbilixxi lista ta’ sistemi ta’ ċertifikazzjoni privati rikonoxxuti għall-konsiderazzjoni tagħhom fl-analiżi tar-riskju. Din il-lista tiġi kkomunikata lill-KKI u ppubblikata fuq is-sit web tal-Ministeru responsabbli għall-foresti. Il-lista tar-reġimi rikonoxxuti hija vvalutata mill-ġdid u, jekk ikun meħtieġ, aġġornata fuq bażi regolari.

Il-Kosta tal-Avorju tista’ tiżviluppa proċeduri li jippermettu li awditjar ta’ ċertifikazzjoni privat rikonoxxut kif previst fit-tieni subparagrafu jservi wkoll bħala awditjar ta’ verifika. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu dettaljati fil-manwal ta’ verifika.

Il-legalità tal-injam importat b’liċenzja FLEGT u/jew b’permess CITES hija rikonoxxuta awtomatikament. Sistemi ta’ ċertifikazzjoni privati u pubbliċi jistgħu jintużaw ukoll biex jagħtu prova tal-oriġini legali tal-injam importat.

6.   Is-sistema tal-ġestjoni tad-data

Il-Kosta tal-Avorju stabbilixxiet sistema nazzjonali ċentralizzata għad-dokumentazzjoni, għall-kontroll u għall-verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà.

Is-sistema tal-ġestjoni tad-data hija amministrata mis-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà. L-operaturi u l-amministrazzjonijiet awtorizzati jaċċessaw is-sistema biex jirreġistraw fiha d-data u d-dokumenti użati biex tiġi vverifikata l-legalità. L-amministrazzjonijiet għandhom ukoll is-setgħa li jivvalidaw id-data fis-sistema. F’każijiet speċifiċi, id-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati jew jintbagħtu lill-amministrazzjoni bil-miktub. Jekk is-sistema tal-ġestjoni tad-data ma tkunx operattiva, il-kopji tad-dokumenti li jridu jiġu rreġistrati fiha għandhom jiġu trażmessi lill-amministrazzjoni bil-miktub u jsiru aċċessibbli għall-osservazzjoni indipendenti u għall-awditjar indipendenti. Ladarba s-sistema terġa’ tkun operattiva, id-dokumenti kkonċernati għandhom jiġu rreġistrati kif previst fil-manwal ta’ verifika.

L-aġenziji ta’ verifika jistgħu jaċċessaw is-sistema tal-ġestjoni tad-data mingħajr id-dritt ta’ modifika sabiex iwettqu l-verifiki dokumentarji li huma parti mill-kompiti tagħhom. L-aġenziji jistgħu jirreġistraw ukoll id-diversi dokumenti li joħorġu mill-verifika kif previst fil-punt 4.2.

L-awditur indipendenti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili involuti fl-osservazzjoni indipendenti għandhom aċċess għas-sistema tal-ġestjoni tad-data mingħajr id-dritt ta’ modifika biex jikkonsultaw l-informazzjoni, id-dokumenti u d-data importanti jew rilevanti kollha biex jivvalutaw l-implimentazzjoni tajba u l-effettività tas-SVL.

Il-Kosta tal-Avorju tfassal u tippubblika l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-kisba tad-drittijiet ta’ aċċess għas-sistema tal-ġestjoni tad-data u tidentifika d-data li għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali.

7.   It-trattament ta’ każijiet tan-nuqqas ta’ konformità

Il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità jistgħu jiġu identifikati u indirizzati fi stadji differenti tal-verifika. Kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità identifikat matul il-verifika jiġi kkomunikat lill-operatur u, fejn xieraq, lis-servizz tal-amministrazzjoni kkonċernata sabiex ikunu jistgħu jinġiebu elementi addizzjonali u jittieħdu azzjonijiet korrettivi għat-trattament tiegħu.

Fir-rigward tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-istrutturi kompetenti tal-Istat għall-ħruġ taċ-ċertifikati u għall-kontroll, dawn għandhom jiġu kkomunikati mill-aġenzija ta’ verifika lis-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà u lis-servizz amministrattiv ikkonċernat fis-sistema tal-ġestjoni tad-data. Grupp ta’ ħidma li fih huma rrappreżentati s-servizzi differenti tal-amministrazzjonijiet ikkonċernati mis-SVL jgħin biex jittratta u jsolvi każijiet tan-nuqqas ta’ konformità u jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet għal dak l-għan lis-servizzi kkonċernati. Is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jipprovdi s-segretarjat għal dan il-grupp ta’ ħidma.

8.   Il-ħruġ tal-liċenzji FLEGT u ċertifikati tal-legalità pubbliċi

Il-liċenzja FLEGT hija l-mezz biex jiġi ċċertifikat li l-injam huwa prodott legalment u li ġie traċċat. Din jinħareġ wara verifika tal-konformità legali u tat-traċċabbiltà tal-injam li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni.

Il-kisba ta’ liċenzja FLEGT hija obbligatorja għall-esportazzjonijiet kollha tal-injam, skont il-lista ta’ injam u prodotti stabbilita fl-Anness I, lejn l-Istati Membri tal-Unjoni. Din tinħareġ minn awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji, maħtura jew stabbilita mill-Ministru responsabbli għall-foresti u mpoġġija taħt l-awtorità tiegħu.

Il-proċedura tal-ħruġ u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-liċenzji FLEGT huma msemmija fl-Anness V.

Il-legalità tal-injam maħsub għas-swieq tal-esportazzjoni barra mill-Unjoni hija, min-naħa tagħha, attestata minn ċertifikati pubbliċi ta’ legalità maħruġa mill-Kosta tal-Avorju wara verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà kif deskritt f’dan l-Anness. Ċertifikat ta’ legalità pubbliku jista’ jinħareġ għall-injam maħsub għall-konsum nazzjonali wara verifika fis-SVL li dan l-injam ġie prodott legalment.

9.   L-awditu indipendenti

L-awditu indipendenti jivvaluta l-eżekuzzjoni kif suppost u l-effiċjenza tas-SVL. Dan jippermetti wkoll l-identifikazzjoni tal-lakuni u tad-dgħufijiet fl-implimentazzjoni tas-SVL u li jiġu ssuġġeriti rakkomandazzjonijiet lill-KKI.

Fejn xieraq, il-lakuni u d-dgħufijiet fl-implimentazzjoni tas-SVL identifikati mill-awditur indipendenti jitqiesu matul il-proċess ta’ verifika, b’mod partikolari għall-analiżijiet tar-riskju li jgħinu biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet għal verifika tat-tieni livell u għal verifika fuq il-post.

It-termini ta’ referenza għall-awditu indipendenti jidhru fl-Anness VI.

10.   L-osservazzjoni indipendenti

Is-SVL tintegra l-osservazzjoni indipendenti mmexxija mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. L-osservazzjoni indipendenti hija missjoni mhux statali biex jiġu osservati l-attivitajiet tal-forestrija u tal-agroforestrija previsti mil-leġiżlazzjoni Ivorjana u mwettqa mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bl-għan li tinġabar u tinqasam informazzjoni kredibbli u verifikabbli dwar il-ġestjoni tal-foresti għat-titjib tal-governanza tal-foresti. Għalhekk, din hija attività mwettqa fuq bażi permanenti jew matul mandat. L-osservazzjoni indipendenti tista’ għalhekk tkun esterna jew awtorizzata.

Fil-qafas tas-SVL, l-osservazzjoni indipendenti tikkonċerna b’mod partikolari l-attivitajiet li ġejjin:

l-organizzazzjoni ta’ missjonijiet awtonomi ta’ osservazzjoni indipendenti,

il-parteċipazzjoni bħala osservatur fil-missjonijiet ta’ kontroll u fl-awditi ta’ verifika fuq il-post,

l-identifikazzjoni tal-malfunzjonijiet, tal-indizji, tal-każijiet ta’ ksur tar-regolamenti applikabbli għall-attivitajiet tal-forestrija u l-produzzjoni ta’ rapporti ta’ osservazzjoni indipendenti,

it-twissija lill-partijiet ikkonċernati dwar l-attivitajiet illegali osservati.

L-organizzazzjonijiet li jimplimentaw attivitajiet ta’ osservazzjoni indipendenti għandhom aċċess għas-sistema tal-ġestjoni tad-data.

Ir-rapporti tal-osservazzjoni indipendenti huma rreġistrati fis-sistema tal-ġestjoni tad-data u jitqiesu fil-proċess ta’ verifika, b’mod partikolari għall-analiżijiet tar-riskji li jgħinu biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet tal-verifika tat-tieni livell u tal-verifika fuq il-post kif ukoll il-ħtiġijiet ta’ awditi speċjali jew addizzjonali.

L-organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet ta’ osservazzjoni indipendenti jistgħu jakkumpanjaw il-missjonijiet tal-awditjar mill-fondi tagħhom stess filwaqt li jirrispettaw il-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali.

Il-missjonijiet ta’ osservazzjoni indipendenti huma mmirati lejn l-operaturi u l-attivitajiet tagħhom, iżda wkoll lejn il-funzjonament tal-istrutturi kompetenti tal-Istat, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikati u tal-kontroll u l-attivitajiet tal-aġenziji ta’ verifika.

11.   Is-sistema tal-ġestjoni tal-ilmenti

Is-SVL tipprevedi l-possibbiltà għad-diversi atturi involuti biex iressqu lmenti dwar il-kontrolli u l-verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà, kif ukoll dwar il-ħruġ tal-liċenzji FLEGT.

Is-sistema tal-ġestjoni tal-ilmenti tas-SVL hija mekkaniżmu għall-prevenzjoni u għas-soluzzjoni tal-kunflitti u tat-tilwim relatati mal-verifika tal-legalità tal-injam, permezz tad-djalogu. B’hekk tippermetti lill-partijiet ikkonċernati tas-SVL jesprimu l-ilmenti, it-talbiet, l-oġġezzjonijiet jew kwalunkwe forma oħra ta’ pretensjoni tagħhom lill-istrutturi kompetenti.

L-istrutturi tal-ġestjoni tal-ilmenti huma d-dipartiment responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà u s-CNGF.

Fir-rigward tal-ġestjoni tal-ilmenti, il-mandat tad-dipartiment responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà huwa kif ġej:

li jirċievi u jirreġistra l-ilmenti u s-sottomissjonijiet bil-fomm u bil-miktub fir-reġistru tal-ilmenti tas-sistema tal-ġestjoni tad-data;

li jittratta l-appell intern jekk l-ilment jikkonċerna waħda mid-deċiżjonijiet tiegħu stess;

li jwettaq kwalunkwe riċerka, ġbir ta’ informazzjoni jew konsultazzjoni meħtieġa;

li jagħmel rakkomandazzjonijiet lis-CNGF;

li jħejji u jittrażmetti rapporti perjodiċi dwar it-trattament u l-ġestjoni tal-ilmenti lis-CNGF;

li jiżgura l-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet misjuba għall-ilmenti skont il-limiti taż-żmien stabbiliti.

Dwar it-trattament tal-ilmenti, il-mandat tas-CNGF huwa kif ġej:

li jipprovdi l-gwidi u d-direttivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tal-ilmenti,

li jiżgura s-segwitu u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tal-ilmenti,

li jittratta l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mid-dipartiment responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà wara appell intern mingħajr suċċess,

li jħejji u jittrażmetti rapporti perjodiċi dwar it-trattament u l-ġestjoni tal-ilmenti lill-KKI.

Sabiex tiġi żgurata aċċessibbiltà wiesgħa għas-sistema tal-ġestjoni tal-ilmenti, huma possibbli li jiġu sottomessi lmenti anonimi. Huwa wkoll possibbli li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, it-tmexxija u l-awtoritajiet tradizzjonali u t-trade unions tal-ħaddiema jressqu lment f’isem il-komunitajiet lokali jew il-ħaddiema rispettivament.

Il-proċedura tal-ġestjoni tal-ilmenti, inklużi l-limiti ta’ żmien għall-appelli, hija speċifikata fil-manwal tal-verifika.

ANNESS IV

KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW IR-RILAXX GĦAĊ-ĊIRKOLAZZJONI ĦIELSA FL-UNJONI TAL-INJAM U TA’ PRODOTTI DERIVATI ESPORTATI MILL-KOSTA TAL-AVORJU U KOPERTI MINN LIĊENZJA FLEGT

1.   Qafas ġenerali

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness huma bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 2173/2005 u fuq ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tiegħu (KE) Nru 1024/2008 tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jistabbilixxi miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 (1), li jirregolaw il-kundizzjonijiet għad-dħul fis-suq tal-Unjoni tal-injam u tal-prodotti derivati koperti b’liċenzja FLEGT minn pajjiż sieħeb.

2.   Proċessar tal-liċenzji FLEGT

Il-liċenzja FLEGT hija ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni li fih l-ispedizzjoni koperta minn dik il-liċenzja hija ddikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. Dan jista’ jsir b’mod elettroniku jew permezz ta’ mezzi veloċi oħra.

L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu jinfurmaw, skont il-proċeduri nazzjonali fis-seħħ, lill-awtoritajiet doganali b’dan minnufih meta l-liċenzja tiġi aċċettata.

3.   Kontroll tad-dokumentazzjoni tal-liċenzji FLEGT

Il-liċenzji FLEGT fuq karta huma konformi mal-mudell deskritt fl-Appendiċi 1 tal-Anness V. Kwalunkwe liċenzja FLEGT li ma tissodisfax ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness V mhijiex valida.

Liċenzja FLEGT titqies bħala invalida jekk tiġi kkomunikata wara d-data ta’ skadenza speċifikata fiha.

Il-liċenzja FLEGT ma jista’ jkun fiha l-ebda tħassir jew tibdil.

L-estensjoni tal-validità ta’ liċenzja FLEGT ma għandhiex tkun aċċettata sakemm l-estensjoni ma tkunx ġiet vvalidata mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.

L-ebda liċenzja FLEGT idduplikata jew dokument ta’ sostituzzjoni mhuma aċċettati jekk ma jkunux inħarġu jew ġew approvati mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.

4.   Talbiet għal informazzjoni supplimentari

F’każ ta’ dubju dwar il-validità jew l-awtentiċità ta’ liċenzja FLEGT, ta’ liċenzja dduplikata jew ta’ dokument ta’ sostituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.

Din it-talba tista’ tkun akkumpanjata minn kopja tal-liċenzja FLEGT, mil-liċenzja dduplikata jew mid-dokument ta’ sostituzzjoni tal-liċenzja FLEGT inkwistjoni.

5.   Verifika tal-konformità tal-liċenzja FLEGT mal-ispedizzjoni

Jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li jkun meħtieġ li jwettqu verifiki addizzjonali tal-ispedizzjoni qabel ma jiddeċiedu jekk jaċċettawx jew le liċenzja FLEGT, jistgħu jitwettqu kontrolli biex jiġi ddeterminat jekk l-ispedizzjoni inkwistjoni tikkonformax mal-informazzjoni pprovduta fil-liċenzja FLEGT u fl-arkivji relatati mal-liċenzja FLEGT ikkonċernata miżmuma mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.

Jekk il-volum jew il-piż tal-injam u tal-prodotti derivati li jinsabu fl-ispedizzjoni ppreżentata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ma jvarjax b’aktar minn 10 % mill-volum jew mill-piż indikat fil-liċenzja FLEGT korrispondenti, l-ispedizzjoni titqies li tikkonforma mal-informazzjoni pprovduta fil-liċenzja FLEGT f’termini ta’ volum jew piż.

Fil-każ ta’ dubju dwar jekk l-ispedizzjoni tikkonformax mal-liċenzja FLEGT, l-awtorità kompetenti kkonċernata tista’ titlob li jingħataw kjarifiki mingħand l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.

L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji tista’ titlob lill-awtorità kompetenti biex tibgħatilha kopja tal-liċenzja FLEGT jew tad-dokument ta’ sostituzzjoni kkonċernat.

Jekk ikun meħtieġ, l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji tirtira l-liċenzja FLEGT u toħroġ verżjoni kkoreġuta skont il-miżuri previsti fl-Anness V.

Jekk l-awtorità kompetenti ma tirċevix tweġiba fi żmien 21 jum kalendarju mit-talba għall-kjarifiki, l-awtorità kompetenti ma taċċettax il-liċenzja FLEGT u taġixxi f’konformità mal-leġiżlazzjoni u mal-proċeduri fis-seħħ.

Liċenzja FLEGT ma tistax tiġi aċċettata jekk ikun ġie stabbilit, skont il-ħtieġa, wara l-preżentazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mitluba f’konformità mal-punt 4 jew wara kwalunkwe investigazzjoni ulterjuri mwettqa f’konformità ma’ dan il-punt, li l-liċenzja FLEGT ma tikkorrispondix mal-ispedizzjoni.

6.   Verifika qabel il-wasla tal-ispedizzjoni

Il-liċenzja FLEGT tista’ tiġi ppreżentata qabel il-wasla tal-ispedizzjoni li tkopri.

Il-liċenzja FLEGT tiġi aċċettata jekk tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Anness V u jekk ma jitqiesx neċessarju li jitwettqu verifiki addizzjonali skont il-punti 4 u 5 ta’ dan l-Anness.

7.   Kwistjonijiet oħra

L-ispejjeż li ġejjin mill-verifika jitħallsu mill-importatur sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-leġiżlazzjoni u fil-proċeduri tal-Istat Membru tal-Unjoni kkonċernat.

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil jew ta’ diffikultajiet persistenti relatati mal-verifika tal-liċenzji FLEGT, il-kwistjoni tista’ tiġi riferuta lill-KKI u l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji għandha tiġi informata b’dan.

8.   Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

Fil-kaxxa 44 tad-dokument amministrattiv uniku li fih tidher id-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, hemm referenza għan-numru tal-liċenzja FLEGT li jakkumpanja l-injam u l-prodotti derivati soġġetti għal din id-dikjarazzjoni.

Jekk id-dikjarazzjoni doganali ssir bl-użu ta’ proċess kompjuterizzat, ir-referenza tiġi indikata fil-kaxxa prevista għal dan l-għan.

L-injam u l-prodotti derivati jistgħu jinħelsu għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa biss wara li tkun tlestiet il-proċedura deskritta f’dan l-Anness.


(1)   ĠU UE L 277, 18.10.2008, p. 23.

ANNESS V

PROĊEDURA GĦALL-ĦRUĠ U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-LIĊENZJI FLEGT

1.   Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-liċenzji FLEGT

F’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim, il-liċenzja FLEGT hija l-mezz li jiċċertifika li l-injam u l-prodotti derivati huma prodotti legalment u ġew traċċati skont id-dispożizzjonijiet previsti fl-Anness III.

Hija meħtieġa liċenzja FLEGT għall-esportazzjonijiet kollha tal-injam u tal-prodotti derivati lejn l-Istati Membri tal-Unjoni, elenkati fil-lista ta’ prodotti stabbilita fl-Anness I. Għall-pajjiżi l-oħra, se jinħareġ ċertifikat pubbliku li jattesta l-legalità u t-traċċabbiltà tal-injam skont ir-rekwiżiti tas-SVL.

Liċenzja FLEGT tinħareġ għal spedizzjoni waħda ta’ esportatur wieħed lejn l-Unjoni.

Ir-rekwiżiti u l-proċeduri dettaljati għall-ħruġ, għat-tiġdid jew għall-estensjoni tal-validità, tal-irtirar, tas-sostituzzjoni u tal-ġestjoni tal-liċenzji FLEGT huma stabbiliti fil-manwal ta’ verifika msemmi fil-punt 4.2.3. tal-Anness III.

2.   Awtorità li toħroġ il-liċenzji

L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji hija struttura taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru responsabbli għall-foresti.

Il-kompożizzjoni, is-setgħat u l-funzjonament tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji huma definiti minn test regolatorju.

L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji hija l-istruttura kompetenti għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kosta tal-Avorju u l-awtoritajiet kompetenti dwar il-kwistjonijiet relatati mal-liċenzji FLEGT.

3.   Proċedura għall-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT

Il-liċenzja FLEGT tinħareġ wara l-verifika tal-konformità legali u tat-traċċabbiltà tal-injam u tal-prodotti derivati li għandhom jiġu esportati, kif previst fl-Anness III.

Il-liċenzja FLEGT tinkiseb malli titlesta l-proċedura li ġejja:

Stadju 1 – riċevuta tal-applikazzjoni: L-esportatur jimla u jippreżenta applikazzjoni għal liċenzja FLEGT skont formola definita mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji;

Stadju 2 – eżami tal-applikazzjoni: L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji tiżgura li l-konformità tal-prodotti tal-injam li għandhom jiġu esportati tkun ġiet ivverifikata skont l-Anness III;

Stadju 3 – deċiżjoni għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni:

f’każ ta’ konformità, l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji toħroġ il-liċenzja FLEGT lill-esportatur ikkonċernat;

f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, l-awtorità għall-ħruġ tirrifjuta l-applikazzjoni u tinforma lill-esportatur ikkonċernat b’dan. Il-proċedura għall-ipproċessar tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità hija deskritta fl-Anness III.

L-applikazzjonijiet għal-liċenzja FLEGT jiġu ppreżentati u pproċessati b’mod elettroniku bl-użu tas-sistema tal-ġestjoni tad-data. Madankollu, huma jistgħu jiġu sottomessi u pproċessati manwalment fil-każ ta’ ħsara fis-sistema tal-ġestjoni tad-data. Fil-każ ta’ applikazzjoni manwali għal liċenzja FLEGT, din għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat ta’ legalità u ta’ traċċabbiltà maħruġ mid-dipartiment responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà skont il-proċeduri deskritti fl-Anness III.

L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji tista’ tirtira kwalunkwe liċenzja FLEGT li jkun fiha żball u toħroġ liċenzja kkoreġuta bl-isem ta’ “Liċenzja Kkoreġuta” awtentikata bit-timbru u bil-firma tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.

Il-ħruġ ta’ liċenzja FLEGT huwa soġġett għall-pagament ta’ tariffa, li l-ammont tagħha u l-mod kif titħallas huma stabbiliti f’test regolatorju.

4.   Karatteristiċi ġenerali tal-liċenzji FLEGT

Il-liċenzja FLEGT tista’ tinħareġ fuq karta jew b’mod elettroniku.

Il-liċenzja FLEGT jkollha l-informazzjoni li tidher fl-Appendiċi 1, f’konformità man-noti ta’ spjegazzjoni tal-Appendiċi 2.

Għal spedizzjonijiet kumplessi li għalihom ma jkunx possibbli li tiġi inkluża l-informazzjoni kollha meħtieġa msemmija fl-ewwel mudell stabbilit fl-Appendiċi 1, għandu jiżdied dokument mehmuż intitolat “Deskrizzjoni addizzjonali tal-merkanzija mehmuża mal-liċenzja FLEGT”. Dan id-dokument mehmuż jinkludi informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar id-deskrizzjoni tal-ispedizzjoni, kif speċifikat fl-Appendiċi 1. F’dan il-każ, il-kaxxi korrispondenti tal-liċenzja FLEGT ma jkunx fihom informazzjoni dwar l-ispedizzjoni, iżda referenza għad-dokument mehmuż.

Il-liċenzja FLEGT issir valida mill-istess ġurnata tal-ħruġ tagħha.

It-tul ta’ validità tal-liċenzja FLEGT hija ta’ 6 xhur, bil-possibbiltà ta’ tiġdid jew ta’ estensjoni għal perjodu li ma jistax jaqbeż it-3 xhur. Id-data tal-iskadenza hija indikata fuq il-liċenzja FLEGT.

Wara l-iskadenza tagħha, il-liċenzja FLEGT ma tibqax titqies valida.

F’każ li jinqerdu l-injam u l-prodotti derivati kkonċernati, il-liċenzja FLEGT ma tibqax valida u l-operatur għandu jinforma lill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji b’dan.

5.   Karatteristiċi tal-liċenzji FLEGT fuq karta

Il-liċenzji FLEGT fuq karta għandhom ikunu konformi mal-format deskritt fl-Appendiċi 1.

Il-liċenzja FLEGT tinħareġ f’format A4.

Il-liċenzja FLEGT tinħareġ f’sitt kopji identifikati bil-mod li ġej:

kopja li fiha il-kelma “ ORIĠINALI” maħsuba għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni li fih l-ispedizzjoni kopert mil-liċenzja tiġi ddikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa,

kopja li fiha l-kliem “ AWTORITÀ DOGANALI TAL-UNJONI EWROPEA ” hija maħsuba għall-awtorità doganali tal-Unjoni,

kopja li fiha l-kelma “ ESPORTATUR ” hija maħsuba għall-applikant tal-liċenzja FLEGT,

kopja li fiha l-kliem “ AWTORITÀ DOGANALI TAL-KOSTA TAL-AVORJU” hija maħsuba għall-awtorità doganali tal-Kosta tal-Avorju,

kopja li fiha l-kliem “ AWTORITÀ GĦALL-ĦRUĠ TAL-LIĊENZJI FLEGT ” tinżamm mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji,

kopja li fiha l-kelma “ARCHIVES” hija maħsuba għall-arkivji miżmuma mill-Ministeru responsabbli għall-foresti tal-Kosta tal-Avorju.

Il-liċenzji FLEGT jimtlew bl-użu ta’ typewriters jew kompjuters. Jistgħu jimtlew bl-idejn, jekk ikun meħtieġ. Il-kwantitajiet jissemmew mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji b’tali mod li jkun impossibbli li jiddaħħlu ċifri jew referenzi addizzjonali.

Il-viża tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji hija indikata fuq kull kopja tal-liċenzja permezz ta’ firma fiżika u t-timbru tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji mmarkat permezz ta’ timbru xott.

Il-liċenzja FLEGT għandha numru ta’ referenza u barcode. Il-formola ma jistax ikun fiha la tħassir u lanqas tibdil.

Il-liċenzji FLEGT huma stampati u mimlija bil-Franċiż.

Bl-eċċezzjoni tal-kopji maħsuba għall-arkivji miżmuma mill-Ministeru responsabbli għall-foresti u għall-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji, il-kopji l-oħra kollha jerġgħu jingħataw lill-applikant li jżomm il-kopja tiegħu u jibgħat l-oħrajn lir-riċevituri tagħhom.

6.   Liċenzja FLEGT mitlufa jew meqruda

Fil-każ ta’ telf jew ta’ qerda ta’ waħda mill-kopji elenkati fit-tielet subparagrafu tal-punt 5, l-esportatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jista’ jitlob lill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji biex toħroġlu liċenzja FLEGT ta’ sostituzzjoni. Id-detentur tal-liċenzja FLEGT jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jehmeż mal-applikazzjoni tiegħu dikjarazzjoni ta’ telf tal-kopja inkwistjoni maħruġa mill-pulizija nazzjonali jew mill-ġendarmerija nazzjonali tal-Kosta tal-Avorju.

L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT toħroġ il-liċenzja/i FLEGT ta’ sostituzzjoni fi żmien 48 siegħa minn meta tirċievi t-talba tal-esportatur.

Il-liċenzji FLEGT ta’ sostituzzjoni fihom l-informazzjoni u l-indikazzjonijiet li jidhru fil-liċenzja FLEGT li jissostitwixxu, inkluż in-numru tal-liċenzja.

Il-liċenzji FLEGT ta’ sostituzzjoni għandu l-kliem “ Liċenzja ta’ sostituzzjoni” awtentikata bit-timbru u bil-firma tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.

Il-ħruġ ta’ liċenzja FLEGT ta’ sostituzzjoni jannulla l-validità tal-liċenzja oriġinali. Jekk id-dokument mitluf jew misruq jinstab, dan għandu jinqered jew jintbagħat lura lill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.

7.   Dubji dwar il-validità tal-liċenzja FLEGT

F’każ ta’ dubju dwar il-validità tal-liċenzja FLEGT jew dwar il-liċenzja FLEGT ta’ sostituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu verifiki addizzjonali mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.

Jekk tqis li jkun meħtieġ, l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jibagħtulha kopja tal-liċenzja FLEGT jew tal-liċenzja FLEGT ta’ sostituzzjoni inkwistjoni.

Jekk tqis li jkun meħtieġ, l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji tirtira l-liċenzja FLEGT u toħroġ kopja kkoreġuta bil-kliem “Liċenzja kkoreġuta” awtentikata bit-timbru u bil-firma tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji li għandha tittrażmetti lill-awtoritajiet kompetenti.

Jekk il-validità tal-liċenzja FLEGT tiġi kkonfermata, l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji tinforma, preferibbilment b’mezzi elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti dwar dan u tibgħat lura l-kopji tal-liċenzja FLEGT. Il-kopji hekk irritornati għandu jkollhom il-kliem “Ivvalidati fi…” awtentikati bit-timbru u bil-firma tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.

Jekk il-liċenzja FLEGT inkwistjoni ma tkunx valida, l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji għandha tinforma, preferibbilment b’mezzi elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti dwar dan.

8.   Speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward ta’ Liċenzja FLEGT Kompjuterizzata

Il-liċenzja FLEGT tista’ tinħareġ u tintuża permezz ta’ sistemi kompjuterizzati.

Liċenzja fuq il-karta tingħata lill-Istati Membri tal-Unjoni li mhumiex marbuta mas-sistema tal-IT.

9.   Terminoloġija

It-termini użati fl-Appendiċi huma deskritti kif ġej għall-kuntest Avorjan:

a)

“Deskrizzjoni kummerċjali tal-injam jew tal-prodotti derivati”: deskrizzjoni tan-natura tal-prodotti;

b)

“Mezz ta’ trasport”: mod ta’ trasport mill-punt tal-esportazzjoni: “marittimu”/“bl-ajru”/“fuq l-art”;

c)

“Ismijiet komuni jew xjentifiċi”: l-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew l-ismijiet xjentifiċi tal-kategoriji tal-injam użati fil-prodott. Mhuwiex rakkomandabbli li jintuża l-isem vernakulari jekk dan normalment ma jkunx rikonoxxut fil-kummerċ internazzjonali;

d)

“Pajjiż tal-ġbir”: il-pajjiż tat-teħid tal-injam u ta’ prodotti derivati kkonċernati.

Appendiċijiet

1.

Mudell għal-liċenzja FLEGT u mudell tad-deskrizzjoni komplementari tal-merkanziji mehmuż mal-liċenzja FLEGT

2.

Noti ta’ spjegazzjoni

Appendiċi 1

Mudell għal-liċenzja FLEGT

L-emblemi u l-logos tal-Kosta tal-Avorju

L-Unjoni Ewropea

 

FLEGT

1

1.

Awtorità li toħroġ il-liċenzja

Isem:

Indirizz:

2.

Importatur

Isem:

Indirizz:

ORIĠINAL

3.

Numru tal-liċenzja FLEGT

4.

Data ta' skadenza

5.

Pajjiż tal-esportazzjoni

7.

Mezzi tat-trasport

6.

Kodiċi ISO

8.

Detentur tal-liċenzja FLEGT (isem u indirizz)

9.

Deskrizzjoni kummerċjali tal-injam jew tal-prodotti derivati

10.

Kodiċi SA

1

 

11.

Ismijiet komuni jew xjentifiċi

12.

Pajjiż tal-ħsad

13.

Kodiċijiet ISO

 

14.

Volum (m3)

15.

Piż nett (kg)

16.

Għadd ta’ unitajiet

 

17.

Marki ta’ distinzjoni

 

18.

Firma u timbru tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT

Post:

Data:


Mudell tad-deskrizzjoni komplementari tal-merkanziji mehmuż mal-liċenzja FLEGT

Deskrizzjoni komplementari tal-merkanziji mehmuża mal-liċenzja FLEGT

Numru tal-liċenzja FLEGT:

Nru Prodott

Deskrizzjoni kummerċjali tal-injam jew tal-prodotti derivati

Kodiċi NM

Ismijiet komuni jew xjentifiċi

Pajjiż tal-ħsad

Kodiċi ISO tal-pajjiż tal-ħsad

Volum (m3)

Piż nett (kg)

Għadd ta’ unitajiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Firma u timbru tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT

Post:

Data:

Appendiċi 2

Noti ta’ spjegazzjoni

Kummenti ġenerali

Għandha timtela b’ittri kapitali,

Meta msemmija, il-kodiċijiet ISO jirreferu għall-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri, skont l-istandard internazzjonali,

It-termini “Unjoni Ewropea” u “FLEGT” jindikaw li l-liċenzja tkopri spedizzjoni destinata lejn l-Unjoni,

Il-kelma “ORIĠINALI” tinbidel b’waħda mill-kliem li ġejjin korrispondenti għad-destinatarju tal-kopja: “AWTORITÀ DOGANALI TAL-UNJONI EWROPEA”, “ESPORTATUR”, “AWTORITÀ DOGANALI TAL-KOSTA TAL-AVORJU”, “AWTORITÀ GĦALL-ĦRUĠ TAL-LIĊENZJI FLEGT” jew “AKRIVJI”.

Kaxxa 1

Awtorità li toħroġ il-liċenzja

Indika l-isem u l-indirizz sħiħ tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzja.

Kaxxa 2

Importatur

Indika l-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur.

Kaxxa 3

Numru tal-liċenzja FLEGT

Indika n-numru tal-liċenzja.

Kaxxa 4

Data ta' skadenza

Indika d-data tal-iskadenza tal-liċenzja.

Kaxxa 5

Pajjiż tal-esportazzjoni

Indika l-pajjiż sieħeb li minnu ġew esportati l-injam u l-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni.

Kaxxa 6

Kodiċi ISO

Indika l-kodiċi ta’ żewġ ittri għall-pajjiż sieħeb imsemmi fil-Kaxxa 5.

Kaxxa 7

Mezzi tat-trasport

Indika l-mezz ta’ trasport mill-punt tal-esportazzjoni

Kaxxa 8

Detentur tal-awtorizzazzjoni FLEGT

Indika l-isem u l-indirizz tal-esportatur.

Kaxxa 9

Deskrizzjoni kummerċjali

Indika n-natura tal-prodott

Kaxxa 10

Pożizzjoni u deskrizzjoni SA

Daħħal il-kodiċi tal-prodotti b’erba’ jew b’sitt ċifri stabbilit f’konformità mas-sistema armonizzata ta’ deskrizzjoni u kodifikazzjoni tal-oġġetti.

Kaxxa 11

Ismijiet komuni jew xjentifiċi

Indika l-ismijiet komuni jew xjentifiċi tal-kategorija tal-injam użata fil-prodott. Jekk jidħlu bosta kategoriji fil-kompożizzjoni ta’ prodott, uża linja separata għal kull kategorija. Mhux obbligatorju fil-każ ta’ prodotti komposti jew komponenti li jkun fihom bosta kategoriji li ma jistgħux jiġu identifikati (particleboard, pereżempju).

Kaxxa 12

Pajjiż tal-ħsad

Indika l-pajjiżi fejn inħasdu l-kategoriji tal-injam imsemmija fil-kaxxa 10. Jekk bosta kategoriji jidħlu fil-kompożizzjoni tal-prodott, indika l-pajjiż tal-ġbir ta’ kull kategorija ta’ injam użata. Mhux obbligatorju fil-każ ta’ prodotti komposti jew komponenti li jkun fihom bosta kategoriji li ma jistgħux jiġu identifikati (particleboard, pereżempju).

Kaxxa 13

Kodiċijiet ISO

Indika l-kodiċi ISO tal-pajjiżi (kodiċi tal-pajjiżi) msemmijin fil-kaxxa 12. Mhux obbligatorju fil-każ ta’ prodotti komposti jew komponenti li jkun fihom bosta kategoriji li ma jistgħux jiġu identifikati (particleboard, pereżempju).

Kaxxa 14

Volum (m3)

Indika l-volum globali f’m3. Mhux obbligatorju, ħlief jekk l-informazzjoni msemmija fil-kaxxa 15 tħalliet barra.

Kaxxa 15

Piż Nett (kg)

Indika l-piż totali f’kg, jiġifieri l-massa netta tal-injam jew tal-prodotti derivati mingħajr kontenituri immedjati u lanqas ippakkjar, ħlief bearers, spacers, tikketti, eċċ. Mhux obbligatorju, ħlief jekk l-informazzjoni msemmija fil-kaxxa 14 tħalliet barra.

Kaxxa 16

Għadd ta’ unitajiet

Indika l-għadd ta’ unitajiet, meta prodott manifatturat ikun ikkwantifikat l-aħjar b’dan il-mod. Mhux obbligatorja.

Kaxxa 17

Marki ta’ distinzjoni

Indika, fejn ikun il-każ, kull marka distintiva, bħal mhuwa n-numru tal-lott jew n-numru tal-polza tat-tagħbija. Mhux obbligatorja.

Kaxxa 18

Firma u timbru tal-awtorità tal-ħruġ

Il-kaxxa għandu jkollha l-firma tal-uffiċjal awtorizzat u t-timbru uffiċjali tal-awtorità responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji, bl-indikazzjoni tal-post u tad-data.

ANNESS VI

TERMINI TA’ REFERENZA TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

1.   Prinċipji

L-awditjar indipendenti jitwettaq skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim. L-awditjar indipendenti jittratta s-SVL li tiżgura li l-prodotti elenkati fl-Anness I maħsuda, trasportati, ipproċessati, esportati, importati jew mibjugħa jikkonformaw mal-kriterji tal-legalità u tat-traċċabbiltà. Is-SVL tiżgura wkoll li l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji toħroġ il-liċenzji biss għall-ispedizzjonijiet li jikkonformaw mar-rekwiżiti tagħha.

It-termini ta’ referenza, li huma s-suġġett ta’ dan l-Anness, jiddeskrivu l-għanijiet, il-kompiti u l-metodoloġija tal-awditu indipendenti, kif ukoll l-metodi għat-tfassil tar-rapporti tal-awditur indipendenti. Dan l-Anness jipprovdi wkoll is-sorsi ewlenin ta’ informazzjoni u jimpenja lill-Partijiet biex jappoġġaw u jiffaċilitaw l-attivitajiet tal-awditur indipendenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni. It-termini ta’ referenza jiddeskrivu l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa u jiffurmaw il-bażi għat-tħejjija ta’ dokumenti tal-offerti aktar dettaljati meta jiġi reklutat l-awditur indipendenti.

2.   Għanijiet

L-għan tal-awditu indipendenti huwa li jivvaluta l-implimentazzjoni tajba u l-effettività tas-SVL.

3.   Kompiti

Il-kompiti tal-awditur indipendenti għandhom jinkludu, iżda mhumiex limitati għall-elementi li ġejjin:

a)

l-iżvilupp ta’ manwal tal-awditjar li jagħti dettalji dwar l-operazzjonijiet kollha tal-awditjar, inklużi metodi u għodod għall-ġbir ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tad-data rilevanti u l-produzzjoni tar-rapporti. Dan il-manwal tal-awditjar jindika wkoll il-mod kif l-ilmenti jiġu ttrattati u l-proċeduri li jippermettu l-iżgurar tal-indipendenza u tal-kunfidenzjalità tax-xogħol tal-awdituri;

b)

l-awditjar tas-SVL: l-awditur indipendenti jiżgura li s-SVL topera b’mod effettiv u f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-Ftehim. B’mod aktar speċifiku, l-awditu jkopri l-komponenti li ġejjin:

is-sistema tal-ħruġ tat-titoli tal-użu, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni,

is-sistema tal-kontroll u tal-verifika tal-legalità (l-Annessi II u III),

is-sistema tal-kontroll u tal-verifika tat-traċċabbiltà (l-Anness III),

is-sistema tal-ħruġ tal-liċenzji FLEGT (l-Anness V),

is-sistema tal-ġestjoni tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità fil-qafas tas-SVL (l-Anness III),

il-funzjonament tal-awtoritajiet responsabbli għall-verifika u għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT (l-Annessi III u V);

c)

l-identifikazzjoni tal-lakuni u tad-dgħufijiet fl-implimentazzjoni (1) u matul il-fażi operazzjonali (2) tas-SVL u s-suġġeriment tar-rakkomandazzjonijiet lill-KKI;

d)

il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ miżuri korrettivi deċiżi mill-KKI biex jegħleb in-nuqqasijiet u d-dgħufijiet identifikati fir-rapporti ta’ kontroll u ta’ verifika;

e)

it-tfassil ta’ rapport dwar is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet lill-KKI, li jippubblika regolarment is-sommarju ta’ dawn ir-rapporti;

f)

it-twettiq ta’ kwalunkwe stħarriġ, analiżi jew studju ieħor mitlub mill-KKI biex jissostanzja b’mod ulterjuri l-awditu indipendenti.

4.   Metodoloġija

L-awditur indipendenti huwa obbligat li:

juri professjonaliżmu u integrità f’kull ħin u fiċ-ċirkostanzi kollha;

jikkonforma mal-aħjar prattiki nazzjonali u internazzjonali billi jsegwi r-referenzi tal-istandards ISO 19011 (3) u 17021 (4) jew standards ekwivalenti;

jibbaża s-sejbiet tiegħu fuq elementi fattwali u fuq evidenza, b’mod partikolari miksuba minn stħarriġiet fuq il-post u minn awditi dokumentarji;

jikkonsulta l-partijiet ikkonċernati kollha u b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet attivi fl-osservazzjoni indipendenti tal-attivitajiet tal-qtugħ tas-siġar għall-injam.

Il-manwal tal-awditjar imsemmi fil-punt 3 propost mill-awditur indipendenti jiġi eżaminat u approvat mill-KKI qabel ma l-awditur indipendenti jkun jista’ jibda l-attivitajiet tal-awditjar f’konformità mal-manwal approvat.

4.1.   Skeda tax-xogħol

Matul l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tas-SVL, l-awditur indipendenti jħejji u jissottometti l-manwal tal-awditjar kif ukoll pjan tal-awditjar lill-KKI u jwettaq awditjar inizjali. Matul dan l-awditu inizjali, l-awditur indipendenti huwa obbligat li jorganizza laqgħa ta’ ftuħ li matulha jiżgura fehim komuni tal-mandat tiegħu fost il-gruppi differenti ta’ atturi (is-soċjetà ċivili, it-tmexxija tradizzjonali, is-settur privat, il-ministeri u strutturi oħra tal-gvern). Din il-laqgħa hija wkoll l-opportunità biex jinġabru l-aspettattivi u r-rakkomandazzjonijiet tal-parteċipanti fir-rigward ta’ dan l-eżerċizzju tal-awditjar. Fis-snin sussegwenti, l-awditur indipendenti għandu jwettaq awditi annwali għal perjodu ta’ mill-inqas erba’ snin. Minn hemm’ il quddiem, din il-frekwenza għandha tiġi riveduta mill-KKI. L-awditur indipendenti jista’ jwettaq ukoll awditi mhux imħabbra u immedjati, fuq talba tal-Partijiet u wara l-approvazzjoni mill-KKI.

Fl-aħħar ta’ kull awditu, tiġi organizzata laqgħa mill-awditur indipendenti biex jiġu rrapportati r-riżultati lid-diversi atturi. Din il-laqgħa hija l-opportunità biex jiġi ppreżentat ir-rapport sommarju approvat mill-KKI.

4.2.   Ambitu tax-xogħol

L-attivitajiet tal-awditur indipendenti jkopru l-kompiti kollha elenkati fil-punt 3 f’konformità mal-manwal tal-awditjar.

Matul l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u qabel ma s-SVL tkun kompletament operattiva, l-awditu indipendenti jista’ jkopri partijiet minnu identifikati mill-KKI.

Fil-fażi operazzjonali, l-awditu indipendenti jkopri l-attivitajiet kollha relatati mal-verifika: is-sistema ta’ verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà, is-sistema tal-ħruġ tal-liċenzji FLEGT, is-sistema tal-ġestjoni ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità fil-qafas tas-SVL u l-attivitajiet tal-korpi responsabbli għall-verifika u għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT.

Sabiex jiġi ddeterminat jekk każijiet possibbli ta’ nuqqas ta’ konformità fil-livell tal-kontroll u fuq il-post humiex fil-fatt identifikati matul il-verifika, l-awditur indipendenti jawditja wkoll l-attivitajiet rilevanti:

l-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ tat-titoli tal-użu, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni,

l-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli tal-legalità u tat-traċċabbiltà,

l-operaturi, il-proċessuri, l-importaturi, l-esportaturi u n-negozjanti.

L-awditur indipendenti jagħżel l-attivitajiet rilevanti abbażi ta’ analiżi tar-riskji u, fejn xieraq, billi jqis il-prijoritajiet identifikati mill-KKI.

4.3.   Akkwist u Mmaniġġjar tad-Data

Il-manwal tal-awditjar għandu jiddeskrivi l-proċeduri u l-prattiki tal-ġbir tal-evidenza, inklużi l-awditi fuq il-post, l-istħarriġ, l-intervisti u l-eżami tad-dokumentazzjoni. Għandu jiddeskrivi wkoll kif l-awditur indipendenti jwieġeb għall-ilmenti dwar ix-xogħol tiegħu stess. Id-data miġbura hija pproċessata b’mod oġġettiv (abbażi ta’ analiżi legali, ta’ kontroll tas-sistema tal-ġestjoni tad-data, f’konformità mar-regoli etiċi applikabbli għall-ġestjoni ta’ din id-data, eċċ.).

4.4.   Sistemi ta’ verifika

Abbażi ta’ sejbiet u ta’ evidenzi tal-awditu dokumentati u arkivjati li kienu nkisbu permezz ta’ rieżami tad-dokumenti, intervisti, żjarat fuq il-post u ġbir ta’ data, l-awditur indipendenti jidentifika:

Il-każijiet tan-nuqqas ta’ konformità identifikati matul il-verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà u l-miżuri korrettivi li għandhom l-għan li jindirizza dawn il-każijiet tan-nuqqas ta’ konformità,

il-punti b’saħħithom kif ukoll dawk dgħajfa tas-SVL (li għandhom jitqiesu bħala opportunitajiet għal titjib) li se jagħmluha possibbli li jiġu mmirati l-azzjonijiet biex itejbu l-funzjonament u l-effettività tas-SVL.

4.5.   Riżorsi u awtorizzazzjonijiet adegwati

L-awditur indipendenti għandu biżżejjed riżorsi u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa biex iwettaq xogħlu.

4.6.   Sistema ta’ ġestjoni dokumentata

L-awditur indipendenti għandu sistema ta’ ġestjoni dokumentata adegwata biex jiżgura li l-persunal tiegħu jkollu l-ħiliet u l-esperjenza meħtieġa biex iwettaq awditjar effettiv u biex japplika l-kontroll u s-superviżjoni interni meħtieġa.

5.   Rapporti u tixrid

L-awditur indipendenti għandu jaderixxi mal-istruttura u mal-approċċ stabbiliti fil-manwal tal-awditjar għat-tħejjija tar-rapporti tiegħu, kif miftiehem mal-KKI. L-awditur indipendenti għandu:

jirrapporta dwar l-attivitajiet f’konformità mal-ippjanar miftiehem mal-KKI;

iħejji u jissottometti manwal tal-awditjar u pjan tal-awditjar li għandhom jiġu approvati mill-KKI qabel it-twettiq tal-awditu;

iħejji r-rapporti tiegħu f’konformità mal-prinċipji tal-awditi rikonoxxuti internazzjonalment u kif speċifikati fil-manwal tal-verifika;

jippreżenta rapport preliminari lill-KKI għall-kummenti;

jippreżenta rapport finali lill-KKI (abbażi tal-osservazzjonijiet riċevuti dwar ir-rapport preliminari u dwar l-evidenza miġbura), li jkun fih l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-programm tal-awditjar u l-funzjonament tas-SVL;

iħejji rapport sommarju, li l-KKI għandu jivvalida għat-tixrid mal-pubbliku ġenerali. Ir-rapport sommarju huwa bbażat fuq ir-rapport sħiħ u jiġbor fil-qosor ir-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet ewlenin tiegħu, inklużi dwar id-dgħufijiet u l-punti b’saħħithom identifikati tas-SVL.

6.   Mezzi u sorsi ta’ informazzjoni

Il-mezzi ewlenin ta’ aċċess għall-informazzjoni jinkludu:

l-eżami tad-dokumenti u tar-reġistrazzjonijiet (rapporti, pjanijiet, reġistri, formoli, folders, skedi, siti web, bażijiet ta’ data u oħrajn);

iż-żjarat fuq il-post;

l-intervisti mal-persuni involuti fis-SVL u ma’ persuni oħra b’għarfien espert fil-kwistjoni;

il-konsultazzjonijiet u l-laqgħat mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Rigward iż-żjarat fuq il-post, l-awditur indipendenti għandu jkollu aċċess għaż-żoni fejn ir-riżorsi tal-foresti jiġu użati, trasportati, ipproċessati u mibjugħa, kif ukoll għall-punti ta’ importazzjoni u esportazzjoni.

Il-Kosta tal-Avorju għandha tiżgura li l-awditur indipendenti jkollu aċċess sħiħ għall-informazzjoni, għad-dokumenti u għall-bażijiet ta’ data kollha li huma importanti jew rilevanti biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tajba u l-effettività tas-SVL. F’każ ta’ dubju dwar l-importanza, ir-rilevanza jew il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni għall-awditu indipendenti, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-KKI. L-aċċess għall-informazzjoni jinkludi l-informazzjoni miżmuma mill-Ministeru responsabbli għall-foresti u informazzjoni miżmuma minn ministeri u aġenziji governattivi oħra involuti fis-SVL. B’mod partikolari, l-awditur indipendenti għandu aċċess għall-informazzjoni mis-SVL u mill-komponenti tagħha u minn sorsi oħra, bħall-awditi ppubblikati minn pajjiżi oħra li stabbilixxew skema għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT.

Il-partijiet involuti li jistgħu jipprovdu informazzjoni rilevanti huma:

a)

L-atturi statali:

il-Ministeru responsabbli għall-foresti kif ukoll il-Ministeri l-oħra u aġenziji oħra tal-gvern involuti fis-SVL. Dawn l-amministrazzjonijiet kollha jitqiesu bħala sorsi ewlenin ta’ informazzjoni biex jinformaw lill-awditur indipendenti.

b)

L-atturi mhux statali:

l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (b’mod partikolari dawk responsabbli għall-osservazzjoni indipendenti) u l-NGOs internazzjonali involuti fis-setturi relatati mas-SVL,

l-organizzazzjonijiet responsabbli għas-sistemi privati ta’ ċertifikazzjoni volontarja tal-legalità u tat-traċċabbiltà,

l-operaturi privati (operaturi tal-foresti, proċessuri, esportaturi u oħrajn),

it-tmexxijiet tradizzjonali,

id-ditti ta’ konsulenza, il-persuni b’għarfien espert fil-qasam u l-esperti.

7.   Kwalifiki meħtieġa

a)

L-awditur indipendenti jrid ikun kapaċi juri l-kwalifiki li ġejjin:

esperjenza ppruvata fl-awditjar u fil-valutazzjoni tal-konformità fil-ġestjoni tal-foresti, fl-ipproċessar tal-injam, fit-traċċabbiltà tal-injam, fid-dwana u fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-katina tal-provvista;

għarfien tajjeb tal-kummerċ nazzjonali, subreġjonali (il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent, ECOWAS) u internazzjonali tal-injam u tal-prodotti tal-injam u tas-settur tal-foresti kummerċjali;

għarfien tajjeb tal-industrija bbażata fuq il-foresti fil-Kosta tal-Avorju;

kompetenzi eċċellenti ta’ komunikazzjoni orali u bil-miktub bil-Franċiż;

ħila ppruvata li jaħdem ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet involuti;

tal-inqas ikun iċċertifikat ISO 9001 (5);

għarfien tajjeb tal-istandards ISO 19011 u 17021 jew ta’ standards ekwivalenti.

b)

L-awditur indipendenti jrid jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

ma jrid ikollu l-ebda kunflitt ta’ interess li jirriżulta minn relazzjoni organizzattiva jew kummerċjali kif meħtieġ mill-istandards ISO 19011 u 17021 jew minn standards ekwivalenti;

ma jrid ikollu l-ebda interess dirett fil-ġestjoni tal-foresti, fl-ipproċessar tal-injam, fil-kummerċ tal-injam jew fir-regolamentazzjoni fis-settur tal-foresti kif ukoll f’setturi oħra tal-attivitajiet kkonċernati mis-SVL;

irid juża persunal kwalifikat u esperjenzat għall-awditjar;

irid ikollu sistema ta’ kontroll tiegħu stess li jikkonforma mal-istandards ISO 9001, 19011 u 17021 jew ma’ standards ekwivalenti.

c)

Barra minn hekk, l-awditur indipendenti għandu jkun jista’:

jistabbilixxi mekkaniżmu trasparenti għat-trattament tal-ilmenti fir-rigward tal-awditu indipendenti.

8.   Proċess ta’ għażla u arranġamenti istituzzjonali

Il-proċess tas-sejħa għall-offerti huwa miftuħ għall-istituzzjonijiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet rilevanti, inklużi l-korpi mingħajr skop ta’ qligħ, l-istituzzjonijiet akkademiċi u ċ-ċentri ta’ riċerka.

L-evalwazzjoni tal-offerti għandha tkun trasparenti u l-kriterji applikati għandhom isiru pubbliċi. Il-proċess tal-għażla tal-awditur indipendenti għandu jinkludi d-diliġenza dovuta lejn l-entitajiet li jikkompetu, skont l-istandards stabbiliti mill-KKI. Ir-rapport tal-evalwazzjoni tal-offerti għandu jsir pubbliku.

Id-dokumenti tal-offerti aktar dettaljati mħejjija abbażi ta’ dan l-Anness meta jiġi reklutat l-awditur indipendenti huma soġġetti għall-approvazzjoni mill-KKI. Il-Kosta tal-Avorju tiffinalizza r-reklutaġġ tal-awditur indipendenti wara notifika ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni mill-KKI.

9.   Finanzjament tal-awditu indipendenti

Il-Partijiet għandhom sussegwentement jaqblu dwar il-mekkaniżmu għall-finanzjament tal-awditu indipendenti filwaqt li jiżguraw l-indipendenza tiegħu.


(1)  It-terminu “implimentazzjoni” hawnhekk huwa mifhum bħala l-fażi tal-bini tas-SVL.

(2)  It-terminu “fażi operazzjonali” hawnhekk huwa mifhum bħala l-fażi ta’ wara l-validazzjoni tas-SVL.

(3)  Linji gwida għall-awditjar tas-sistemi ta’ ġestjoni

(4)  Rekwiżiti applikabbli għall-korpi li jwettqu l-awditjar u ċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni

(5)  Sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità.

ANNESS VII

KRITERJI GĦALL-EVALWAZZJONI INDIPENDENTI TAS-SISTEMA TA’ VERIFIKA TAL-LEGALITÀ (SVL)

1.   Dispożizzjonijiet Ġenerali

Is-SVL tal-Kosta tal-Avorju għandha l-għan li tiżgura l-legalità tal-injam u tal-prodotti derivati. Is-SVL għandha tkun soġġetta għal evalwazzjoni indipendenti qabel id-dħul fis-seħħ tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT għall-esportazzjonijiet tal-injam u tal-prodotti derivati tal-Kosta tal-Avorju lejn l-Unjoni. Dan l-Anness jispeċifika l-kriterji għall-evalwazzjoni indipendenti ta’ din is-sistema, f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan il-Ftehim. L-għan tiegħu huwa li jiddetermina l-funzjonament tajjeb u l-kredibbiltà tas-SVL sabiex il-Partijiet ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar il-bidu tal-fażi operattiva tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT. L-evalwazzjoni indipendenti hija għalhekk differenti mill-awditu indipendenti. Filwaqt li dan tal-aħħar jirrappreżenta funzjoni permanenti fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, l-evalwazzjoni indipendenti għandha ssir biss qabel il-bidu tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT.

2.   Għan tal-evalwazzjoni

Biex jiġi appoġġat it-teħid ta’ deċiżjoni mill-Partijiet dwar il-bidu tal-fażi operazzjonali tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT, l-evalwazzjoni għandha tivvaluta:

il-funzjonament, il-kredibbiltà u l-effettività tas-SVL;

ir-reviżjonijiet possibbli tas-SVL li jsiru wara l-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim,

il-kapaċità tal-atturi involuti fis-SVL biex jaqdu r-rwol tagħhom, kull wieħed f’dak li jirrigwardah, kif previst f’dan il-Ftehim u fl-Annessi tiegħu.

3.   Metodu tal-implimentazzjoni tal-evalwazzjoni

L-evalwazzjoni tas-SVL titwettaq skont approċċ gradwali. In-nuqqasijiet u d-dgħufijiet tas-sistema, identifikati matul l-evalwazzjoni huma indirizzati progressivament permezz tal-implimentazzjoni ppjanata tal-miżuri korrettivi, kif miftiehem mill-Partijiet f’laqgħa tal-KKI, sa ma jintlaħaq livell meqjus sodisfaċenti mill-Partijiet.

L-evalwazzjoni tas-SAL għandha tqis l-awditi indipendenti preċedenti mwettqa fuq partijiet tas-SAL identifikati mill-KKI, kif stabbilit fl-Anness VI.

Il-mandat u t-termini ta’ referenza tal-evalwazzjoni indipendenti huma s-suġġett ta’ ftehim bejn il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni waqt laqgħa tal-KKI. Il-kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti f’dan l-Anness jiffurmaw il-bażi ta’ dan il-mandat u tat-termini ta’ referenza.

4.   Kriterji ta’ valutazzjoni

4.1.   Definizzjoni ta’ injam prodott legalment

L-injam prodott legalment huwa definit fl-Artikoli 1 u 7 u fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim u din id-definizzjoni hija kkompletata mill-manwal ta’ verifika li jidentifika l-verifikaturi. Id-definizzjoni ta’ injam prodott legalment għandha tkun ċara, oġġettivament verifikabbli u operazzjonalment applikabbli, u għandha tirreferi mill-inqas għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-oqsma li ġejjin:

id-drittijiet tal-ġbir: l-allokazzjoni ta’ konċessjonijiet tal-foresti u drittijiet oħra ta’ aċċess għall-ġbir tal-injam fil-limiti definiti legalment;

l-operazzjonijiet forestali: il-konformità mar-rekwiżiti legali u tekniċi għall-ġestjoni tal-foresti u għat-twettiq tal-operazzjonijiet forestali, b’mod partikolari l-konformità mal-leġiżlazzjonijiet soċjali u ambjentali applikabbli;

id-dazji u t-taxxi: il-konformità mar-rekwiżiti legali dwar it-taxxi, it-tariffi u kwalunkwe sistema oħra ta’ dħul relatati direttament mal-ġbir tal-injam u mad-drittijiet tal-ġbir;

l-utenti l-oħra: il-konformità, fejn xieraq, mal-liġijiet tal-art jew mal-liġijiet tal-użu relatati mal-artijiet u mar-riżorsi ta’ partijiet oħra, li jistgħu jiġu affettwati mil-liġijiet tal-ġbir tal-injam;

il-kummerċ u d-dwana: il-konformità mar-rekwiżiti legali għal proċeduri kummerċjali u doganali.

Il-mistoqsijiet ewlenin li l-evalwazzjoni tindirizza f’dan il-qasam huma li ġejjin:

Id-dispożizzjonijiet legali huma identifikati b’mod ċar fid-definizzjoni ta’ injam prodott legalment?

Jista’ jiġi identifikat b’mod ċar liema strument legali huwa l-bażi ta’ kull element tad-definizzjoni ta’ injam prodott legalment?

Il-prinċipji, il-kriterji u l-indikaturi li jippermettu l-kejl tal-konformità ma’ kull element tad-definizzjoni ta’ injam prodott legalment huma speċifikati?

Il-verifikaturi li jivverifikaw il-konformità mal-prinċipji, mal-kriterji u mal-indikaturi tad-definizzjoni ta’ injam prodott legalment jistrieħu fuq referenzi legali dokumentati?

Il-verifikaturi huma ċari, oġġettivi u applikabbli fuq il-pjan operattiv? Huma xierqa u adegwati biex jikkonfermaw il-konformità mal-indikatur?

Id-definizzjoni ta’ injam prodott legalment tkopri l-kundizzjonijiet legali ewlenin tal-liġijiet u tar-regolamenti fis-seħħ fl-oqsma identifikati fl-ewwel subparagrafu?

Fil-każ ta’ modifika fid-definizzjoni ta’ injam prodott legalment wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-mistoqsijiet ewlenin komplementari huma dawn li ġejjin:

Il-partijiet ikkonċernati rilevanti ġew ikkonsultati dwar il-modifiki li saru u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom tqiesu?

Il-liġijiet u r-regolamenti speċifiċi li għandhom jiġu applikati għal kull element ġdid tad-definizzjoni ta’ injam prodott legalment huma identifikati b’mod ċar?

Il-verifikaturi li jikkorrispondu għal aġġustamenti possibbli fid-definizzjoni ta’ injam prodott legalment kienu identifikati b’mod ċar?

Il-modifiki saru f’konformità ma’ dan il-Ftehim?

4.2.   Kamp ta’ applikazzjoni tas-SVL

Is-SVL tkopri l-prodotti identifikati fl-Anness I u s-sorsi tal-injam deskritti fil-punt 3.1 tal-Anness III. Qabel id-dħul fis-seħħ tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT għall-esportazzjonijiet tal-injam mill-Kosta tal-Avorju lejn l-Unjoni, is-SVL tal-inqas tagħmilha possibbli li jiġi vverifikat li l-injam u l-prodotti derivati maħsuba biex jintbagħtu jew jiġu kkummerċjalizzati lejn is-suq tal-Unjoni jkunu ġew prodotti legalment.

Il-mistoqsijiet ewlenin li l-evalwazzjoni tindirizza f’dan il-qasam huma li ġejjin:

Il-prodotti li huma parti mill-kamp ta’ applikazzjoni elenkati fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim huma kollha koperti mis-SVL?

Is-sorsi differenti tal-injam imsemmija fil-punt 3.1 tal-Anness III ta’ dan il-Ftehim huma koperti mis-SVL?

L-injam mid-deforestazzjoni u mir-reklamazzjoni u l-injam maqbud huma identifikati matul il-katina tal-provvista, koperti mis-SVL u esklużi milli jiksbu liċenzja FLEGT?

L-injam fi tranżitu u l-prodotti tal-injam lesti importati huma separati mill-katina tal-provvista u esklużi milli jiksbu liċenzja FLEGT?

L-atturi involuti fis-SVL huma kapaċi jaqdu r-rwol tagħhom, kif previst f’dan il-Ftehim u fl-Annessi tiegħu?

4.3.   Kontroll

L-għan tal-kontrolli tal-legalità huwa li jiġi żgurat li l-operaturi jkunu kostitwiti u awtorizzati legalment u li l-attivitajiet tal-industrija kollha bbażata fuq il-foresti jkunu legali. L-għan tal-kontrolli tat-traċċabbiltà huwa li tiġi traċċata r-rotta tal-injam mill-post tal-qtugħ sal-punt tal-kummerċjalizzazzjoni u/jew tal-esportazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-katina tal-provvista tkun issiġillata.

Dan il-livell ikopri l-kontrolli tas-soltu mwettqa mill-istrutturi kompetenti tal-Istat, kif previst fil-qafas legali u fil-manwali tal-proċeduri. Dawn il-kontrolli huma mmirati lejn l-operaturi kollha fis-settur: l-operaturi, il-proċessuri, l-esportaturi, l-importaturi u n-negozjanti.

Għalhekk, l-evalwazzjoni għandha l-għan li tiżgura li l-kontrolli tal-legalità u tat-traċċabbiltà, kif imwettqa, ikunu bbażati fuq proċeduri ċari, dettaljati u aċċessibbli u li jitwettqu b’mod li jippermetti l-verifika tal-legalità u t-traċċabbiltà. Sabiex jiġi ddeterminat jekk każijiet possibbli ta’ nuqqas ta’ konformità fil-livell tal-kontroll u fuq il-post humiex fil-fatt identifikati matul il-verifika, l-evalwazzjoni għandha tkopri l-attivitajiet rilevanti:

l-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ tat-titoli tal-użu, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni,

l-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli tal-legalità u tat-traċċabbiltà,

l-operaturi, il-proċessuri, l-importaturi, l-esportaturi u n-negozjanti.

L-evalwatur għandu jagħżel l-attivitajiet rilevanti abbażi ta’ analiżi tar-riskji u, fejn xieraq, billi jqis il-prijoritajiet identifikati mill-KKI.

Il-mistoqsijiet ewlenin li l-evalwazzjoni tindirizza f’dan il-qasam huma li ġejjin:

Il-proċeduri tal-kontroll tal-legalità u tat-traċċabbiltà huma definiti b’mod ċar mill-amministrazzjonijiet kompetenti?

Il-verifikaturi jinħarġu b’mod regolari?

Il-verifikaturi jiġu arkivjati mill-atturi konċernati jew kompetenti kollha fil-ħin u f’format li jippermetti l-verifika tagħhom?

Il-punti kritiċi ta’ kontroll fil-katina tal-provvista huma identifikati u deskritti b’mod li jippermetti li t-traċċabbiltà tal-injam u tal-prodotti derivati tiġi vverifikata?

Id-data kwantitattiva tiġi rreġistrata b’mod li tista’ tiġi rikonċiljata f’ħin opportun mal-punti kritiċi ta’ kontroll preċedenti u sussegwenti fil-katina tal-provvista?

Il-manwali, il-linji gwida u dokumenti amministrattivi oħra kollha li fihom il-proċeduri ta’ kontroll imwettqa mid-diversi amministrazzjonijiet huma disponibbli pubblikament?

4.4.   Verifika

L-istadju tal-verifika jiżdied mal-istadju tal-kontroll, sabiex jiġu ggarantiti l-legalità u t-traċċabbiltà tal-injam u tal-prodotti derivati. Għalhekk, il-verifika hija mmirata mhux biss lejn l-operaturi iżda wkoll lejn l-istrutturi kompetenti tal-Istat għall-ħruġ taċ-ċertifikati u għall-kontroll.

L-evalwazzjoni għandha l-għan li tiżgura li l-verifiki tal-legalità u tat-traċċabbiltà kif imwettqa jkunu rigorużi u effettivi biżżejjed biex jinkixef kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-SVL u biex jiġi żgurat li l-ebda injam ta’ oriġini illegali jew mhux magħrufa ma jidħol fil-katina tal-provvista jew jiġi esportat lejn l-Unjoni.

Il-mistoqsijiet ewlenin li l-evalwazzjoni tindirizza f’dan il-qasam huma li ġejjin:

Is-CNGF huwa stabbilit u kapaċi jiżgura t-tmexxija tal-implimentazzjoni tas-SVL u jiżgura l-funzjonijiet tiegħu fis-sistema tal-ġestjoni tal-ilmenti marbutin mas-SVL?

Id-dipartiment responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà huwa maħtur mill-amministrazzjoni tal-foresti, huwa kapaċi jassisti lis-CNGF u jiżgura l-funzjonijiet assenjati lilu f’dan il-Ftehim?

L-amministrazzjoni tal-foresti approvat aġenzija waħda jew aktar biex twettaq attivitajiet ta’ verifika fi proċess miftuħ, trasparenti u konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III?

Il-manwal ta’ verifika ġie żviluppat fil-qafas ta’ proċess parteċipattiv, approvat mill-KKI u ppubblikat mill-Kosta tal-Avorju? Huwa jagħmilha possibbli li jiġu żgurati rekwiżiti omoġenji ta’ verifika kif previst fl-Anness III?

Il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-partijiet ikkonċernati u tal-entitajiet ta’ verifika kollha huma identifikati b’mod ċar għal kull indikatur u verifikatur?

L-aġenziji ta’ verifika huma kapaċi jwettqu l-awditi ta’ verifika kif previst mill-Anness III u mill-manwal ta’ verifika?

L-analiżi tar-riskji li abbażi tagħha l-aġenziji tal-verifika jiddeterminaw il-ħtiġijiet għal verifika tat-tieni livell u għal verifiki fuq il-post huma definiti fil-manwal ta’ verifika skont proċeduri komprensivi u prattiċi?

Ir-rapporti tal-awditi tal-aġenziji ta’ verifika kkompletati permezz ta’ data oħra fis-sistema tal-ġestjoni tad-data jippermettu lis-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jieħu d-deċiżjonijiet ta’ konformità jew ta’ nuqqas ta’ konformità dwar il-legalità u t-traċċabbiltà?

Fil-każ li kienu ġew stabbiliti proċeduri għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati privati, dawn huma operattivi u inklużi fil-manwal ta’ verifika?

Is-sistema tal-ġestjoni tad-data hija stabbilita, operattiva u konformi mar-rekwiżiti tal-Anness III?

Ġew żviluppati u ppubblikati l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-kisba tad-drittijiet ta’ aċċess għas-sistema tal-ġestjoni tad-data u għall-identifikazzjoni tad-data disponibbli għall-pubbliku? L-atturi involuti fis-SVL għandhom id-drittijiet ta’ aċċess u ta’ modifika xierqa fis-sistema tal-ġestjoni tad-data?

Il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati matul il-verifika huma rrapportati sabiex ikunu jistgħu jinġiebu elementi addizzjonali u azzjonijiet korrettivi għat-trattament tagħhom?

Il-grupp ta’ ħidma li fih id-diversi dipartimenti tal-amministrazzjonijiet ikkonċernati mis-SVL huma rrappreżentati u li l-kompitu tiegħu huwa li jgħin fit-trattament u fir-riżoluzzjoni tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal dan l-għan lid-dipartimenti kkonċernati, huwa maħluq u kapaċi jiżgura l-funzjonijiet assenjati lilu fl-Anness III?

Is-sistema tal-ġestjoni tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità tippermetti li jiġi żgurat li l-ebda injam ta’ oriġini illegali jew mhux magħrufa ma jidħol fil-katina tal-provvista jew jiġi esportat lejn l-Unjoni?

4.5.   Ħruġ tal-liċenzji u taċ-ċertifikati

Il-Kosta tal-Avorju fdat ir-responsabbiltajiet relatati mal-liċenzji FLEGT u maċ-ċertifikati ta’ legalità pubbliċi lill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji. Liċenzja FLEGT tinħareġ għal kull spedizzjoni esportata lejn l-Unjoni, filwaqt li jinħareġ ċertifikat ta’ legalità pubbliku għal kull spedizzjoni destinata għal swieq tal-esportazzjoni għajr dawk tal-Unjoni.

Il-mistoqsijiet ewlenin li jridu jiġu indirizzati mill-evalwazzjoni f’dan il-qasam huma li ġejjin:

L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji hija maħtura jew maħluqa mill-Ministru responsabbli għall-Foresti?

L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji stabbilixxiet proċeduri għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT? Dawn il-proċeduri, inklużi t-tariffi applikabbli, huma disponibbli għall-pubbliku?

L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji toħroġ liċenzji FLEGT biss għall-injam u għall-prodotti derivati li jkunu ġew ivverifikati u meqjusa legali kif previst f’dan il-Ftehim?

Ir-reġistri kompluti tal-liċenzji FLEGT u taċ-ċertifikati pubbliċi tal-legalità li ġew mogħtija u rrifjutati jinżammu?

Ir-rekwiżiti għal-liċenzji FLEGT huma definiti b’mod ċar u nnotifikati lill-esportaturi, kif ukoll lill-partijiet ikkonċernati?

Il-proċeduri stabbiliti għall-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiksbu kjarifiki dwar il-liċenzji FLEGT maħruġa fil-Kosta tal-Avorju?

4.6.   Osservazzjoni indipendenti u trasparenza

Is-SVL tintegra l-osservazzjoni indipendenti mwettqa mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex tinġabar u tiġi kondiviża informazzjoni kredibbli u verifikabbli dwar il-ġestjoni tal-foresti għat-titjib tal-governanza tal-foresti u għall-funzjonament tas-SVL.

Il-mistoqsijiet ewlenin li l-evalwazzjoni tindirizza f’dan il-qasam huma li ġejjin:

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jwettqu l-osservazzjoni indipendenti huma kapaċi jiżguraw din il-funzjoni kif previst f’dan il-Ftehim, b’mod partikolari l-Anness III?

Ir-rapporti tal-osservazzjoni indipendenti jiġu rreġistrati fis-sistema tal-ġestjoni tad-data u jitqiesu fil-proċess ta’ verifika, b’mod partikolari għall-analiżi tar-riskji?

L-organizzazzjonijiet li jimplimentaw attivitajiet ta’ osservazzjoni indipendenti huma awtorizzati jakkumpanjaw il-missjonijiet tal-awditi ta’ verifika mwettqa mill-aġenziji ta’ verifika, filwaqt li jirrispettaw il-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali?

L-aċċess għad-dokumenti previst f’dan il-Ftehim, b’mod partikolari fl-Anness IX, huwa garantit?

4.7.   Mekkaniżmu biex ikunu ttrattati lmenti

Hemm mekkaniżmu adegwat biex jiġu ġestiti l-ilmenti u t-tilwim li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tas-SVL. Dan il-mekkaniżmu jagħmilha possibbli li jiġi ttrattat kwalunkwe lment relatat mas-SVL.

Il-mistoqsijiet ewlenin li l-evalwazzjoni tindirizza f’dan il-qasam huma li ġejjin:

Il-mekkaniżmu tal-ġestjoni tal-ilmenti huwa deskritt, stabbilit u magħruf mill-partijiet ikkonċernati kollha?

Il-mekkaniżmu għall-ġestjoni tal-ilmenti jippermetti lid-diversi atturi involuti fis-SVL jissottomettu lmenti dwar il-kontrolli, il-verifika tal-legalità, it-traċċabbiltà kif ukoll dwar il-ħruġ tal-liċenzji FLEGT?

Il-mekkaniżmu għall-ġestjoni tal-ilmenti huwa operattiv u kredibbli?

5.   Ħatra, profil u kompiti tal-evalwatur indipendenti

L-evalwazzjoni indipendenti ssir minn korp indipendenti maħtur mill-Kosta tal-Avorju abbażi ta’ proċedura ta’ għażla trasparenti u kompetittiva, wara notifika ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni mill-KKI.

L-evalwatur indipendenti għandu jkun kapaċi juri l-kwalifiki li ġejjin:

esperjenza ppruvata fil-valutazzjoni tal-konformità fil-ġestjoni tal-foresti, fl-ipproċessar tal-injam, fit-traċċabbiltà tal-injam, fid-dwana u fis-sistemi tal-ġestjoni tal-katina tal-provvista;

għarfien tajjeb tal-industrija bbażata fuq il-foresti fil-Kosta tal-Avorju;

għarfien tajjeb tal-pjan ta’ azzjoni FLEGT u tal-proċessi ta’ negozjar u ta’ implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja;

ħila ppruvata li jaħdem ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet involuti;

għarfien tajjeb tal-istandards ISO 19011 u 17021 jew ta’ standards ekwivalenti.

L-għażla tal-evalwatur indipendenti hija ddeterminata skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

l-evalwatur għandu jinħatar permezz ta’ proċedura trasparenti;

ir-regoli għall-ħatra tal-evalwatur iridu jkunu ċari u aċċessibbli għall-pubbliku;

l-evalwatur irid ikun indipendenti u newtrali;

l-evalwatur ma għandux jippreżenta kunflitti ta’ interess li jirriżultaw minn relazzjoni organizzattiva jew kummerċjali kif meħtieġ mill-ISO 19011 u 17021 jew minn standards ekwivalenti;

l-evalwatur ma għandux ikollu interessi diretti fil-qtugħ tas-siġar għall-injam, fl-ipproċessar tal-injam, fil-kummerċ tal-injam jew fl-amministrazzjoni tal-foresti, kif ukoll f’setturi oħra ta’ attivitajiet koperti mis-SVL;

l-evalwatur indipendenti ma għandux ikun parti mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji jew minn strutturi ta’ kontroll;

l-evalwatur indipendenti għandu jkollu sistema ta’ kontroll tal-kwalità għax-xogħlijiet tiegħu u juri esperjenza rilevanti fit-twettiq ta’ xogħlijiet simili.

Il-kompiti ewlenin tal-evalwatur indipendenti huma li:

juża persunal kwalifikat u esperjenzat fl-awditi b’ħiliet eċċellenti ta’ komunikazzjoni orali u bil-miktub bil-Franċiż;

jiżviluppa manwal ta’ proċeduri li jagħti dettalji dwar l-istadji kollha tal-evalwazzjoni, inklużi l-metodi u l-għodod għall-ġbir tal-informazzjoni, tal-evalwazzjoni tad-data rilevanti u tal-produzzjoni tar-rapporti. Il-manwal tal-proċeduri jindika wkoll kif l-ilmenti se jiġu riċevuti u ġestiti, kif ukoll il-proċeduri li se jiżguraw l-indipendenza u l-kunfidenzjalità tax-xogħol tal-persunal tiegħu;

jissottometti l-manwal tal-proċeduri kif ukoll l-iskeda ta’ żmien għall-attivitajiet tiegħu għall-approvazzjoni mill-KKI qabel ma jibda l-evalwazzjoni nnifisha;

iwettaq il-valutazzjoni skont il-kriterji u r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness;

jiddetermina jekk is-SVL li fuqha hija bbażata l-iskema ta’ liċenzji FLEGT tissodisfax b’mod adegwat il-funzjonijiet tagħha.

Il-Partijiet għandhom sussegwentement jaqblu dwar il-mekkaniżmu għall-finanzjament tal-evalwazzjoni indipendenti filwaqt li jiżguraw l-indipendenza tagħha.

ANNESS VIII

MIŻURI TA’ AKKUMPANJAMENT

L-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Ftehim fil-Kosta tal-Avorju teħtieġ miżuri ta’ akkumpanjament għall-istituzzjonijiet u għall-atturi kkonċernati.

Il-provvista tar-riżorsi kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim hija soġġetta għall-proċeduri tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha għall-ipprogrammar tal-kooperazzjoni mal-Kosta tal-Avorju kif ukoll għall-proċeduri baġitarji tal-Kosta tal-Avorju stess.

Il-miżuri ta’ akkumpanjament jirriżultaw mill-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati, mill-konklużjonijiet u mir-rakkomandazzjonijiet minn testijiet fuq il-post, kif ukoll mir-rakkomandazzjonijiet minn diversi proġetti u studji dwar is-settur tal-foresti fil-Kosta tal-Avorju.

Il-Partijiet għandhom jidentifikaw il-miżuri ta’ akkumpanjament meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. L-identifikazzjoni tal-miżuri ta’ akkumpanjament tinkludi:

it-tħejjija tal-baġits għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, li jispeċifikaw l-appoġġ mogħti mir-riżorsi tal-Kosta tal-Avorju u l-appoġġ mogħti mill-Unjoni u minn sħab oħra għall-iżvilupp,

rakkomandazzjoni dwar il-ħtieġa għal arranġament komuni li permezz tiegħu jiġu kkoordinati l-finanzjament u l-kontribuzzjonijiet tekniċi tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati Membri tal-Unjoni.

Il-miżuri ta’ akkumpanjament għandhom jiġu integrati fl-iskeda tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u fil-qafas tas-segwitu u tal-evalwazzjoni tal-progress mill-KKI. Il-miżuri ta’ akkumpanjament ikopru mill-inqas il-kategoriji u l-azzjonijiet strateġiċi li ġejjin:

a)

l-istabbiliment ta’ strutturi ta’ implimentazzjoni u t-tisħiħ tal-governanza u tal-koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-atturi kkonċernati l-oħra;

b)

l-iżvilupp tas-SVL;

c)

it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, b’mod partikolari:

l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tekniċi u operattivi tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għat-twettiq effettiv tal-osservazzjoni indipendenti;

l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tekniċi u operattivi tal-amministrazzjoni u tas-settur privat għal żvilupp effettiv u għall-konformità mas-SVL;

il-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-partijiet interessati biex jużaw il-fondi għall-implimentazzjoni ta’ proġetti u programmi relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

d)

l-appoġġ għall-inizjattivi li jikkontribwixxu għall-governanza tal-foresti u għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti;

e)

ir-restawr tal-kopertura tal-foresti, inkluż it-tiġdid tal-istokk tal-injam li jista’ jintuża, b’mod partikolari:

appoġġ għar-restawr tal-kopertura tal-foresti bl-ispeċijiet tal-foresti li jikbru malajr u bl-ispeċijiet tal-foresti tal-frott li jkollu interess ekonomiku għall-komunitajiet;

appoġġ għar-restawr tal-kopertura tal-foresti bi speċijiet lokali sabiex jiġu stabbiliti mill-ġdid u jiżdiedu s-servizzi tal-ekosistema tal-foresti u l-bijodiversità;

f)

it-tkomplija tar-riformi u tat-tisħiħ tal-qafas regolatorju u legali;

g)

appoġġ għal:

iċ-ċertifikazzjoni tal-artijiet taż-żoni tal-foresti;

ir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-foresti;

it-tixrid ta’ testi u proċeduri tal-foresti u tal-artijiet;

h)

il-kunsiderazzjoni tal-ġeneru fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u fil-governanza tal-foresti;

i)

it-tkomplija tar-riformi relatati, b’mod partikolari:

fis-suq nazzjonali tal-injam u tal-prodotti derivati;

fl-esportazzjoni tal-injam u tal-prodotti derivati;

fl-importazzjoni tal-injam u tal-prodotti derivati;

fil-verifika tal-legalità tal-injam u tal-prodotti derivati permezz tas-SVL;

j)

trasparenza u komunikazzjoni.

ANNESS IX

INFORMAZZJONI PPUBBLIKATA

1.   Għanijiet, prinċipji u bażijiet legali

L-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim teħtieġ il-pubblikazzjoni ta’ dokumenti u informazzjoni relatati mal-ġestjoni tal-foresti u mal-implimentazzjoni tar-regolamenti applikabbli għas-settur tal-foresti. Il-pubblikazzjoni ta’ dokumenti u informazzjoni dwar il-foresti għandha l-għan li tiffaċilita l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT u li tippromwovi l-governanza tajba fis-settur tal-foresti.

L-istituzzjonijiet u l-korpi pubbliċi għandhom obbligu li jinfurmaw lill-pubbliku. Id-dritt għall-informazzjoni ta’ interess pubbliku huwa rikonoxxut mil-leġiżlazzjoni Ivorjana fis-seħħ (1). Barra minn hekk, dan l-obbligu huwa bbażat fuq il-prinċipji li ġejjin: (i) li l-informazzjoni tkun aċċessibbli mingħajr ħlas jew għal prezz raġonevoli; (ii) li lista ta’ dokumenti pubbliċi u aċċessibbli ssir disponibbli għall-pubbliku; (iii) li l-informazzjoni tkun preċiża u aġġornata perjodikament; (iv) li l-informazzjoni tkun disponibbli b’mod permanenti jew f’waqtha; (v) li l-informazzjoni tiġi pprovduta f’formati xierqa għall-pubblikazzjoni; (vi) li l-whistleblowers, ix-xhieda, l-esperti, il-vittmi u l-qraba tagħhom, l-informaturi u l-membri tal-Awtorità Għolja għall-governanza tajba jgawdu minn protezzjoni speċjali mill-Istat kontra atti possibbli ta’ ritaljazzjoni jew intimidazzjoni.

L-informazzjoni li l-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jippubblikaw ġiet identifikata wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha u nġabret f’lista ta’ 10 kategoriji ta’ informazzjoni ppreżentata fil-punt 2. L-informazzjoni msemmija fil-punt 2(a) għandha tiġi pubblikata mill-KKI. L-informazzjoni msemmija fil-punt 2(b) sa (i) għandha tiġi ppubblikata mill-Kosta tal-Avorju. Il-punt 2(j) fih il-lista ta’ informazzjoni ppubblikata mill-Unjoni.

2.   Informazzjoni u dokumenti ppubblikati

a)

informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim:

it-test ta’ dan il-Ftehim bl-annessi kollha tiegħu u l-emendi sussegwenti tiegħu;

lista u sommarji tal-proġetti b’appoġġ għal dan il-Ftehim fil-Kosta tal-Avorju;

rapporti dwar proġetti mwettqa fil-Kosta tal-Avorju relatati ma’ dan il-Ftehim;

dokument uffiċjali dwar il-ħolqien, l-attribuzzjoni, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-korpi ta’ implimentazzjoni tas-SVL kif ukoll ir-regolament intern ta’ tal-KKI u, fejn applikabbli, il-proċeduri ta’ arbitraġġ;

memorandums tal-laqgħat tal-KKI;

rapporti annwali li jinkludu b’mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:

il-progress fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

il-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-KKI;

in-numru ta’ liċenzji FLEGT maħruġa mill-Kosta tal-Avorju;

in-numru ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji FLEGT irrifjutati;

il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità deċiżi mid-dipartiment responsabbli għal-legalità tal-foresti u tatt-traċċabbiltà u l-azzjonijiet meħuda biex dawn il-każijiet jiġu solvuti;

il-kwantitajiet annwali ta’ injam u prodotti derivati esportati lejn l-Unjoni;

in-numru ta’ liċenzji FLEGT riċevuti mill-Unjoni;

il-kwantitajiet ta’ injam u prodotti derivati importati fl-Unjoni skont il-qafas tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT, skont l-Istat Membru tal-Unjoni li fih tkun saret l-importazzjoni;

il-kwantitajiet ta’ injam u prodotti derivati importati fil-Kosta tal-Avorju u ta’ dawk fi tranżitu fit-territorju Avorjan;

termini ta’ referenza, proċeduri, programmi u rapporti tal-awditu indipendenti u tal-evalwazzjoni indipendenti;

rapport ta’ evalwazzjoni tal-offerti għall-awditu indipendenti.

b)

informazzjoni legali:

il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali ffirmati u ratifikati mill-Kosta tal-Avorju b’rabta mal-ġestjoni tal-foresti;

il-liġi dwar il-Kodiċi tal-Foresti u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu;

testi leġiżlattivi u regolamentarji oħra relatati ma’ dan il-Ftehim;

c)

informazzjoni dwar l-allokazzjoni tat-titoli:

proċeduri ta’ approvazzjoni għall-attivitajiet forestali;

lista ta’ soċjetajiet approvati skont it-tip ta’ approvazzjoni;

proċeduri u spejjeż għall-għoti ta’ diversi titoli tal-użu, tal-ipproċessar u tat-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-foresti,

informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-foresti u tal-agroforesti kif ukoll l-informazzjoni u r-riżultati tax-xogħlijiet tal-Kummissjoni Interministerjali dwar il-konċessjoni għall-ġestjoni tad-dominju privat tal-foresti tal-Istat,

titoli u speċifikazzjonijiet speċifiċi skont il-konċessjoni tal-foresti;

d)

informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-foresti:

lista ta’ foresti fid-dominju privat tal-Istat u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bi pjanijiet ta’ żvilupp jew mingħajrhom,

lista ta’ foresti sagri jew protetti b’xi mod ieħor, mappa tal-post u tal-erja,

lista ta’ foresti tal-persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata u tal-persuni fiżiċi, mappa tal-post u tal-erja,

lista ta’ żoni protetti, mappa tal-post u tal-erja,

lista u responsabbiltajiet tad-dipartimenti involuti fl-iżvilupp tal-foresti u tal-agroforesti,

proċeduri amministrattivi u tekniċi għat-tfassil u għall-validazzjoni ta’ pjanijiet ta’ żvilupp tal-foresti u tal-agroforesti, ta’ pjanijiet ta’ żvilupp simplifikati u ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni,

rapport dwar il-konsultazzjoni minn qabel tal-komunitajiet lokali kostali,

riżultati tax-xogħlijiet tal-kummissjoni għall-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ żvilupp,

pjanijiet ta’ żvilupp tal-foresti u tal-agroforesti, pjanijiet ta’ żvilupp simplifikati, pjanijiet ta’ ġestjoni u speċifikazzjonijiet approvati,

mapep tal-konċessjonijiet tal-foresti,

ftehimiet ta’ sħubija, kuntratti ta’ konċessjoni u kuntratti tal-użu,

rapporti annwali tad-Direttorat għar-Riforestazzjoni u tal-Katast tal-Foresti, erjas u mapep tar-riforestazzjoni mwettqa,

rapporti dwar l-istat tal-foresti (inventarju nazzjonali tal-foresti, kotba tal-mapep dwar il-foresti, oħrajn);

e)

informazzjoni dwar il-qtugħ tas-siġar għall-injam:

lista ta’ foresti kklassifikati, agroforesti u foresti ta’ persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata u ta’ persuni fiżiċi,

lista ta’ speċi protetti,

lista ta’ speċi pprojbiti milli jiġu użati,

lista ta’ konċessjonijiet eżistenti, mapep tal-post u tal-erjas,

lista ta’ konċessjonijiet taħt ftehimiet ta’ ġestjoni, mapep tal-post u tal-erjas,

lista ta’ konċessjonijiet awtorizzati għall-użu, mapep tal-post u tal-erjas,

lista ta’ konċessjonijiet li qed jitħaddmu,

lista ta’ foresti u pjantaġġuni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, mapep tal-post, tal-erjas,

lista ta’ foresti u pjantaġġuni ta’ persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata u ta’ persuni fiżiċi għall-użu, mapep tal-post u tal-erjas,

lista ta’ foresti kklassifikati, agroforesti u foresti ta’ persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata u ta’ persuni fiżiċi ’l fuq mit-8 parallel,

statistika dwar il-volumi użati skont l-ispeċi, il-kumpanija u t-titolu, kif ukoll l-erja u l-mapep tar-riforestazzjoni tal-istat fil-livell nazzjonali,

rapporti annwali tad-Direttorat għall-Produzzjoni u għall-Industrija tal-Foresti;

f)

informazzjoni dwar l-ipproċessar tal-injam:

lista ta’ unitajiet ta’ pproċessar attivi, kapaċitajiet u postijiet,

volumi annwali ta’ zkuk ipproċessati skont l-ispeċi,

volumi annwali mill-ewwel (1) operazzjoni ta’ pproċessar,

volumi annwali mit-tieni (2) operazzjoni ta’ pproċessar,

volumi annwali ta’ injam ipproċessat li tqiegħed fis-suq nazzjonali,

kwantitajiet annwali ta’ prodotti mit-tielet (3) operazzjoni ta’ pproċessar.

g)

informazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-injam:

lista ta’ operaturi approvati għall-esportazzjoni u għall-importazzjoni tal-injam,

volumi ta’ injam u ta’ prodotti derivati esportati skont il-kumpanija, it-tip ta’ prodott (il-kodiċi SA), l-ispeċi, il-punti tal-ispedizzjoni (distribuzzjoni skont il-livell tal-operazzjoni tal-ipproċessar) u skont id-destinazzjoni,

volumi ta’ injam u ta’ prodotti derivati esportati b’liċenzji FLEGT (tipi ta’ prodotti u destinazzjonijiet),

volumi jew kwantitajiet ta’ injam u ta’ prodotti derivati importati skont it-tip ta’ prodott, l-ispeċi u l-oriġini,

volumi ta’ injam u ta’ prodotti destinati għas-suq nazzjonali,

volumi annwali ta’ injam maqbud mibjugħ bi rkant pubbliku u b’donazzjonijiet,

kontribut tas-settur tal-foresti għall-PDG Avorjan,

numru ta’ persuni impjegati fl-intrapriżi tal-foresti;

h)

informazzjoni dwar il-kontribuzzjoni fiskali tas-settur tal-foresti:

lista tad-diversi taxxi u tariffi tal-foresti,

distribuzzjoni tad-diversi taxxi u tariffi tal-foresti,

ammonti annwali ta’ taxxi fuq il-bejgħ ta’ injam fi zkuk,

ammonti annwali ta’ taxxi tal-allokazzjoni tal-erja,

ammonti annwali tat-tariffi relatati mas-Servizzi fil-Komunità,

ammonti ta’ tariffi mħallsa lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-komunitajiet skont ir-reġjun jew il-lokalità,

ammonti ta’ penali li jirriżultaw mit-tilwim (inkluża r-riforestazzjoni kumpensatorja mhux imwettqa) u mit-tranżazzjonijiet fil-qasam tal-foresti.

i)

informazzjoni dwar is-SVL u l-ħruġ tal-liċenzji FLEGT:

lista taċ-ċertifikati pubbliċi tal-legalità maħruġa (isem tal-kumpanija, data tal-ħruġ, data tal-iskadenza, eċċ.),

lista tal-liċenzji FLEGT maħruġa,

manwal ta’ verifika li jinkludi:

proċeduri għar-rikonoxximent tas-sistemi u tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni privata,

proċeduri ta’ verifika tal-legalità,

proċeduri għall-ħruġ taċ-ċertifikati tal-legalità,

deskrizzjoni tas-sistema ta’ traċċabbiltà tal-injam fil-Kosta tal-Avorju,

deskrizzjoni tas-sistema tal-kontroll tal-foresti,

proċeduri għall-kontroll tal-katina tal-provvista tal-injam,

proċeduri għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT,

lista tas-sistemi privati ta’ ċertifikazzjoni u tal-korpi li jiċċertifikaw il-legalità/is-sostenibbiltà li huma rikonoxxuti mill-Kosta tal-Avorju fil-qafas tas-SVL,

rapporti ta’ missjonijiet ta’ kontroll tal-attivitajiet tal-foresti,

volumi annwali ta’ injam maqbud,

rapporti tal-osservazzjoni indipendenti u informazzjoni dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn dawn ir-rapporti,

rapporti tal-awditur indipendenti u informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi identifikati;

j)

informazzjoni ppubblikata mill-Unjoni:

kwantitajiet ta’ injam u ta’ prodotti derivati importati mill-Unjoni skont l-oriġini tagħhom skont l-iskema ta’ liċenzji FLEGT,

numru ta’ liċenzji FLEGT Avorjani li rċeviet l-Unjoni,

lista ta’ pajjiżi Ewropej li jimportaw l-injam Avorjan b’liċenzja FLEGT,

repożitorju tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-Unjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (2) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005,

regolamenti tal-UE dwar l-injam u t-testi sussegwenti tagħhom,

lista ta’ liċenzji FLEGT irrifjutati mill-awtoritajiet kompetenti u r-raġunijiet għar-rifjut,

volum tal-injam b’liċenzji FLEGT ta’ oriġini Ivorjana maqbud mill-awtoritajiet kompetenti,

destinazzjonijiet u użi tal-prodotti tal-injam b’liċenzji FLEGT ta’ oriġini Ivorjana maqbuda mill-awtoritajiet kompetenti,

rapporti tal-osservatorju indipendenti tas-swieq tal-injam mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Injam Tropikali.

3.   Aċċess, pubblikazzjoni u tixrid ta’ informazzjoni u dokumenti

L-amministrazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-foresti hija responsabbli għall-aċċess għall-informazzjoni dwar il-foresti ta’ interess pubbliku.

Ir-regoli dwar l-aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti pubbliċi huma definiti mil-leġiżlazzjoni Ivorjana fis-seħħ (3), madankollu, l-aċċess għall-informazzjoni elenkata f’dan l-Anness huwa bla ħlas u sempliċi. Fil-fatt, din l-informazzjoni hija disponibbli u aċċessibbli fuq is-sit web iddedikat għal dan il-Ftehim.

Id-diversi mezzi stabbiliti fil-qafas tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni tal-Kosta tal-Avorju jintużaw għat-tixrid tal-informazzjoni.

Il-Ministru responsabbli għall-foresti għandu jaħtar persuna responsabbli għall-aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti ta’ interess pubbliku.

4.   Mekkaniżmu ta’ rimedju u ġestjoni tal-ilmenti

Ir-rimedji previsti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar l-aċċess għall-informazzjoni ta’ interess pubbliku huma: l-appell quddiem awtorità amministrattiva, l-appell quddiem il-Kummissjoni għall-aċċess għall-informazzjoni ta’ interess pubbliku u għad-dokumenti pubbliċi (CAIDP) u r-rimedju ġudizzjarju. Madankollu, ir-rimedju ġudizzjarju huwa disponibbli għar-rikorrent biss wara li jkun eżawrixxa r-rimedju quddiem is-CAIDP. Dan għandu jiġi eżerċitat fil-limiti ta’ żmien previsti fit-testi fis-seħħ u għandu jitressaq quddiem il-qorti amministrattiva kompetenti.

Fi ħdan il-Ministeru responsabbli għall-Foresti, jiġi stabbilit Kumitat għall-aċċess għall-informazzjoni ta’ interess pubbliku (CAIIP) biex jirċievi u jirreġistra l-ilmenti dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-foresti qabel l-appell quddiem is-CAIDP. Ordni tal-Ministru responsabbli għall-foresti tispeċifika l-missjonijiet, il-kompożizzjoni u l-metodu ta’ funzjonament ta’ dan il-kumitat li fih jipparteċipaw ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tas-settur privat.


(1)  Il-liġi dwar l-aċċess għall-informazzjoni ta’ interess pubbliku; L-ordni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u r-reati relatati; Il-liġi dwar il-kodiċi tal-ambjent.

(2)   ĠU UE L 295, 12.11.2010, p. 23.

(3)  Il-liġi dwar l-aċċess għall-informazzjoni ta’ interess pubbliku.

ANNESS X

KUMITAT KONĠUNT TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Skont l-Artikolu 19 ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu struttura responsabbli għall-governanza ta’ dan il-Ftehim, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Konġunt dwar l-Implimentazzjoni” (KKI). Il-KKI huwa responsabbli għall-ġestjoni, għas-segwitu u għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Il-KKI għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti maħtura mill-Partijiet. Il-Kosta tal-Avorju tiżgura li jiġu inklużi d-diversi partijiet interessati tas-settur tal-foresti, b’mod partikolari s-setturi pubbliċi u privati, is-soċjetà ċivili u l-popolazzjonijiet lokali permezz tat-tmexxija tradizzjonali, jagħmlu parti minnu. Il-KKI jiffavorixxi d-djalogu u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-funzjonament ta’ dan il-Ftehim. B’mod partikolari, il-KKI għandu:

a)

fir-rigward tal-ġestjoni ta’ dan il-Ftehim:

jeżamina u jadotta miżuri biex jimplimenta dan il-Ftehim, u jipproponi u jieħu kwalunkwe miżura meħtieġa biex itejjeb it-twettiq tiegħu;

jippubblika rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim skont l-Anness IX;

jirrakkomanda d-data li fiha tibda tapplika l-iskema ta’ liċenzji FLEGT wara l-evalwazzjoni indipendenti tal-funzjonament tas-SVL abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness VII;

ifassal u jadotta l-iskeda ta’ żmien tal-implimentazzjoni kif ukoll qafas għas-segwitu u għall-evalwazzjoni tal-progress, li jinkorporaw b’mod partikolari l-miżuri ta’ akkumpanjament;

jirċievi, jeżamina u jagħmel osservazzjonijiet u japprova l-manwal ta’ verifika;

abbażi tad-dokumenti u tal-miżuri tal-implimentazzjoni li għalihom huwa responsabbli, jeżamina l-progress lejn il-kisba tal-għanijiet u l-puntwalità tad-diversi azzjonijiet previsti f’dan il-Ftehim u l-implimentazzjoni tiegħu, jipproponi u jadotta miżuri bl-għan li jtejjeb il-funzjonament ta’ dan il-Ftehim;

janalizza u jirreġistra l-emendi kollha meħtieġa għal dan il-Ftehim. Il-KKI għandu janalizza wkoll, mill-inqas darba kull sentejn, kwalunkwe proposta biex jiġi emendat dan il-Ftehim u l-Annessi tiegħu biex jitqiesu l-iżviluppi fl-oqfsa politiċi, regolatorji, amministrattivi u istituzzjonali fil-Kosta tal-Avorju u fl-Unjoni;

jiddefinixxi, jevalwa u jaġġorna perjodikament ir-regoli ta’ proċedura tiegħu stess;

jistabbilixxi korpi sussidjarji, bħal gruppi ta’ ħidma, li għalihom għandu jistabbilixxi mandati speċifiċi u jirrakkomanda kompiti jew studji addizzjonali, skont il-ħtieġa;

jidentifika d-diffikultajiet assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inklużi mistoqsijiet jew diffikultajiet li jikkonċernaw komunikazzjoni koordinata u mhux kontradittorja lill-pubbliku dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u jipproponi miżuri xierqa biex jirranġahom;

jittratta l-problemi mqajma minn waħda mill-Partijiet u jipprova, sa fejn ikun prattikabbli inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ proċeduri ta’ arbitraġġ, isolvi kull kunflitt u tilwim li jista’ jinqala’ f’każ ta’ diverġenza ta’ opinjoni bejn il-Partijiet skont l-Artikoli 23 u 24 ta’ dan il-Ftehim;

iħejji, japprova u jippubblika r-rendikonti, il-memorandums tal-laqgħat tiegħu, u dokumenti oħra li jirriżultaw mix-xogħlijiet tiegħu, sabiex il-ħidma tiegħu tkun trasparenti;

b)

fir-rigward tas-segwitu u tal-evalwazzjoni ta’ dan il-Ftehim:

jadotta metodoloġija għas-segwitu u għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u tal-impatt ta’ dan il-Ftehim;

japprova l-mandat, it-termini ta’ referenza, il-manwal ta’ proċedura u l-iskeda ta’ żmien tal-evalwazzjoni indipendenti u joħroġ notifika ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni għar-reklutaġġ tal-evalwatur;

jimmonitorja u jeżamina l-progress kollu li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inkluż il-funzjonament tas-SVL u tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT, b’mod partikolari abbażi ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni u ta’ awditjar indipendenti f’konformità mal-Artikoli 10, 12 u 19 ta’ dan il-Ftehim u mal-Annessi VI u VII;

regolarment iwettaq missjonijiet biex jevalwa l-effettività ta’ dan il-Ftehim u l-impatt tiegħu, abbażi tal-informazzjoni disponibbli;

jimmonitorja l-evoluzzjoni tas-swieq u jistabbilixxi noti ta’ informazzjoni dwar dan is-suġġett f’intervalli regolari, jikkummissjona studji dwar is-sitwazzjoni tas-swieq tal-injam u tal-prodotti derivati u jirrakkomanda miżuri li għandhom jittieħdu;

jimmonitorja u jevalwa l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali ta’ dan il-Ftehim u jadotta miżuri xierqa biex itaffi kwalunkwe impatt negattiv potenzjali;

jimmonitorja l-konsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporti tal-osservazzjoni indipendenti u l-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi li jirriżultaw minnhom;

iwettaq spezzjonijiet jew evalwazzjonijiet interni relatati mal-implimentazzjoni tas-SVL u jirċievu konklużjonijiet minn dawn l-ispezzjonijiet interni;

c)

fir-rigward tal-awditu indipendenti ta’ dan il-Ftehim:

japprova d-dokumenti tal-offerti u jagħti n-notifika tiegħu dwar in-nuqqas ta’ oġġezzjoni għall-għażla tal-awditur indipendenti, li għandu jiġi rreklutat mill-Kosta tal-Avorju wara konsultazzjoni mal-Unjoni, abbażi tal-mandat tal-awditu indipendenti stabbiliti fl-Anness VI;

japprova t-talbiet għal awditi mhux imħabbra u immedjati ppreżentati mill-Partijiet;

jidentifika l-prijoritajiet għall-għażla ta’ attivitajiet rilevanti fil-livell tal-kontroll u fil-post;

janalizza l-importanza, ir-rilevanza jew il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni għall-awditu indipendenti f’każ ta’ dubju;

jivvalida l-manwal tal-awditjar, il-pjan tal-awditjar u l-qafas tat-tfassil tar-rapporti, proposti mill-awditur indipendenti;

jiddeċiedi dwar il-frekwenza tal-awditi indipendenti lil hinn mill-ewwel erba’ snin tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT;

jirċievi u jeżamina r-rapporti kollha mħejjija u ppreżentati mill-awditur indipendenti kif ukoll kwalunkwe lment li jikkonċerna l-funzjonament tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT magħmul minn waħda mill-Partijiet;

japprova d-disinn tas-sistema tal-ġestjoni tal-ilmenti relatata mal-funzjonament tas-SVL u l-mekkaniżmu tal-ġestjoni tal-ilmenti relatati mal-awditu indipendenti, kif speċifikat fl-Anness VI;

jirċievi, japprova u jippubblika r-rapporti tal-awditur indipendenti, f’konformità mal-Anness IX;

jirrikonoxxi miżuri korrettivi biex jikkoreġi l-lakuni jew il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità fil-qafas tas-SVL, abbażi tal-konklużjonijiet tal-awditur indipendenti jew ta’ evidenza jew ilmenti oħra relatati mas-SVL, u jimmonitorja l-implimentazzjoni u l-impatt ta’ dawn il-miżuri;

d)

fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni ta’ dan il-Ftehim:

jirċievi u janalizza l-informazzjoni, ir-rapporti u s-sottomissjonijiet mill-partijiet ikkonċernati;

jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-ħtiġijiet għall-implimentazzjoni xierqa ta’ dan il-Ftehim u, fejn xieraq, dwar il-ħtieġa li jiżdiedu l-kapaċitajiet u l-parteċipazzjoni tal-amministrazzjonijiet ikkonċernati, tas-settur privat, tas-soċjetà ċivili, tat-tmexxija tradizzjonali u tal-popolazzjonijiet lokali f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti relatati mal-ġestjoni tal-foresti fil-Kosta tal-Avorju;

jieħu l-miżuri xierqa biex jippromwovi l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

jiżgura li l-partijiet ikkonċernati kollha jkollhom aċċess liberu għall-informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, f’konformità mar-regolamenti fis-seħħ;

jippromwovi l-kunsiderazzjoni tal-ġeneru u b’mod partikolari rikonoxximent aħjar tar-rwol tan-nisa u tal-bniet fil-governanza tal-foresti u fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.


ELI: http://data.europa.eu/eli/agree/2024/1414/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top