Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D2310

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 21/2023 tat-3 ta’ Frar 2023 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informatika) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2310]

    ĠU L, 2023/2310, 19.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2310/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2310/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2310

    19.10.2023

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 21/2023

    tat-3 ta’ Frar 2023

    li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informatika) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2310]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/151 tat-30 ta’ Jannar 2018 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ speċifikazzjoni ulterjuri tal-elementi li għandhom iqisu l-fornituri tas-servizzi diġitali għall-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni u tal-parametri għad-determinazzjoni dwar jekk inċident għandux impatt sostanzjali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (3)

    Biex il-Ftehim dwar iż-ŻEE jiffunzjona tajjeb, il-Protokoll 37 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi estiż biex jinkludi l-Grupp ta’ Kooperazzjoni stabbilit bid-Direttiva (UE) 2016/1148.

    (4)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XI u l-Protokoll 37 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati kif xieraq,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 5cp (ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “5cpa.

    32016 L 1148: Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

    Il-modalitajiet ta’ assoċjazzjoni tal-Istati tal-EFTA f’konformità mal-Artikolu 101 tal-Ftehim:

    L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-Grupp ta’ Kooperazzjoni u fi ħdanu għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-UE, ħlief id-dritt għall-vot.

    5cpaa.

    32018 R 0151: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/151 tat-30 ta’ Jannar 2018 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ speċifikazzjoni ulterjuri tal-elementi li għandhom iqisu l-fornituri tas-servizzi diġitali għall-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni u tal-parametri għad-determinazzjoni dwar jekk inċident għandux impatt sostanzjali (ĠU L 26, 31.1.2018, p. 48).”

    Artikolu 2

    Il-punt li ġej jiżdied fil-Protokoll 37 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “47.

    Il-Grupp ta’ Kooperazzjoni (id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni).”

    Artikolu 3

    It-testi tad-Direttiva (UE) 2016/1148 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/151 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Frar 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2023.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Nicolas VON LINGEN


    (1)   ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1.

    (2)   ĠU L 26, 31.1.2018, p. 48.

    (*1)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2310/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top