This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22023D0881
Decision of the EEA Joint Committee No 285/2022 of 28 October 2022 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement [2023/881]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 285/2022 tat-28 ta’ Ottubru 2022 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/881]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 285/2022 tat-28 ta’ Ottubru 2022 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/881]
ĠU L 117, 4.5.2023, pp. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
4.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 285/2022
tat-28 ta’ Ottubru 2022
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/881]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE, |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/782 iħassar, b’effett mis-7 ta’ Ġunju 2023, ir-Regolament (UE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE, u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE b’effett mis-7 ta’ Ġunju 2023. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 42h (ir-Regolament (UE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jinbidel b’effett mis-7 ta’ Ġunju 2023, b’li ġej:
“ 32021 R 0782: Ir-Regolament (UE) Nru 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1).
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw skont l-adattamenti li ġejjin:
Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, ir-referenzi għad-Direttiva (UE) 2019/882 għandhom japplikaw f’konformità ma’ u mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora dik id-Direttiva fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.”
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2021/782 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ottubru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kristján Andri STEFÁNSSON
(1) ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1.
(2) ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.