Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D0802

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 273/2022 tat-23 ta’ Settembru 2022 li temenda l-Protokoll 47 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar l-abolizzjoni ta’ ostakli tekniċi għall-kummerċ fl-inbid [2023/802]

    ĠU L 106, 20.4.2023, p. 81–84 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/802/oj

    20.4.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 106/81


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 273/2022

    tat-23 ta’ Settembru 2022

    li temenda l-Protokoll 47 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar l-abolizzjoni ta’ ostakli tekniċi għall-kummerċ fl-inbid [2023/802]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (2), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 269, 23.10.2019, p. 13, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda ż-żoni ta’ vitikultura li fihom tista’tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiċ enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (4)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/565 tat-13 ta’ Frar 2020 li jirrettifika r-Regolament Delegat (UE) 2019/934 fir-rigward tal-arranġamenti tranżizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ stokkijiet tal-prodotti tad-dielja (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (5)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta’ ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu ta’ simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta’ kontrolli (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (6)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/935 tas-16 ta’ April 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tal-prodotti tad-dwieli u n-notifiki tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri rigward iż-żidiet fis-saħħa alkoħolika naturali (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (7)

    Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/33 jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (7), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jiġi revokat skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (8)

    Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/934 jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (8), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jiġi revokat skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (9)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid. Il-leġiżlazzjoni dwar l-inbid ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba’ paragrafu tal-introduzzjoni tal-Protokoll Nru 47 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

    (10)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Protokoll 47 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Appendiċi 1 tal-Protokoll 47 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Dan li ġej jiżdied fil-punt 8 (ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “, kif emendat minn:

    32017 R 2393: Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017 (ĠU L 350, 29.12.2017. p. 15).”

    2.

    Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 8b (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274):

    “8c.

    32019 R 0033: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 269, 23.10.2019, p. 13.

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    Dan li ġej għandu jiżdied fit-tabella mal-Parti A tal-Anness X:

    “fl-Iżlanda

    ‘súlfít’ jew ‘brennisteinsdíoxíð’

    ‘bajd’, ‘eggjaprótín’, ‘eggjaafurð’, ‘lýsósím úr eggjum’ jew ‘eggjaalbúmín’

    ‘mjólk’, ‘mjólkurvörur’, ‘mjólkurkasein’ jew ‘mjólkurprótín’

    bin-Norveġiż:

    ‘sulfitter’ jew ‘svoveldioksid’

    ‘bajd’, ‘eggprotein’, ‘eggprodukt’, ‘egglysozym’ jew ‘eggalbumin’

    ‘melk’, ‘melkeprodukt’, ‘melkekasein’ jew ‘melkeprotein’

    ”(b)

    Dan li ġej jiżdied fit-tabella fl-Anness II:“

    IS

    ‘vinnsluaðili’ jew ‘vínræktarmaður’

    ‘unnið af’

    NO

    ‘bearbeidingsvirksomhet’ jew ‘vinprodusent’

    ‘bearbeidet av’

    ”8d.

    32019 R 0034: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ Denominazzjonijiet ta’ Oriġini, ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi u ta’ termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta’ ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu ta’ simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta’ kontrolli (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 46).

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

    Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1, il-komunikazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(1) għandhom isegwu l-proċedura stabbilita fil-punt (b). Il-punt 4 tal-Protokoll 1 ma għandux japplika għall-Artikolu 30.

    8e.

    32019 R 0934: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda ż-żoni ta’ vitikultura li fihom tista’ tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV, (ĠU L 149, 7.6.2019, p. 1), kif emendat minn:

    32020 R 0565: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/565 tat-13 ta’ Frar 2020 (ĠU L 129, 24.4.2020, p. 1).

    8f.

    32019 R 0935: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/935 tas-16 ta’ April 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tal-prodotti tad-dwieli u n-notifiki tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri rigward iż-żidiet fis-saħħa alkoħolika naturali (OJ L 149, 7.6.2019, p. 53).”

    3.

    It-test tal-punt 10 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009) u tal-punt 11 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009) jitħassru.

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) 2017/2393, ir-Regolamenti Delegat (UE) 2019/33, kif rettifikat permezz tal-ĠU L 269, 23.10.2019, p. 13, (UE) 2019/934 u (UE) 2020/565 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34 u (EU) 2019/935 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 272/2022 tat-23 ta’ Settembru 2022 (9), skont liema data tkun l-iżjed tard.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kristján Andri STEFÁNSSON


    (1)  ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15.

    (2)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.

    (3)  ĠU L 149, 7.6.2019, p. 1.

    (4)  ĠU L 129, 24.4.2020, p. 1.

    (5)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 46.

    (6)  ĠU L 149, 7.6.2019, p. 53.

    (7)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60.

    (8)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

    (9)  Ara l-paġna 78 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    Top