This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22023D0048
Decision of the EEA Joint Committee No 243/2019 of 27 September 2019 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement [2023/48]
Deċiżjoni Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 243/2019 tal-27 ta’ Settembru 2019 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/48]
Deċiżjoni Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 243/2019 tal-27 ta’ Settembru 2019 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/48]
ĠU L 4, 5.1.2023, p. 79–79
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
5.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/79 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 243/2019
tal-27 ta’ Settembru 2019
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/48]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/618 tal-15 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“- |
32019 R 0618: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/618 tal-15 ta’ April 2019 (ĠU L 106, 17.4.2019, p. 1).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/618 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gunnar PÁLSSON
(1) ĠU L 106, 17.4.2019, p. 1.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.