This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22022D2549
Decision No 2/2022 of the Partnership Council established by the Trade and Cooperation Agreement between the European Union and the European Atomic Energy Community, of the one part, and the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland, of the other part of 21 December 2022 as regards the second and last extension of the interim period during which the United Kingdom may derogate from the obligation to delete Passenger Name Record data of passengers after their departure from the United Kingdom [2022/2549]
Deċiżjoni Nru 2/2022 tal-Kunsill tas-Sħubija stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra tal-21 ta’ Diċembru 2022 fir-rigward tat-tieni u l-aħħar estensjoni tal-perjodu interim li matulu r-Renju Unit jista’ jidderoga mill-obbligu li jħassar id-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri ta’ passiġġieri wara t-tluq tagħhom mir-Renju Unit [2022/2549]

PUB/2022/1635
ĠU L 328, 22.12.2022, p. 153–153
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/153 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2022 TAL-KUNSILL TAS-SĦUBIJA STABBILIT MILL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA
tal-21 ta’ Diċembru 2022
fir-rigward tat-tieni u l-aħħar estensjoni tal-perjodu interim li matulu r-Renju Unit jista’ jidderoga mill-obbligu li jħassar id-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri ta’ passiġġieri wara t-tluq tagħhom mir-Renju Unit [2022/2549]
IL-KUNSILL TAS-SĦUBIJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu 552 tiegħu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-perjodu interim li matulu r-Renju Unit jista’ jidderoga mill-obbligu skont l-Artikolu 552(4) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni li jħassar id-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri ta’ passiġġieri wara t-tluq tagħhom mir-Renju Unit huwa estiż għat-tieni u l-aħħar darba sal-31 ta’ Diċembru 2023 skont l-Artikolu 552(13) ta’ dak il-Ftehim.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell u f’Londra, il-21 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill tas-Sħubija
Il-Kopresidenti
Maroš SEFČOVIČ
James CLEVERLY