Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22022D2155

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2019 tal-14 ta' Ġunju 2019 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE[2022/2155]

    ĠU L 291, 10.11.2022, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2155/oj

    10.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 291/46


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 163/2019

    tal-14 ta' Ġunju 2019

    li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE[2022/2155]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1542 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 dwar il-kalkolu ta' rekwiżiti kapitali regolatorji għal diversi kategoriji ta' assi miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (korporattivi tal-infrastruttura) (1), kif irrettifikat permezz tal-ĠU L264, 13.10.2017, p. 24, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2189 tal-24 ta’ Novembru 2017 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-formoli għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2190 tal-24 ta' Novembru 2017 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri, il-formati u l-formuli tar-rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (4)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 1b (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35):

    “-

    32017 R 1542: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1542 tat-8 ta’ Ġunju 2017 (ĠU L 236, 14.9.2017, p. 14), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 264, 13.10.2017, p. 24.”

    2.

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1p (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2450):

    “-

    32017 R 2189: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/2189 tal-24 ta’ Novembru 2017 (ĠU L 310, 25.11.2017, p. 3).”

    3.

    Dan li ġej jiżdied fil-punt 1r (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2452):

    “, kif emendat minn:

    32017 R 2190: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/2190 tal-24 ta’ Novembru 2017 (ĠU L 310, 25.11.2017, p. 30).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1542, kif irrettifikat permezz tal-ĠU L 264, 13.10.2017, p. 24 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2189 u (UE) 2017/2190 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2018 tat-23 ta’ Marzu 2018 (4), skont liema data tkun l-iżjed tard.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2019.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 236, 14.9.2017, p. 14.

    (2)  ĠU L 310, 25.11.2017, p. 3.

    (3)  ĠU L 310, 25.11.2017, p. 30.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

    (4)  ĠU L 26, 30.1.2020, p. 50


    Top