Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22021D1082

    Deċiżjoni Nru 3 tal-Kumitat ue-Korea għall-Kummerċ tad-29 ta’ April 2021 dwar l-emendar tal-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 tal-Anness 2-C tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles UE-Korea (2021/1082)

    PUB/2021/430

    ĠU L 235, 2.7.2021, p. 1–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1082/oj

    2.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 235/1


    DEĊIŻJONI Nru 3 TAL-KUMITAT UE-KOREA GĦALL-KUMMERĊ

    tad-29 ta’ April 2021

    dwar l-emendar tal-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 tal-Anness 2-C tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles UE-Korea

    (2021/1082)

    IL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn ir- Unjoni Ewropea (“UE”) u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, Repubblika tal-Korea (“il-Korea”)u l-, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem il-“Ftehim” u l-“Partijiet”, rispettivament), u b’mod partikolari l-Artikoli 15.1.4(c) u 15.5.2 tiegħu, u l-Artikolu 3(d) tal-Anness 2-C tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 15.1.4 (c) tal-Ftehim, il-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit mill-Partijiet jista’ jikkunsidra emendi għall-Ftehim jew jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim fil-każijiet li jkun hemm provvediment speċifiku għalihom fil-Ftehim.

    (2)

    L-Artikolu 15.5.2 tal-Ftehim jipprovdi li deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ biex jiġu emendati l-Annessi, l-Appendiċijiet, il-Protokolli u n-Noti għall-Ftehim tista’ tiġi adottata mill-Partijiet, suġġett għar-rekwiżiti u l-proċeduri legali applikabbli rispettivi tagħhom.

    (3)

    L-Artikolu 3(d) tal-Anness 2-C tal-Ftehim jagħti l-kompitu lill-Partijiet sabiex jirrevedu l-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 tal-Anness 2-C mhux inqas minn kull tliet snin mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bil-għan li jkomplu jżidu l-aċċettazzjoni tal-prodotti kif stabbilit fis-subparagrafu (a) tal-istess Artikolu, filwaqt li jitqies kwalunkwe żvilupp regolatorju li seta' seħħ internazzjonalment jew fil-Partijiet. Huwa jispeċifika wkoll li kwalunkwe modifika fl-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 għandha tiġi deċiża mill-Kumitat għall-Kummerċ.

    (4)

    L-UE u il-Korea mmodifikaw ir-regolamenti tekniċi sabiex iżommu l-istess grad ta’ aċċess għas-suq kopert mill-Artikolu 1.2 tal-Anness 2-C tal-Ftehim. Barra minn hekk, ir-referenzi għall-“UNECE” fl-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 issa jenħtieġ li jinqraw bħala referenzi għar-“Regolament tan-NU” konsegwentement għall-Ftehim dwar l-Adozzjoni tar-Regolamenti Tekniċi Armonizzati tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn ir-Regolamenti tan-Nazzjonijiet Uniti (Reviżjoni 3) (1) tal-20 ta’ Ottubru 2017.

    (5)

    It-Tabella 1 tal-Appendiċi 2-C-2 ġiet modifikata kif ġej:

    (a)

    Peress li r-Regolamenti tan-NU japplikaw fuq bażi obbligatorja fl-UE, għal raġunijiet ta’ sempliċità ġie deċiż li jitħassru r-referenzi għal Regolamenti (pereżempju, il-GSR) u Direttivi tal-UE fil-kolonna “Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti” u l-kolonna tħalliet vojta.

    (b)

    Madankollu, fejn ma jkunx hemm Regolamenti tan-NU applikabbli jew fejn il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti tan-NU ma jkunx adegwat, pereżempju bħal fil-każ tal-“Livell ta’ ħoss permissibbli”, konsegwentement ir-Regolamenti jew id-Direttivi tal-UE jissostitwixxu jew jikkomplementaw ir-regolamenti tan-NU. Għal din ir-raġuni, iddaħħlet referenza għal “jekk jeżisti” fil-kolonna “Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti”.

    (c)

    Fir-rigward tal-“Livell ta’ ħoss permissibbli” u tas-“Sistemi ta' sajlensers ta’ sostituzzjoni”, ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 ġie miżjud taħt ir-Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti minħabba li huwa jħassar id-Direttiva 70/157/KEE u japplika b’mod gradwali.

    (d)

    “Emissjonijiet” ġiet sostitwita b’ “Emissjonijiet ta' vetturi ħfief” minħabba li r-rekwiżit tar-Regolament tan-NU 83 japplika għall-kategoriji tal-vetturi M1 u N1 biss. Barra minn hekk, ir-referenza għad-“Direttiva 70/220/KEE” tneħħiet għaliex din ġiet imħassra u ġiet sostitwita bir-“Regolamenti (KE) Nru 715/2007, (KE) Nru 692/2008, (UE) Nru 459/2012, (UE) 2016/427, (UE) 2016/646, (UE) 2017/1151, (UE) 2017/1154 u (UE) 2018/1832”, li ġew miżjuda taħt ir-Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti.

    (e)

    Fir-rigward ta’ “Konvertituri katalitiċi ta’ sostituzzjoni”, ir-referenza għal “Direttiva 70/220/KEE” tneħħiet għaliex ġiet imħassra u sostitwita bir-“Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 692/2008” li ġew miżjuda taħt ir-Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti.

    (f)

    Barra minn hekk, għal dawk is-suġġetti li isimhom jinbidel, bħal minn “Ibbrejkjar” u “Ibbrejkjar” li ġew sostitwiti b’“Ibbrejkar ta’ vetturi tqal” u “Ibbrejkjar ta’ vetturi ħfief”, dawn il-bidliet saru għal finijiet ta’ ċarezza.

    (g)

    Fir-rigward tad-“Duħħan tad-diżil”, tneħħiet id-“Direttiva 72/306/KEE” peress li ġiet sostitwita bir-“Regolament (KE) Nru 692/2008” li ġie miżjud fit-Tabella 1 taħt ir-Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti.

    (h)

    Dwar l-“Emissjonijiet ta' CO2 – konsum ta' karburant”, “id-Direttiva 80/1268/KEE” ġiet sostitwita bir-“Regolament (KE) Nru 692/2008” li żdied fit-Tabella 1 taħt ir-Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti, u s-suġġett issa jirreferi għal “Emissjonijiet ta’ CO2 - Karozzi tal-passiġġieri li jużaw il-fjuwil b’mhux aktar minn tmien postijiet minbarra l-post tas-sewwieq” sabiex jiġi rrispettat għal kollox il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament.

    (i)

    Fir-rigward tal-“Qawwa tal-magna”, tħassret id-“Direttiva 80/1269/KEE” peress li ġiet sostitwita bir-“Regolamenti (KE) Nru 692/2008 u (UE) Nru 582/2011” li ġew miżjuda fit-Tabella 1 taħt ir-Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti.

    (j)

    Dwar “Emissjonijiet ta’ vetturi ta' strapazz”, “id-Direttiva 2005/55/KE” ġiet sostitwita mir-“Regolamenti (KE) Nru 595/2009, (UE) Nru 582/2011 u (UE) 2016/1718”, li ġew miżjuda fit-Tabella 1 taħt ir-Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti. Is-suġġett ukoll ingħata l-isem ġdid ta’ “Emissjonijiet ta’ vetturi tqal” minħabba li r-Regolament 49 tan-NU japplika għal vetturi tqal (jiġifieri vetturi b’massa ta’ referenza li taqbeż l-2 610 kg).

    (6)

    It-Tabella 2 tal-Appendiċi 2-C-2 tibqa’ mhux mibdula.

    (7)

    It-Tabella 1 tal-Appendiċi 2-C-3 ġiet modifikata kif ġej:

    (a)

    Dwar “Okkupant - Protezzjoni minn ħabta”“Minn quddiem”, ir-referenzi “KMVSS Artikolu 102 Paragrafi 1 u 3” issostitwixxew ir-referenza għal “KMVSS Artikolu 102” taħt ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti minħabba reviżjoni ta’ KMVSS.

    (b)

    Dwar “Okkupant - Protezzjoni minn ħabta”“Mill-ġenb”, ir-referenza “KMVSS Artikolu 102 Paragrafu 1” issostitwixxiet ir-referenza għal “KMVSS Artikolu 102” taħt ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti minħabba reviżjoni ta’ KMVSS.

    (c)

    Il-linja kollha fuq “Ganċ tal-irmonk” ġiet mibdula. B’mod speċifiku, “Ganċ tal-irmonk” ġiet sostitwita b’“Tagħmir ta' rmonk”, peress li “Tagħmir ta' rmonk” huwa l-kunċett uffiċjali msemmi fir-Regolament (UE) Nru 1005/2010. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti għal “Tagħmir ta’ rmonk” issa huma r-“Regolament (UE) Nru 1005/2010” minflok “77/389/KEE”. Fl-aħħar nett, ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti issa jaqraw “KMVSS Artikolu 20 Paragrafu 1” li ħa post ir-referenza preċedenti għall- “KMVSS Artikolu 20 Punti 1, 2, 4”.

    (d)

    Dwar “Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl”, l-Artikolu 106 Punti 1 sa 10 tal-KMVSS ġew imħassra mir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti dwar “Fanal ta’ quddiem”, “Fanal taċ-ċpar għal quddiem”, “Fanal ta’ back-up”, “Fanal tal-ikklirjar”, “Fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni”, “Fanal ta’ wara”, “Fanal tal-waqfien”, “Fanal tal-waqfien immuntat fl-għoli fin-nofs”, “Sinjal tad-dawrien”, “Sinjal tad-dawrien awżiljarju” u “Fanal taċ-ċpar ta' wara” minħabba reviżjoni tal-KMVSS.

    (e)

    Dwar “Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl”“Installazzjoni”, ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti issa jaqraw “KMVSS Artikoli 38, 38-2, 38-3, 38-4, 38-5, 39, 40, 41, 42, 43, 44, 44-2, 45, 45-2, 47 u 49” li ħadu post ir-referenza preċedenti għall-“KMVSS Artikoli 38, 39, 40, 41, 42, 43, 44, 45 u 47”. Dan huwa dovut għal reviżjoni tal-KMVSS.

    (f)

    Dwar “Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl”, l-entrati “Fanal għal binhar” u “Fanal għall-kantunieri” ġew miżjuda fit-tabella minħabba reviżjoni tal-KMVSS u sabiex jirriflettu r-rekwiżiti ta’ installazzjoni aġġornati dwar “Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl”.

    (g)

    Dwar “Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl”, għall-entrata “Fanal tal-waqfien immuntat fl-għoli fin-nofs”, minbarra t-tħassir tal-Artikolu 106 Punt 8 tal-KMVSS, il-paragrafu 3 tal-Artikolu 43 tal-KMVSS ukoll ġie mħassar minħabba li ġie sostitwit taħt ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti bir-referenza “KMVSS Artikolu 43 Paragrafu 2”.

    (h)

    Dwar “Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl”, ġiet miżjuda l-entrata “Fanal ta’ mmarkar għall-ġenb” mat-tabella minħabba reviżjoni tal-KMVSS u sabiex jiġu riflessi r-rekwiżiti ta’ installazzjoni aġġornati dwar “Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl”.

    (i)

    Dwar “Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl”, għal “Tagħmir ta’ riflessjoni għal wara”, ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti issa jaqraw “l-Artikolu 49 tal-KMVSS” li ssostitwixxa r-referenza preċedenti għall-“KMVSS Artikolu 49 paragrafi 1, 2, l-Artikolu 107”. Dan huwa dovut għal reviżjoni tal-KMVSS.

    (j)

    Dwar “Qawwa tal-magna”, ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti issa jaqraw “KMVSS Artikolu 111” li ssostitwixxiet ir-referenza preċedenti għall-“KMVSS Artikolu 11 Punti 1, 2, 111”. Dan huwa dovut għal reviżjoni tal-KMVSS.

    (k)

    Dwar “Tagħmir biex jiżgura l-viżibbiltà tas-sewwieq”, ir-referenzi taħt “Rekwiżiti” għal “78/318/KEE” u “78/317/KEE” tneħħew peress li tħassru u ġew sostitwiti b’“Regolament (UE) Nru 1008/2010” jew “Regolament (UE) Nru 672/2010”. Ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti baqgħu mhux mibdula.

    (l)

    Dwar “Ankraġġi tal-armar taċ-ċinturini ta’ sigurtà”, ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti issa jaqraw “KMVSS Artikolu 27 Paragrafi 1, 2, 3, 4; L-Artikolu 103” li ħadu post ir-referenzi preċedenti għall- “KMVSS Artikolu 27 Paragrafi 1, 2, 3, 4, 5; Artikolu 103 Paragrafi 1, 2, 3”. Dan huwa dovut għal reviżjoni tal-KMVSS.

    (m)

    Dwar “Emissjoni u ħoss (ħlief il-ħoss li jinstema’ mill-qrib ta’ 3 jew 4 roti) għall-muturi”, tħassru r-referenzi taħt “Rekwiżiti” għal, fost l-oħrajn, “id-Direttivi 2002/51/KE, 2003/77/KE, 97/24/KE il-Kapitoli 5 u 9”, tneħħew peress li tħassru u ġew sostitwiti minn, fost l-oħrajn, “ir-Regolamenti (UE) Nru 168/2013 u (UE) Nru 134/2014”. Ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti baqgħu mhux mibdula

    (n)

    Dwar l-“Emissjonijiet tad-Diżil (inkluża l-OBD)”“Vettura ta' inqas minn 3.5t”, żdiedu r-referenzi taħt “Rekwiżiti”: “Regolamenti (KE) Nru 715/2007” u “(UE) Nru 459/2012” għaliex dawn huma r-Regolamenti applikabbli li jikkorrispondu għal KMVSS. Ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti baqgħu mhux mibdula

    (o)

    Dwar l-“Emissjonijiet tad-Diżil (inkluża l-OBD)”“Vettura ta’ aktar minn 3.5t”, ir-referenza taħt “Rekwiżiti” għal, fost l-oħrajn, ir- “Regolament (KE) Nru 692/2008” tneħħiet u ġiet sostitwita, fost l-oħrajn, b’“Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) Nru 582/2011” minħabba li r-“Regolament (KE) Nru 692/2008” ma jittrattax dwar vetturi tqal. Ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti baqgħu mhux mibdula

    (p)

    Dwar “Tajers”, ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti issa jaqraw “l-Att tal-Kontroll tas-Sikurezza tat-Tagħmir Elettriku u tal-Prodotti tal-Konsumatur, l-Artikoli 15, 18 u 19; Ir-Regoli tal-Infurzar tal-Att dwar il-Kontroll tas-Sikurezza tat-Tagħmir tal-Elettriku u tal-Prodotti tal-Konsumatur, l-Artikolu 3, il-paragrafu 4, l-Artikolu 26; KMVSS Artikolu 12 Paragrafu 1’ li ssostitwixxew ir-referenza preċedenti għall-“Att dwar is-Sigurtà u l-Kontroll tal-Ġestjoni tal-Kwalità tal-Prodotti Industrijali (QMSCIPA) (l-Artikoli 19, 20, 21); Regoli ta’ Infurzar tal-QMSCIPA, l-Artikolu 2, il-paragrafu 2, l-Artikolu 19”. Dan minħabba li l-QMSCIPA ġiet sostitwita mill-“Att tal-Kontroll tas-Sikurezza tat-Tagħmir Elettriku u tal-Prodotti tal-Konsumatur”.

    (8)

    It-Tabella 2 tal-Appendiċi 2-C-3 tibqa’ mhux mibdula.

    (9)

    Skont l-Artikolu 12.2 fl-Anness tad-Deċiżjoni Nru 1 tal-Kumitat UE-Korea għall-Kummerċ tat-23 ta’ Diċembru 2011 dwar l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat għall-Kummerċ, fil-perjodu bejn il-laqgħat tal-Kumitat għall-Kummerċ huwa jista’ jadotta deċiżjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu. Il-proċedura bil-miktub tkun tikkonsisti minn skambju ta’ noti bejn il-Presidenti tal-Kumitat għall-Kummerċ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-tabella 1 tal-Appendiċi 2-C-2 tal-Anness 2-C tal-Ftehim hija sostitwita bit-Tabella 1 tal-Anness 1 ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    It-tabella 1 tal-Appendiċi 2-C-3 tal-Anness 2-C tal-Ftehim hija sostitwita bit-Tabella 1 tal-Anness 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jiskambjaw notifiki bil-miktub permezz ta’ kanali diplomatiċi li jiċċertifikaw li huma lestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri legali applikabbli rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tagħha.


    (1)  E/ECE/TRANS/505/Rev.3.


    ANNESS 1

    Appendiċi 2-C-2

    Tabella 1

    Lista msemmija fl-Artikolu 3(a)(i) tal-Anness 2-C

    Suġġett

    Rekwiżiti

    Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti (jekk jeżisti)  (1)

    Livell permissibbli ta’ ħoss

    Reg tan-NU (2). 51

    Id-Direttiva 70/157/KEE, ir-Regolament (UE) Nru 540/2014

    Sistemi ta’ sajlensers ta’ sostituzzjoni

    Reg. tan-NU 59

    Id-Direttiva 70/157/KEE, ir-Regolament (UE) Nru 540/2014

    Emissjonijiet ta’ vetturi ħfief

    Reg. tan-NU 83

    Ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007, (KE) Nru 692/2008, (UE) Nru 459/2012, (UE) 2016/427, (UE) 2016/646, (UE) 2017/1151, (UE) 2017/1154, (UE) 2018/1832

    Konvertituri katalitiċi ta’ sostituzzjoni

    Reg. tan-NU 103

    Ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 692/2008

    Tankijiet tal-fjuwil

    Reg. tan-NU 34

     

    Tankijiet tal-LPG

    Reg. tan-NU 67

     

    Tankijiet tas-CNG

    Reg. tan-NU 110

     

    Apparat protettiv ta’ wara

    Reg. tan-NU 58

     

    Sforz għall-istering

    Reg. tan-NU 79

     

    Lukketti u ċappetti tal-bibien

    Reg. tan-NU 11

     

    Twissija akustika

    Reg. tan-NU 28

     

    Tagħmir għall-viżjoni indiretta

    Reg. tan-NU 46

     

    Ibbrejkjar ta' vetturi tqal

    Reg. tan-NU 13

     

    Ibbrejkjar ta' vetturi ħfief

    Reg. tan-NU 13H

     

    Firrodi tal-brejkijiet

    Reg. tan-NU 90

     

    Interferenza tar-radju (kompatibbiltà elettromanjetika)

    Reg. tan-NU 10

     

    Duħħan tad-diesel

    Reg. tan-NU 24

    Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008

    Aċċessorji ta’ ġewwa

    Reg. tan-NU 21

     

    UNECE Reg.

    Reg. tan-NU 18

     

    Apparat kontra s-serq u immobilizzatur

    Reg. tan-NU 116

     

    Sistemi ta’ allarm tal-vetturi

    Reg. tan-NU 97

    Reg. tan-NU 116

     

    Reazzjoni tat-tagħmir tal-istering fil-każ ta’ ħabta

    Reg. tan-NU 12

     

    Saħħa tas-sit

    Reg. tan-NU 17

     

    Saħħa tas-sits (karozzi tal-linja u kowċis)

    Reg. tan-NU 80

     

    Projjezzjonijiet esterni

    Reg. tan-NU 26

     

    Spidometru

    Reg. tan-NU 39

     

    Ankraġġi taċ-ċinturin tas-sigurtà

    Reg. tan-NU 14

     

    Installazzjoni ta’ dwal u apparat ta’ sinjalazzjoni bid-dawl

    Reg. tan-NU 48

     

    Retrorifletturi

    Reg. tan-NU 3

     

    Fanali end-outline, tal-pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), tal-pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), tal-waqfien

    Reg. tan-NU 7

     

    Fanali tas-sewqan binhar

    Reg. tan-NU 87

     

    Fanali ta’ mmarkar għall-ġenb

    Reg. tan-NU 91

     

    Indikaturi tad-direzzjoni

    Reg. tan-NU 6

     

    Fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

    Reg. tan-NU 4

     

    Fanali ta’ quddiem (R2 u HS1)

    Reg. tan-NU 1

     

    Fanali ta’ quddiem (sealed beam)

    Reg. tan-NU 5

     

    Fanali ta’ quddiem (H1, H2, H3, HB3, HB4, H7, u/jew H8. H9, HIR1, HIR2 u/jew H11)

    Reg. tan-NU 8

     

    Fanali ta’ quddiem (H4)

    Reg. tan-NU 20

     

    Fanali ta’ quddiem (halogen sealed beam)

    Reg. tan-NU 31

     

    Lampi bil-filament għall-użu f’unitajiet ta’ lampi approvati

    Reg. tan-NU 37

     

    Fanali ta’ quddiem b’sorsi ta’ dawl bi skariku f’gass

    Reg. tan-NU 98

     

    Għejjun ta’ dawl tal-gass għall-użu f’unitajiet ta’ lampi tal-gass approvati

    Reg. tan-NU 99

     

    Fanali ta’ quddiem (passing beam asimetriku)

    Reg. tan-NU 112

     

    Sistemi adattivi tad-dawl ta’ quddiem

    Reg. tan-NU 123

     

    Fanali ta’ quddiem ta’ kontra ċ-ċpar

    Reg. tan-NU 19

     

    Il-fanali kontra ċ-ċpar ta’ wara

    Reg. tan-NU 38

     

    Fanali tar-rivers

    Reg. tan-NU 23

     

    Dwal tal-ipparkjar

    Reg. tan-NU 77

     

    Ċinturini tas-sigurtà u sistemi ta’ trażżin

    Reg. tan-NU 16

     

    Trażżin għat-tfal UNECE Reg.

    Reg. tan-NU 44

     

    Kamp ta’ viżta ’l quddiem

    Reg. tan-NU 125

     

    Identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u indikaturi

    Reg. tan-NU 121

     

    Sistemi tas-sħana

    Reg. tan-NU 122

     

    Ilqugħ għar-ras (ikkombinat mas-sits)

    Reg. tan-NU 17

     

    Trażżin tar-ras

    Reg. tan-NU 25

     

    Emissjonijiet ta’ CO2 - Karrozzi tal-passiġġieri li jużaw il-fjuwil b’mhux aktar minn tmien postijiet minbarra l-post tas-sewwieq

    Reg. tan-NU 101

    Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008

    Qawwa tal-magna

    Reg. tan-NU 85

    Ir-Regolamenti (KE) Nru 692/2008 u (UE) Nru 582/2011.

    Emissjonijiet ta’ vetturi tqal

    Reg. tan-NU 49

    Ir-Regolamenti (KE) Nru 595/2009, (UE) Nru 582/2011, (UE) 2016/1718

    Protezzjoni laterali

    Reg. tan-NU 73

     

    Ħġieġ tas-sigurtà

    Reg. tan-NU 43

     

    Tajers, vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    Reg. tan-NU 30

     

    Tajers, vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom

    Reg. tan-NU 54

     

    Roti/tajers sper għall-użu temporanju

    Reg. tan-NU 64

     

    Ħoss rolling

    Reg. tan-NU 117

     

    Tagħmir li jillimita l-veloċità

    Reg. tan-NU 89

     

    Akkoppjamenti

    Reg. tan-NU 55

     

    Tagħmir ta’ gganċjar mill-qrib

    Reg. tan-NU 102

     

    Fjammabilità

    Reg. tan-NU 118

     

    Karozzi tal-linja u kowċis

    Reg. tan-NU 107

     

    Saħħa tas-sovrastruttura (karozzi tal-linja u kowċis)

    Reg. tan-NU 66

     

    Impatt frontali

    Reg. tan-NU 94

     

    Impatt fil-ġenb

    Reg. tan-NU 95

     

    Vetturi maħsuba għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża

    Reg. tan-NU 105

     

    Protezzjoni ta’ quddiem kontra l-underrun

    Reg. tan-NU 93

     


    (1)  Vojt fit-tielet kolonna (ir-Regolament Tekniku korrispondenti tal-UE) tfisser li r-Regolament korrispondenti huwa l-istess bħar-Regolament tan-NU fit-tieni kolonna (Rekwiżiti).

    (2)  Taqsira ta’ “Regolament tan-NU”, li qabel kien magħruf bħala “UNECE”.


    ANNESS 2

    Appendiċi 2-C-3

    Tabella 1

    Lista msemmija fl-Artikolu 3(a)(ii) tal-Anness 2-C

    Suġġett

    Rekwiżiti

    Regolamenti Tekniċi Korrispondenti Koreani

    Okkupant protezzjoni minn ħabta

    Minn quddiem

    Reg. tan-NU 94

    KMVSS (1) Artikolu 102 Paragrafi 1 u 3

    Mill-ġenb

    Reg. tan-NU 95

    KMVSS Artikolu 102 Paragrafu 1

    Spostament lura tal-kontroll tal-istering

    Reg. tan-NU 12

    KMVSS Artikolu 89 Paragrafu 1 Punt 2

    Protezzjoni minn ħabta għas-sewwieq mis-sistema ta’ kontroll tal-istering

    Reg. tan-NU 12

    KMVSS Artikolu 89 Paragrafu 1 Punt 1

    Sistemi ta’ siting

    Reg. tan-NU 17

    KMVSS Artikolu 97

    Trażżin tar-ras

    Reg. tan-NU 17

    Reg. tan-NU 25

    GTR 7

    KMVSS Artikoli 26, 99

    Serraturi tal-bibien u komponenti li jżommu l-bibien

    Reg. tan-NU 11

    GTR 1

    KMVSS Artikolu 104 Paragrafu 2

    Impatt fuq il-panel tal-istrumenti

    Reg. tan-NU 21

    KMVSS Artikolu 88

    Impatt fuq id-dahar tas-sit

    Reg. tan-NU 21

    KMVSS Artikolu 98

    Impatt fuq il-puġġaman

    Reg. tan-NU 21

    KMVSS Artikolu 100

    Impatt fuq l-ilqugħ mix-xemx

    Reg. tan-NU 21

    KMVSS Artikolu 101

    Impatt fuq il-mera ta’ ġewwa li turi fuq wara

    Reg. tan-NU 46

    KMVSS Artikolu 108

    Tagħmir ta' rmonk

    Ir-Regolament (UE) Nru 1005/2010

    KMVSS Artikolu 20 Paragrafu 1

    Protezzjoni tal-qiegħ fuq wara

    Reg. tan-NU 58

    KMVSS Artikolu 19 Paragrafu 4 u l-Artikolu 96

    Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl

    Installazzjoni

    Reg. tan-NU 48

    KMVSS Artikoli 38, 38-2, 38-3, 38-4, 38-5, 39, 40, 41, 42, 43, 44, 44-2, 45, 45-2, 47 u 49

    Fanal ta’ quddiem

    Reg. tan-NU 1, 2, 5, 8, 20, 31, 37,

    Reg. tan-NU 98, 99, 112, 113, 123

    KMVSS Artikolu 38, Artikolu 48 Paragrafu 3

     

    Fanal għaċ-ċpar ta’ quddiem

    Reg. tan-NU 19

    KMVSS Artikolu 38-2 Paragrafu 1

    Fanal għal binhar

    Reg. tan-NU 87

    KMVSS Artikolu 38-4

    Fanal għall-kantunieri

    Reg. tan-NU 119

    KMVSS Artikolu 38-5

    Fanal ta’ back-up

    Reg. tan-NU 23

    KMVSS Artikolu 39

    Fanal tal-ikklirjar

    Reg. tan-NU 7

    KMVSS Artikolu 40

    Fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni

    Reg. tan-NU 4

    KMVSS Artikolu 41

    Fanal ta’ wara

    Reg. tan-NU 7

    KMVSS Artikolu 42

    Fanal tal-waqfien

    Reg. tan-NU 7

    KMVSS Artikolu 43 Paragrafu 1

    Fanal tal-waqfien immuntat fl-għoli fin-nofs

    Reg. tan-NU 7

    KMVSS Artikolu 43 Paragrafu 2

    Sinjal tad-dawrien

    Reg. tan-NU 6

    KMVSS Artikolu 44

    Sinjal tad-dawrien awżiljajru

    Reg. tan-NU 7

    KMVSS Artikolu 44

    Fanal ta’ mmarkar għall-ġenb

    Reg. tan-NU 91

    KMVSS Artikolu 44-2

    Fanal taċ-ċpar ta’ wara

    Reg. tan-NU 38

    KMVSS Artikolu 38-2 Paragrafu 2

    Tagħmir ta’ riflessjoni għal wara

    Reg. tan-NU 70

    Reg. tan-NU 3

    KMVSS Artikolu 49

    Viżibbiltà tas-sewwieq

    Reg. tan-NU 46

    KMVSS Artikolu 50, Artikolu 94

    Qawwa tal-magna

    Reg. tan-NU 85

    KMVSS Artikolu 111

    Tagħmir biex jiżgura l-viżibbiltà tas-sewwieq

    Sistema li tnaddaf il-windskrin

    Regolamentazzjoni (UE) Nru 1008/2010

    KMVSS Artikolu 51 Paragrafu 2, Artikolu 109 Punt 1

    Sistema sabiex jiddewweb is-silġ

    Ir-Regolament (UE) Nru 672/2010

    KMVSS Artikolu 109 Punt 2

    Sistema li tneħħi ċ-ċpar

    Ir-Regolament (UE) Nru 672/2010

    KMVSS Artikolu 109 Punt 3

    Sistema li taħsel il-windskrin

    Ir-Regolament (UE) Nru 1008/2010

    KMVSS Artikolu 109 Punt 4

    Brejk tal-vettura tal-passiġġier

    Reg. tan-NU 13H

    KMVSS Artikolu 15, Artikolu 90 Punt 1

    Sistema ta’ brejkijiet ħlief il-vettura tal-passiġġier u l-karru

    Reg. tan-NU 13

    KMVSS Artikolu 15, Artikolu 90 Punt 2

    Sistema ta’ brejkijiet tal-karru

    Reg. tan-NU 13

    KMVSS Artikolu 15, Artikolu 90 Punt 3

    Sistema ta’ brejkijiet anti-lock, ħlief il-karru

    Reg. tan-NU 13

    KMVSS Artikolu 15, Artikolu 90 Punt 4

    Sistema ta’ brejkijiet anti-lock tal-karru

    Reg. tan-NU 13

    KMVSS Artikolu 15, Artikolu 90 Punt 5

    Sforz għall-istering

    Reg. tan-NU 79

    KMVSS Artikolu 14

    Artikolu 89, Paragrafu 2

    Tagħmir li jillimita l-veloċità

    Reg. tan-NU 89

    KMVSS Artikolu 110-2

    Spidometru

    Reg. tan-NU 39

    KMVSS Artikolu 110

    Kompatibbiltà elettromanjetika

    Reg. tan-NU 10

    KMVSS Artikolu 111-2

    Tnixxija ta’ karburant wara ħabta

    Reg. tan-NU 34

    Reg. tan-NU 94

    Reg. tan-NU 95

    KMVSS Artikolu 91

    Impatt fuq il-bamper

    Reg. tan-NU 42

    KMVSS Artikolu 93

    Ankraġġi tal-armar taċ-ċinturini ta’ sigurtà

    Reg. tan-NU 14

    Reg. tan-NU 16

    KMVSS Artikolu 27 Paragrafi 1, 2, 3, 4; Artikolu 103

    Ankraġġ tas-sit tat-tfal

    Reg. tan-NU 14

    KMVSS Artikolu 27-2, Artikolu 103-2

    Ħoss tal-ħorn, ħoss stazzjonarju u sajlensers għall-vetturi (4 roti)

    Reg. tan-NU 28

    Reg. tan-NU 51

    KMVSS Artikoli 35, 53, NVCA Artikolu 30 u l-Ordinanza tal-MOE tiegħu (2) Artikolu 29

    Emissjoni u ħoss (ħlief il-ħoss li jinstema’ mill-qrib ta’ 3 jew 4 roti) għall-muturi

    Reg. tan-NU 40,

    Reg. tan-NU 41,

    Reg. tan-NU 47

    Ir-Regolamenti (UE) Nru 168/2013 u (UE) Nru 134/2014

    CACA (3) Artikolu 46 u l-Ordinanza tal-MOE tiegħu Artikolu 62, NVCA Artikolu 30 u l-Ordinanza tal-MOE tiegħu Artikolu 29

    Emissjonijiet tad-Diżil (inkluża l-OBD)

    Vettura ta’ inqas minn 3.5t

    Reg. tan-NU 83

    Reg. tan-NU 24

    Ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007, (KE) Nru 692/2008, (UE) Nru 459/2012

    CACA Artikolu 46 u l-Ordinanza tal-MOE tiegħu Artikolu 62

    Vettura ta’ aktar minn 3.5t

    Reg. tan-NU 49

    Ir-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) Nru 582/2011

    Tajers

    Reg. tan-NU 30, 54, 75, 106, 117, 108, 109

    L-Att dwar il-Kontroll tas-Sikurezza tat-Tagħmir tal-Elettriku u tal-Prodotti tal-Konsumatur, Artikoli 15, 18 u 19;

    Ir-Regoli tal-Infurzar tal-Att dwar il-Kontroll tas-Sikurezza tat-Tagħmir tal-Elettriku u tal-Prodotti tal-Konsumatur, Artikolu 3, il-paragrafu 4, Artikolu 26;

    KMVSS Artikolu 12 Paragrafu 1


    (1)  Dawk li qabel kienu magħrufa bħala “Standards tal-Korea tas-Sikurezza tal-Vetturi bil-Mutur”, li ngħataw l-isem ġdid ta’ “Regoli dwar il-Prestazzjonijiet u l-Istandards tal-Vetturi bil-Muturi u l-Parts Koreani” mill-1 ta’ Lulju 2014.

    (2)  Il-Ministeru tal-Ambjent tal-Korea.

    (3)  L-Att dwar il-Konservazzjoni tal-Arja Nadifa tal-Korea.


    Top