This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22020D1621
Decision of the EEA Joint Committee No 119/2018 of 31 May 2018 amending Protocol 31 to the EEA Agreement, on cooperation in specific fields outside the four freedoms [2020/1621]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 119/2018 tal-31 ta’ Mejju 2018 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2020/1621]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 119/2018 tal-31 ta’ Mejju 2018 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2020/1621]
ĠU L 368, 5.11.2020, p. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 119/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2020/1621]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE ġiet estiża permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 208/2017 biex tinkludi l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-azzjoni preparatorja tal-Unjoni fuq ir-riċerka dwar id-difiża li hija ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. |
|
(2) |
L-Istati tal-EFTA jkomplu jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Unjoni relatati mal-linja baġitarja 02 04 77 03: “Azzjoni preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-difiża”, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat biex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tkompli għaddejja mill-1 ta' Jannar 2018, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fil-paragrafu 13(a) tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, il-kliem “is-sena finanzjarja 2017” huwa sostitwit bil-kliem “is-snin finanzjarji 2017 u 2018”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar avviż skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2018.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.