Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22020D0896

Deċiżjoni NRU 1/2020 tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Komunità/tal-Iżvizzera tad-19 ta’ Ġunju 2020 dwar l-allinjament tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 mad-dati tat-traspożizzjoni tad-Direttivi (UE) 2016/797 u (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li ġew posposti minħabba l-pandemija tal-COVID-19 [2020/896]

C/2020/4011

ĠU L 206, 30.6.2020, pp. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/896/oj

30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/65


DEĊIŻJONI NRU 1/2020 TAL-KUMITAT TAT-TRASPORT INTERN TAL-KOMUNITÀ/TAL-IŻVIZZERA

tad-19 ta’ Ġunju 2020

dwar l-allinjament tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 mad-dati tat-traspożizzjoni tad-Direttivi (UE) 2016/797 u (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li ġew posposti minħabba l-pandemija tal-COVID-19 [2020/896]

IL-KUMITAT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bit-trasport ferrovjarju u bit-triq (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(4) tiegħu,

Billi:

Id-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt tat-13 ta’ Diċembru 2019  (2) għandha l-għan li tiffaċilita t-trasport ferrovjarju bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea, f’konformità mar-rekwiżiti introdotti bid-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u bid-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Minħabba ċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ipposponew id-dati tat-traspożizzjoni tad-Direttivi (UE) 2016/797 u (UE) 2016/798 billi adottaw id-Direttiva (UE) 2020/700 (5). Id-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt jenħtieġ li tiġi allinjata mad-dati tat-traspożizzjoni kif emendati b’dik id-Direttiva,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Komunità/tal-Iżvizzera tat-13 ta’ Diċembru 2019, jiddaħħal il-paragrafu 2a ġdid kif ġej:

“ 2a.

L-Artikolu 2(1) u/jew l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/2013 tal-Kumitat Konġunt għandhom jibqgħu japplikaw sal-31 ta’ Ottubru 2020 għall-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2a) tad-Direttiva (UE) 2016/797 jew l-Artikolu 33(2a) tad-Direttiva (UE) 2016/798. ”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f’Bern, id-19 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Il-President

Peter FÜGLISTALER

Għall-Unjoni Ewropea

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Elisabeth WERNER


(1)   ĠU L 114, 30.4.2002, p. 91.

(2)   ĠU L 13, 17.1.2020, p. 43.

(3)  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).

(5)  Id-Direttiva (UE) 2020/700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Direttivi (UE) 2016/797 u (UE) 2016/798, fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tat-traspożizzjoni tagħhom (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 27).


Top