Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22020D0346

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 328/2019 tat-13 ta’ Diċembru 2019 li temenda l-Anness XXII (Liġi Dwar Il-Kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2020/346]

ĠU L 68, 5.3.2020, p. 87–87 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/346/oj

5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/87


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 328/2019

tat-13 ta’ Diċembru 2019

li temenda l-Anness XXII (Liġi Dwar Il-Kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2020/346]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/237 tat-8 ta’ Frar 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 28 (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32019 R 0237: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/237 tat-8 ta’ Frar 2019 (ĠU L 39, 11.2.2019, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2019/237 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)   ĠU L 39, 11.2.2019, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top