Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22020D0057

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 40/2018 tat-23 ta’ Marzu 2018 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/57]

    ĠU L 26, 30.1.2020, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/57/oj

    30.1.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 26/11


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 40/2018

    tat-23 ta’ Marzu 2018

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/57]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1777 tad-29 ta’ Settembru 2017 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għar-razza FZB24 ta’ Bacillus amyloliquefaciens, ir-razza MBI 600 ta’ Bacillus amyloliquefaciens, il-karbonju tafli, id-diklorprop-P, l-etefon l-etridiażol, il-flonikamid, il-fluważifop-P, il-perossidu tal-idroġenu, il-metaldeid, il-penkonżol, l-ispinetoram, it-taw-fluvalinat u l-Urtica spp. f’ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-prodotti alimentari. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-prodotti alimentari ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I u fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

    (3)

    Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32017 R 1777: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1777 tas-29 ta’ Settembru 2017 (ĠU L 253, 30.9.2017, p. 1).”

    Artikolu 2

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32017 R 1777: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1777 tas-29 ta’ Settembru 2017 (ĠU L 253, 30.9.2017, p. 1).”

    Artikolu 3

    It-test tar-Regolament (UE) 2017/1777 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 253, 30.9.2017, p. 1.

    (*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top