This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22019D1836
Decision of the Eea Joint Committee No 78/2019 of 29 March 2019 amending Annex IX (Financial services) to the EEA Agreement 2019/1836
Deċiżjoni Tal-Kumitat Konġunt Taż-Żee Nru 78/2019 tad-29 ta’ Marzu 2019 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE 2019/1836
Deċiżjoni Tal-Kumitat Konġunt Taż-Żee Nru 78/2019 tad-29 ta’ Marzu 2019 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE 2019/1836
ĠU L 279, 31.10.2019, p. 143–148
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
31.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 279/143 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE NRU 78/2019
tad-29 ta’ Marzu 2019
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE 2019/1836
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), kif irrettifikat mill-ĠU L 270, 15.10.2015, p. 4, mill-ĠU L 187, 12.7.2016, p. 30 u mill-ĠU L 278, 27.10.2017, p. 54, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (3), kif irrettifikata mill-ĠU L 188, 13.7.2016, p. 28, mill-ĠU L 273, 8.10.2016, p. 35 u mill-ĠU L 64, 10.3.2017, p. 116, trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Id-Direttiva (UE) 2016/1034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2016 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (4) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(5) |
Id-Direttiva 2014/65/UE tħassar id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jispeċifika l-każijiet li fihom l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) jistgħu temporanjament jipprojbixxu jew jirrestrinġu ċerti attivitajiet finanzjarji, u jistabbilixxi l-kundizzjonijiet neċessarji f’konformità, rispettivament, mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Għall-finijiet tal-Ftehim ŻEE, dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, skont il-punti 31g u 31i tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE. Biex żgur ikun hemm integrazzjoni tal-għarfien espert tal-EBA u tal-ESMA fil-proċess u konsistenza bejn iż-żewġ pilastri taż-ŻEE, tali deċiżjonijiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jiġu adottati abbażi ta’ abbozzi mħejjija mill-EBA jew mill-ESMA, skont il-każ. Dan jippreserva l-vantaġġi ewlenin ta’ superviżjoni minn awtorità waħda. |
(7) |
Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li din id-Deċiżjoni timplimenta l-ftehim rifless fil-konklużjonijiet (8) tal-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u taż-ŻEE-EFTA tal-14 ta’ Ottubru 2014 dwar l-inkorporazzjoni tar-Regolamenti dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE fil-Ftehim ŻEE. |
(8) |
Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Dan li ġej jiżdied mal-punt 13b (id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendata bi:
|
2. |
It-test tal-punt 31ba (id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) qed jinbidel b’dan li ġej: “32014 L 0065: id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349), kif irrettifikata mill-ĠU L 188, 13.7.2016, p. 28, mill-ĠU L 273, 8.10.2016, p. 35 u mill-ĠU L 64, 10.3.2017, p. 116, kif emendata bi:
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
3. |
It-test tal-punt 31baa (imħassar) huwa ssostitwit b’dan li ġej: “32014 R 0600: ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84), kif irrettifikat mill-ĠU L 270, 15.10.2015, p. 4, mill-ĠU L 187, 12.7.2016, p. 30 u mill-ĠU L 278, 27.10.2017, p. 54, kif emendat bi:
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
4. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 31bc (ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, kif irrettifikat mill-ĠU L 270, 15.10.2015, p. 4, ĠU L 187, 12.7.2016, p. 30 u mill-ĠU L 278, 27.10.2017, p. 54, u mir-Regolament (UE) 2016/1033 u tad-Direttiva 2014/65/UE, kif irrettifikata mill-ĠU L 188, 13.7.2016, p. 28, ĠU L 273, 8.10.2016, p. 35 u mill-ĠU L 64, 10.3.2017, p. 116, u mid-Direttiva (UE) 2016/1034 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (9).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.
(2) ĠU L 175, 30.6.2016, p. 1.
(3) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.
(4) ĠU L 175, 30.6.2016, p. 8.
(5) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(6) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(7) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(8) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u ż-ŻEE-EFTA, 14178/1/14 REV 1.
(9) Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.
ANNESS
Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti
tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2019 tad-29 ta’ Marzu 2019 li tinkorpora d-Direttiva 2014/65/UE fil-Ftehim ŻEE
Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-inkorporazzjoni fil-Ftehim ŻEE tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE hija bla preġudizzju għar-regoli nazzjonali tal-applikazzjoni ġenerali b’rabta mal-kontroll tal-investiment dirett barrani għall-finijiet ta’ sigurtà jew ta’ ordni pubbliku.